Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 Carmel Bonnici L-enigmatiku Jack the Ripper "Jack e Ripper huwa l-aktar isem magħruf mogħti li dak il-qattiel gwapp li qatt ma ġie identifikat, li hu maħsub li kien attiv ħafna fl-inħawi fqar ta' madwar id- distrett ta' Whitechapel, f 'Londra Vittorjana tal-1888. L-isem ta' "Jack the Ripper" oriġina f 'ittra, miktuba minn xi ħadd li sosta li hu l-qattiel, li kienet imxandra fil-midja. Ħafna jaħbu li din l-ittra kient ċajta u setgħu kitbuha xi ġurnalisti biex iżidu l-interess fl-istorja u b'hekk il-gazzetta li jiktbu fiha jkollha ċirkulazzoni akbar. Dan il-qattiel kienu jirreferu għalih bħala "the Whitechapel Murderer", kif ukoll bħala "Leather Apron" (il-Fardal tal- Ġild) fir-rekords tal-każi kriminali, kif ukoll f 'rqapporti ġurnalistiċi kontemporanji. Jack the Ripper kien jattakka tipikament lill-prostituti femminili li kienu jgħixu u jaħdmu fil-kerrejja tal-East End (fil-Lvant) ta' Londra, fejn kien iċartilhom għonqhom u jibqa' nieżel sal-istonku. It-tneħħija ta' xi organi nterni minn mill-inqas tliet vittmi waslet biex jipproponu li dan il-kiefer kellu xi ħila anatomika jew bħal dik ta' tabib li jopera. Minn diċerija ta' madwar 40 sena ilu 'l hawn li dan seta' kien kirurgu li ġej mill-klassi għolja, sa ntqal li forsi jiġi mill-qrib mir-Reġina Vittorja li, jew kien miġnun, jew jobgħod lin-nisa tat- triq, jew li dabbar xi marda serja mingħand xi waħda minnhom. Kien hawn min azzarda jgħid li dan qatt ma nqabad minn Scotland Yard għal din ir-raġuni għax kien protett. Din kienet biss teorija. Bejn Settembru u Ottubru tal-1888 ġriet ix-xniegħa li dawn il-qtil kienu konnessi u Scotland Yard u l-midja rċevew ittri minn kittieb jew kittieba li ssuġġerixxew raġunijiet għal dawn ir-reati. L-ittra jisimha "From Hell" li rċieva George Lusk tal-Kumitat tal- Viġilanza ta' Whitechapel kienet tinkludi fiha musrana priservata li suppost ittieħdet minn waħda mill- vittmi tiegħu. Hawn, il-pubbliku beda jemmen li kien hemm biss wieħed "serial killer" magħruf bħala Jack the Ripper, titlu mogħti min-natura straordinarja brutali ta' kif twettqu dawn il-qtil faħxin u anki ta' kif il-gazzetti ttrattaw dawn l-avvenimenti. Aktar ma l-ġurnali bdew jirrapurtaw fuq dawn il-każi, lil Jack the Ripper tawh għarfien infami popolari u l-leġġenda tant issodat li kważi ħadet il-ħajja. Investigazzjonijiet mill-pulizija ġo serje ta' 11-il qtil brutali sal-1891 ma setgħux jorbtu il-każi kollha flimkien ma' dawk tal-1888. Ħames vittmi –Mary Ann Nichols, Annie Chapman, Elizabeth Stride, Catherine Eddowes u Mary Jane Kelly – huma kkonferati bħala l-Ħamsa Kanonici (jew aċċettati) u l-qtil tagħom bejn il-31 ta' Awissu u d-9 ta' Novembru 1888 huma kkunsidrati li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin. Dawn l-atti orribbli qatt ma ġew solvuti u l-leġġendi li nibtu madwarhom saru taħlita ta' tfittxija storika ġewina, folklor u storja aktarx falza. Il-frażi "ripperology" ġiet stabbilita' biex tiddeskrivi l-istudju u l-analiżi tal-każi ta' dan il-qattiel brutali. Fil-preżent insibu madwar aktar minn mitt ipoteżi dwar l-identita' tar-Ripper. Dawn il-qtil kienu l-ispirazzjoni ta' ruxxmata xoghlijiet fittizji. F'nofs is-seklu dsatax, ir- Renju Unit esperjenza numru kbir ta' imigranti Irlandiżi li kabbru l-popolazzjoni tal-bliet il-kbar, fosthom id-distretti ta' Whitechapel u Spitalfields. Il-parroċċa ta' Whitechapel fil-Lvant ta' Londra kienet miżgħuda bin-nies. Ix-xogħol u l-kundizzjonijiet tad-djar marru ghall-agħar, b'hekk nibtet klassi tal-fqar. Is-serq, l-alkoħol u l-vjolenza saru ħaġa komuni u din is-sitwazzjoni tal- biki ġiegħlet lill-ħafna nisa jaħdmu bħala prostituti. F'Ottubru tal-1888 il-London Metropolitan Police Service stmaw li f 'Whitechapel kien hemm 62 burdell u mal-1,200 mara f 'din il-professjoni baxxa. Il-problemi ekonomici kibru u l-pulizija spiss kienet tinvolvi ruħha fid-dimostrazzjonijiet li kienu jseħħu. Kien f 'xenarju bħal dan li l-qattiel magħruf bħala Jack the Ripper għamel id-dehra enigmata u faħxija tiegħu. Dan il-qattiel tal-prostituti ta' Londra tal-1888, li baqa' mhux magħruf, stimula lill-produtturi tal- films għal divesi stejjer fantastiċi. Wieħed mill-karattri fittizji u wisq popolari ta' dik l-epoka kien il-ħlejqa ta' Sir Arthur Canon Doyle – l-investigatur suprem, Sherlock Holmes. Għaldaqstant, Jack the Ripper u Sherlock Holmes dehru xi drabi fl-istess film, fosthom A Study In Terror, Murder By Decree, Time Aer Time u From Hell. F'Pandora's Box (1929), l-erojina, Louise Brooks, fl-aħħar iddaħħal fid-dar tagħha, mingħajr l-eba hjiel, lil dan il- mingħul. Sentejn qabel, Alfred Hitchcock idderieġa l-ewwel verżjoni ċinematografika tan-novella ta' Mrs. Belloc Lowndes, e Lodger, imma f 'din il- produzzjoni jkun magħruf li Ivor Novello ma jkunx e Ripper.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020