Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 'Anke jekk ma għandekx sintomi mur għamel test minn żmien għal żmien' Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tispjega mal-ILLUM kif wara r-riżultati tal-istudji li saru minn esperti fir-Renju Unit, jekk ikun hemm bżonn, f'Malta se tintuża l-mediċina dexamethasone li nstab li tista' tgħin lil dawk il-pazjenti morda serjament bil-COVID-19 MINN YENDRICK CIOFFI Malta ma għadhiex taħt emerġenza tas-saħħa pubblika. Nhar l-Erbgħa ġew irrilaxxati l-miżuri restrittivi kollha u s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 tinsab taħt kontroll. Iżda dan ma jfissirx li għandna ninsew il-virus u ma nibqgħux viġilanti. Dwar dan il-gazzetta ILLUM titkellem mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci. Apparti dwar il-miżuri, l-ILLUM tistaqsi wkoll lil Gauci jekk Malta hux qed tuża l-mediċina dexamethasone li esperti fir-Renju Unit sabu li tista' tgħin lil pazjenti fuq il-ventilators u li l-kundizzjoni tagħhom tkun waħda serja u kritika. Il-Professur Gauci spjegat kif minn meta ħarġu dawn ir-riżultati Malta ma kellha l-ebda pazjent li kellu bżonn din il-mediċina. Madanakollu saħqet li jekk ikun hemm pazjenti li jkollhom bżonn din il-mediċina, din se tkun qed tingħata. Gauci tappella wkoll għall-użu tal-maskri kull fejn persuna tkun se tiltaqa' ma' persuni li ma jgħixux magħha u anke biex persuni jibqgħu, minn żmien għal żmien, iċemplu biex jagħmu t-test, anke jekk ma jkollhomx sintomi. Issa ġew irrilaxxati prattikament il-miżuri kollha b'rabta mal- COVID-19. Jibqgħu jgħoddu l-appelli tad-distanza soċjali, l-iġjene u anke l-protezzjoni tal- persuni vulnerabbli? Grazzi għax-xogħol siewi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, tal- frontliners minn kull qasam, kif ukoll tar-responsabbilità kbira tal-pubbliku li segwa r-rakkomandazzjonijiet tagħna, ninsabu fi stadju fejn il-miżuri ġew irrilaxati. Madanakollu nappella għall-viġilanza min-naħa tal- pubbliku billi nkomplu nżommu distanza soċjali ta' żewġ metri min- nies oħra, iġjene tal-idejn, nilbsu l-maskri fejn ikun hemm kuntatt ma' nies oħra, fi spiżeriji u ħwienet, kliniċi u sptarijiet u speċjalment inkunu iktar metikulużi b'dawn il-miżuri fil-preżenza ta' nies vulnerabbli. In-numri baxxi, jew saħanistra n-nuqqas ta' każi ġodda fl-aħħar jiem, x'jindikaw? Il-virus għadu magħna? Allavolja n-numri ta' każijiet ġodda ta' COVID-19 li qed naqbdu kuljum huwa verament baxx, u ġieli xejn, il-virus għadu magħna u għad hemm persistenza ta' trasmissjoni fil-komunità. Billi naddottaw dejjem u kullimkien dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni nistgħu flimkien inżommu dawn in-numri baxxi. Dan jista' jsir biss bil-kollaborazzjoni tal-pubbliku. Hekk kif l-ajruport jinsab miftuħ, anke jekk għalissa b'mod ristrett, ħafna huma mħassba u inkwetati li l-każi se jerġgħu jibdew jiżdiedu. X'se jiġri jekk ikollna għadd ta' każi importati? Huwa minnu li l-ajruport jinsab miuħ għal numru ta' destinazzjonijiet fejn is-sitwazzjoni ta' każijiet ta' COVID-19 hija simili għal tagħna. It-tim tagħna huwa lest għal kull eventwalità, jekk il- każijiet jiżdiedu huma minn fejn huma, it-tim lest biex jinvestiga u jagħmel il-contact tracing ta' kull