Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264349

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 analiżi Għadda informazzjoni lil Fenech? Kien jaf li hu involut? Il-ħmar iweħħel f'denbu? Min għadda l-ittra lil Yorgen Fenech Ma gidibx ... Joseph Muscat tah raġun U l-famuż 'Kenneth' minn Kastilja? MIN QED JIGBED? Tul ix-xhieda tiegħu, għal diversi drabi, Melvin euma qal li kien Keith Schembri li kien qed jgħaddi l-informazzjoni dwar l-investigazzjoni lil Yorgen Fenech. Dan awtomatikament ifisser li Schembri kien jaf li Fenech kien ordna l-qtil ta' Caruana Galizia. Schembri insista: "Hu qatt ma qalli li wettaq l-omiċidju." Fi kliemu, qatt ma tkellem dwar il-każ ma' Yorgen Fenech u sar jaf biss mil-laqgħat f 'Kastilja tal- Ispettur Keith Arnaud. Insista wkoll li mhux dejjem kien ikun preżenti. Fost oħrajn qal li ma kienx preżenti meta kienet diskussa t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta' Vince Muscat u ġieli ntalab joħroġ ukoll mil-laqgħat. "Vera li nidħol fin-nar għal Yorgen Fenech iżda qatt ma tkellimt miegħu dwar dan il-każ ... kien ikolli nibqa' serju u nippretendi li ma nafx," insista Schembri waqt li ċaħad li għadda informazzjoni dwar ir-rejds. L-Ispettur Keith Arnaud staqsih ukoll dwar l-ittra li waslet għand Fenech u li kienet tagħtih struzzjonijiet biex jitfa' l-ħtija fuq Chris Cardona. It-tabib Adrian Vella, it-tabib komuni bejn Schembri u Fenech kien ammetta mal-Pulizija li kien hu li wassal l-ittra u li kien Keith Schembri li talbu jagħmel dan. Dak iż-żmien, Yorgen Fenech kien jinsab ufuq police bail. Schembri ċaħad dan kategorikament. "Vella ma ħa l-ebda dokument mingħandi." Keith Schembri xehed li kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li lejlet l-arrest ta' Fenech kien talbu jiżgura li dan ma jitaqx mill-pajjiż. Skont Schembri, Muscat talbu jċempel lil Fenech u hu hekk għamel. Skont Schembri għamel 20 minuta jipprova jikkonvinċih jibqa' Malta anke jekk Fenech kien qallu li sejjer Sqallija għal xi xogħlijiet fuq il-jott. Joseph Muscat ammetta li talab lil Schembri biex jiżgura li Yorgen Fenech ma jitlaqx minn Malta F'kummenti mat-Times of Malta, wara x-xhieda ta' Keith Schembri li żvela din l-informazzjoni, Muscat ammetta li ċempel lil Schembri u qallu: "kun ċert li ma jitlaqx minn Malta." Fit-tweġiba tiegħu Muscat qal li ma kienx jaf li Schembri ċempel lil Fenech. Skont Melvin euma, Kenneth Camilleri, wieħed mill- istaff ta' Schembri u eks uffiċjal tas-sigurta ta' Joseph Muscat kien iddiskuta miegħu it-termini dwar il-ħelsien mill-arrest tat-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kien Camilleri li skont euma qallu li t-tlett irġiel kellhom jieħdu miljun ewro kull wieħed wara li jingħataw il-ħelsien mill-arrest. euma kien allega, jew wasal hu għall-konklużjoni, li kien Schembri li qed jibgħat lil Camilleri anke jekk dan qatt ma kkonfermalu. Min-naħa tiegħu, Schembri kkonferma biss li Camilleri kien wieħed mill-istaff tiegħu. Fi kliemu kemm kien jgħidlu "hello u ċaw." "Żgur li le. Qatt ma tkellimt ma' Kenneth fuq il-bail," insista Schembri. Il-verżjoni ta' "Kenneth minn Kastilja" ma nistgħux insiru nafuha għax għażel li ma jixhidx meta l-Qorti wissietu li dak li jgħid jista' jintuża kontrih jew saħanista jinkriminah.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020