Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349
04 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 • illum Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej AVVIŻ Sejħa għall-proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura (innovazzjoni) ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industriji tas-sajd u l- akkwakultura flimkien mal-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir- Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-benefiċjarji potenzjali li sejħa għall- proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura (innovazzjoni) ġiet varata fit-22 ta' Ġunju 2020. Artikolu 47 Miżura II.1 Innovazzjoni Data finali għas-sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet: 31 ta' Lulju 2020 (nofsinhar) Din is-sejħa għandha allokazzjoni totali ta' madwar €800,000.00 f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l- Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l- allokazzjoni. Sessjoni ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fit-03 ta' Lulju 2020 fl-10.00am fil-binja tad-Diviżjoni fi Triq il-Kukkanja, Sta. Venera. L-Applikazzjoni u l-annessi rispettivi jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/Pages/ News-and-Events.aspx Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għas-sessjoni ta' informazzjoni (sat-02 ta' Lulju) tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.mfea@gov.mt jew fuq www.eufundsmalta.gov.mt. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Rata ta' ko-finanzjament: 37.5% fondi Ewropej; 12.5% fondi nazzjonali; 50% fondi privati Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Kważi 54% tal-votanti Nazzjonalisti fl-2017 illum jaqblu mal-IIP ... 79% tal-votanti Laburisti jaqblu ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minn sondaġġ xjentifiku li qed tippubblika l-gazzetta ILLUM, li sar mill-kumpanija Sagalytics - rinomata fix-xogħol tas-sondaġġi - u li ken mgħoddi lill-Gvern, jirriżulta illi 62.7% tal-Maltin u l-Għawdxin illum jaqblu mal- Individual Investor Programme (IIP), magħruf ukoll bħala bejgħ taċ-ċittadinanza b'Investment. Meta bdiet u għall-ewwel snin din l-iskema attirat kritika lokali, imma wkoll Ewropea hekk kif mhix l-unika skema simili fi Stati Membri tal-UE. Minkejja dan, illum huma biss 21.5% li ma jaqblux ma' din l-iskema filwaqt li 15.9% ma jafux jekk jaqblux jew le. Kontra: Nazzjonalisti, nisa u mit- Tramuntana tal-Port Fl-ebda grupp - la skont l-età, skont il-ġeografija u lanqas skont l-edukazzjoni - ma hemm maġġoranza ta' nies li huma kontra. Iżda, kif mistenni minħabba kampanja qalila kontra l-istess skema, 35.2% ta' dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017 huma kontrieha. Xorta, maġġoranza ta' 53.7% ta' dawn il- votanti huma favur. B'23% in-nisa huma aktar negattivi dwar din l-iskema għalkemm maġġornza kbira ta' 59.3% xorta jħossu li l-IIP hija xi ħaġa tajba. L-aktar nies li huma kontra huma dawk bejn is-46 u l-55 sena, fejn 26% esprimew opinjoni negattiva dwar l-IIP, 56.8% esprimew opinjoni pożittiva u l-bqija ma kienux jafu hux favur jew kontra. Finalment dawk li huma l-aktar kontra dan il-programm, snin wara li kien varat mill- Gvern preżenti, huma dawk fit- tramuntana tal-port - fejn 27.5% qalu illi ma jaqblux, 53.4% qalu li jaqblu u 19.% qalu li ma jafux jekk jaqblux jew le. Din iż-żona tinkludi lokalitajiet bl-akbar maġġoranzi Nazzjonalisti bħal: Tas Sliema, San Ġilajn u s-Swieqi kif ukoll lokalitajiet bħal Birkirkara, Ħamrun, Pembroke, San Ġwann u l-Imsida. Favur: Laburisti, minn nofsinhar u irġiel Intant , fuq in-naħa l-oħra, l-aktar nies li huma favur huma dawk, kif mistenni mill-ġdid, li vvutaw lill-Partit Laburista fl- 2017 - fejn 79% huma favur din l-iskema. Kien il-Gvern preżenti li introduċa din l-iskema mmexxija minn Henley & Partners - ukoll f 'nofs diversi kontroversji u suġġett ta' blogg minn Daphne Caruana Galizia dwar kif suppost dawn kellhom jiħu proċeduri kontrieha wara allegati emails li għaddew bejn Henley u Keith Schembri. Huma biss 8.8% ta' dawk li vvutaw lill-PL fl-2017 li ma jemmnux li dan il-programm huwa xi ħaġa tajba, filwaqt li 12.3% ma kinux jafu hux tajba jew le. L-irġiel kienu aktar pożittivi dwar dan il-programm b'65.8% jgħidu li huwa xi ħaġa pożittiva u 20% biss iħossu li mhux, filwaqt li l-aktar żona ta' Malta li tat risposta fil-pożittiv - kienet in-nofsinhar. Hawnhekk 74% qalu illi dan il-programm ta' ċittadinanza huwa pożittiv, 19.3% qalu li huwa negattiv u 11.4% ma jafux. Din iż-żona tinkludi lill-Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Wied il-Għajn, iż-Żurrieq u ż-Żejtun - ilkoll lokalitajiet b'maġġoranzi kbar Laburisti. F'termini ta' età, l-aktar favur huma l-ewwel grupp tal-mezza età; bejn is-36 u l-45 sena b'69.3%. Hawnhekk huma biss 19.3% li huma kontra filwaqt li 11.4% ma jafux. Bejn aktar flus u wisq barranin f 'pajjizna Intant jekk inħarsu lejn ir- raġunijiet għalfejn jaqblu jew ma jaqblux in-nies ma' dan il- programm, insibu żewġ raġunijiet prinċipali: Dawk li jaqblu jsemmu l-flus u dawk li ma jaqblux isemmu lill-barranin. Fil-fatt 50% ta' dawk li jaqblu mal-IIP jgħidu illi dan iġib aktar flus lejn pajjiżna, filwaqt li 34% oħra jħossu li dan jgħin l-ekonomija - u allura 84% ta' dawk li jaqblu mal-IIP isemmu raġunijiet relatati mal-flus u l-ekonomija. Minn naħa l-oħra, 34% jużaw raġunijiet demografiċi u jgħidu li diġa' hawn wisq barranin u allura ma jaqblux mal-IIP. Marġinalment inqas u allura 33.3% ta' dawk li huma kontra jgħidu li ma jaqblux għaliex iċ- ċittadinanza mhix għall-bejgħ, li fil-fatt kien l-argument prinċipali (imma mhux uniku) tal-PN. Similarment 6.4% qalu li din l-iskema bħal donnha bejgħ ta' pajjiżna. Raġuni oħra li ġabu dawk li ma jaqblux mal-IIP kienet li 'tiaħ il- bibien għall-abbuż' (15.6%). Minn naħa l-oħra raġuni oħra li ġabu dawk li jaqblu kienet li 'f 'mumenti bħal dawn (kriżi tal- Covid-19) programm bħal dan kien fundamentali' (4.8%). Mill-kważi 16% li qalu illi ma jafux jaqblux jew le, 47.6% qalu li ma jafux għalfejn m'għandhomx opinjoni filwaqt li 39.3% qalu li għax forsi jkun hemm xi abbużi. Ara wkoll paġna 5 Metadoloġija: Dan is-sondaġġ xjentifiku sar matul Mejju li għadda bit-telefon. B'kollox ġew intervistati 600 persuna u l-livell ta' kunfidenza ta' dan is-sondaġġ huwa 95%. Il-marġini ta' żball huwa +/- 4% u dawk magħżulin biex jipparteċipaw ġew startifikati skont l-età, ġeneru u d-distretti ta' Malta.