każ biex inkunu nistgħu npoġġu fi kwarantina dawk in-nies fejn kien hemm kuntatt fil-viċin. Dawn il- miżuri huma indikati biex inwaqqfu l-imxija tal-virus. Il-maskra fejn għandha tibqa' tintlibes? Il-maskra hija important li tintlibes f 'dawk is-sitwazzjonijiet kollha fejn wieħed ser jiltaqa' ma' persuni oħra li ma jgħixux fl-istess dar. Dan huwa ħafna iktar important fejn hemm nies vulnerabbli. Nafu li hemm numru ta' persuni li jista' jkollhom COVID-19 mingħajr ma' juru ebda sintomu jew ikollhom sintomi ħfief ħafna u għalhekk huwa important ħafna li kull meta se jkun hemm kuntatt ma' nies oħra, per eżempju meta mmorru s-supermarket, jew nixtru xi ħwejjeġ jew ħwienet oħra jew għand il-hairdresser jew beauty therapist, jew fil-Knisja etċ, wieħed għandu dejjem jilbes il-maskra u jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal- awtoritajiet tas-saħħa li jinsabu fuq www.covid19.gov.mt. Kien hemm diversi ġranet fejn l-għadd tal-każi kien pjuttost wieħed żgħir. X'qed isir biex ikun assigurat li l-iswabbing jibqa' għaddej. X'inhu l-appell tiegħek? Iva dawn l-aħħar jiem kellna diversi ġranet fejn ma' kienx hemm l-ebda każ ta' COVID-19 irrappurtat. Allavolja hemm xi ġranet fejn in-numri ta' testijiet li saru naqas, l-appell tiegħi huwa biex dawk in-nies kollha li għandhom xi sintomu li jista' jkun wieħed ta' COVID-19 għandhom iċemplu l-Helpline fuq in-numru 111 biex jagħmel appuntament għat-test. Anke jekk wieħed ma għandu l-ebda sintomu tkun idea tajba li wieħed jibbukkja biex jagħmel it- test darba kultant. Ikun ta' eżempju tajjeb jekk kumpaniji jinkoraġġixxu l-ħaddiema tagħhom biex imorru jagħmlu t-test. Fl-aħħar ġimgħat qrajna kif skont esperti fir-Renju Unit, mediċina komuni u rħisa (dexamethasone) tista' tintuża għall-kura tal- pazjenti li jkunu morda serjament bil-COVID-19. F'Malta qed tintuża din il-mediċina? Jekk le għaddejin studji dwarha? Minn meta r-riżultati tar- riċerka dwar id-dexamethsone ġew ippubblikati ma' kienx hemm pazjenti b'COVID-19 fejn l-użu ta' din il-mediċina kienet indikata. Jekk ikun hemm xi pazjent li jista' jibbenenfika minn dan, huwa maħsub li tingħata. Fiex waslu l-istudji li kienu qed isiru fuq id-demm ta' persuni biex wieħed jistabbilixxi kemm persuni ltaqgħu diġà mal-virus u allura żviluppaw anti-bodies? Hemm riżultati li tista' taqsam magħna? Dawn l-istudji fil-popolazzjoni Maltija għadhom għaddejin fil-preżent fuq gruppi ta' nies differenti. Mill-ewwel indikazzjonijiet li għadhna, il- persentaġġ ta' nies li kellhom il- virus huwa pjuttost baxx u simili għal dak li nstab f 'pajjiżi barra minn Malta. Il-famuża tieni mewġa. Hawn diversi persuni li jinsabu kważi kważi ċerti li f 'Ottubru se jerġa' jingħalaq kollox u nerġgħu nissakkru d-dar. Għad hemm riskju tat-tieni mewġa? Ir-riskju tat-tieni mewġa huwa dejjem preżenti. Irridu dejjem nibqgħu viġilanti u naddottaw il- miżuri ta' mitigazzjoni ta' kontra l- COVID-19 bla eċċezzjoni. Fil-fatt l-importanza li nittestjaw lil kull minn għandu xi sintomi, nagħmlu tracing tal-kuntatti tal-persuna u niżolaw dawk li potenzjalment ġew infettati hija l-aħjar arma li għanda bħalissa fil-ġlieda kontra l- COVID-19. Charmaine Gauci

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020