Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum Estensjoni tal-perjodu ta' validità ta' ċertifikati ta' konformità L-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li testendi l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati ta' konformità li skadew. Din il-miżura ttieħdet wara li numru ta' ċertifikati ta' konformità validi ma setgħux jintużaw minħabba r-restrizzjonijiet li rriżultaw mis-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19, u għalhekk skadew. Għalhekk iċ-ċertifikati ta' konformità li għandhom perjodu ta' validità li jiskadi bejn il-15 ta' Marzu 2020 u l-15 ta' Ġunju 2020 (u li għad iridu jintużaw) jistgħu jkollhom il-perjodu ta' validità estiż, wara talba speċifika li jeħtieġ li ssir mill-perit f ' isem l-applikant. It-talba għal estensjoni għandha tintbagħat lill-Awtorità tal-Ippjanar qabel it- 30 ta' Ġunju 2020 billi tintbgħat email fuq customercare@pa.org. mt u tikkwota n-numru speċifiku tas-CMP. Iċ-ċertifikat ta' konformità jinħareġ mill-ġdid b' perjodu ta' validità ta' 3 xhur oħra. Talbiet tardivi mux ser jiġu kkunsidrati. Meta jinħareġ, ċertifikat ta' konformità għandu perjodu ta' validità ta' 3 xhur. Iċ-ċertifikat ta' konformità huwa konferma li żvilupp huwa skont il-permess tal-ippjanar u huwa meħtieġ meta tapplika għas-servizzi tad-dawl u l-ilma. Fl-2019, l-Awtorità rċeviet numru rekord ta' 10,442 talbiet għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' konformità, li jirrappreżenta żieda ta' madwar 15% fuq is-sena ta' qabel.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020