Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum Dun Anġ Seychell L-investiment fit-tisħiħ tal-ħiliet tal-ħaddiema Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth F il-5 ta'Jannar li għadda Zoran Milanovic kien elett president tal-Kro- azja f 'isem il-partit Soċjal Demokratiku. Fid-diskors tar-rebħa li għamel wiegħed li jagħmel pajjiżu iżjed tolleranti: "Minix se nifred liċ-ċittadini Kroati billi nqajjem il-kwistjoni- jiet li jweġgħuhom". Ma kinitx sempliċi sejħa biex tal-lemin u tax-xellug jinsew id-differenzi ta' bejniethom. Kien qed jirreferi għal qasma iżjed fil-fond minn dik bejn lemin u xellug. Żewġ stejjer Il-Kroazja kisbet l-indipendenza fl-1991, għax kienet tagħmel parti mir-renju tal-Jugoslavja u l-poplu Kroat għadu maqsum sew fejn jidħlu l-ġrajjiet tiegħu tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dwarhom hemm żewġ stejjer jikkompetu bejniethom u jqajmu l-passjonijiet. U l-klassi politika qed tippermetti t-tgħawwiġ ta' l-istorja dwar liema triq ħadet art twelidhom matul it-Tieni Gwerra Dinjija u hemm fosthom min irid inessi l-linja li ħadet il-Kroazja meta Hitler taha l-indipendenza u hi saret l-allejata tiegħu u kompliċi miegħu meta permezz tal-grupp Ustasha ħadet sehem fil-persekuzzjoni kontra Lhud, kontra ir-razza Roma u kontra l-abitanti Serbi fil-Kroazja fl-attentat biex il-Kroazja ssir etnikament pura! Il-Kroati għadhom sallum jużaw it-tislima ta' l-Ustasha "Għal art twelidna aħna lesti li bis-sieħeb tat-tislima Nazi SIEG HEIL, li għadek tilmaħ u tisma (fil-logħob tal-futbol, fil-meetings,fil-protesti kif ukoll fl-anniversarji), Saħansitra hemm l-attentat biex iċekknu l-waħx li seħħ fil-kamp tal-konċentrament ta' Jasenovac fejn iżjed minn 83,000 Serbi, Lhud u Roma sfaw maqtula. Mhux għalxejn dal-kamp ta' konċentrament sikwit jissejjaħ l-Auschwitz tal-Balkani. Franjo Tudman L-attentat ta' reviżjoni ta' l-istorja bdiet fis-snin Disgħin taħt l-ewwel president tal-Kroazja indipendenti Franjo Tudman. Il-lum Tudman sar l-eroj tal-Kroazja, kulfejn tilmaħ tara pjazez, toroq, pontijiet, saħansitra l-ajruport ta' Żagreb, il-belt kapitali, imsemmi għalih! Għalkemm hu għaraf ir-reżistenza tal-partiġjani anti-Nazi tul it- Tieni Gwerra Dinjija, Tudman seħaq fuq ir-rikonciljazzjoni nazzjonali bejn ulied l-Ustasha u wlied il-partiġjani għall-kawża ta l-indipendenza Kroata. Uħud mill-imseħbin ta' Tudman bdew ixerrdu l-idea li l-Ustasha kienu essenzjalment nies tajba li ġġieldu favur il-Kroazja mentri l-partiġjani ma ġġieldux għall-Kroazja imma għall-Jugoslavja! Hekk jirrakkonta Ivo Coldatein, storiku u professur fil-fakulta ta' l-Istudji Umanisti u Xjenzi Socjali fl-Universita' ta' Żagreb. Wara l-mewt ta Tudman il-gvernijiet Kroati tal-lemin u tax-xellug għattew dix-xorta ta' reviżjoniżmu, billi l-Kroazja kienet qed titħabat biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja. Malli daħlet fl-UE l-ilħna revizjonisti reġgħu bdew igħajtu mill-ġdid! Kolinda Grabar Kitarovic Il-president Kolinda Crabar- Kitarovic ġiet ikkritikata talli kienet tuża retorika reviżjonista u nazzjonalista biex tiġbed lejha votanti fanatiċi tal-lemin. Fis- sena 2016 ħadet ritratt ma' Kroati fil-Kanada li kellhom tperper bandiera bis-simbolu ta' l- Ustasha. U fis-sena 2018 tul iż-żjara tagħha fl-Arġentina qalet "Wara it-Tieni Gwerra Dinjija ħafna Kroati sabu l-ħelsien fl-Arġentina fejn setgħu jagħtu xhieda tal-patrijottiżmu tagħhom". Il-Kotra ta' dawk li marru fl-Amerika t'isfel kienu qrib ir-reġim ta' l-Ustasha. Ċertu tendenza Fost il-pajjiżi demokratiċi ġodda tal-Ewropa tal-Lvant hemm ċerta tendenza li titfa fl-istess keffa l-Kommuniżmu u n-Naziżmu bħala i-tnejn totalitarji bir-riżultat li ħafna jħalltu flimkien kemm il-partiġjani kif ukoll id-delitti tal- Ustasha. Billi l-kommunita Lhudija fil- Kroazja hija żgħira, id-diskors ta' mibgħeda, it-theddid u l-vjolenza fil-Kroazja jinsab uimmirat kontra l-minoranza Serba. Il- Prim Ministru Andrej Plenkovic ikkundanna dawn l-attakki imma pinġihom bħallikieku atti ta' individwi u mhux il-frott tal-klima reviżjonista anti-Serba li hemm fil-pajjiż. Il-klassi politika Kroata jeħtiġilha tirrevedi l-pożizzjoni tagħha dwar l-imgħoddi tal-pajjiż! Il-monument f 'Jasenovac li jfakkar l-atroċitajiet Ustasha tul it-Tieni Gwerra Dinjija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020