Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
06 analiżi IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Id-diskors ta' Delia kien jiċċentra ħafna madwar "il-kriminalità" u dak illi ddeskriva bħala "l-virus tal- korruzzjoni." Ħafna mill-ħin kien qed jagħmel referenzi diretti jew indiretti lejn dak li qed jiġri fil-kamp oppost u jgħid illi il-PN fil-Gvern jista' jagħmel l-affarijiet mingħajr "il-ħmieġ." Għalfejn qal hekk? Dan id- diskors ġie fi żmien fejn il-Gvern qed jiffaċċja akkużi u anke xhieda dannuża ħafna. Implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia hemm l-eks Ministru u eks Deputat Mexxej tal-PL Chris Cardona permezz ta' telephones f 'qiegħ il-baħar u xhieda ta' €350,000 li allegatament għaddew minn Cardona għal għand wieħed minn nies li qatlu lil Caruana Galizia. Għad hemm dellijiet serji fuq Keith Schembri - ħabib ta' Yorgen Fenech , li qal illi Schembri kien il-moħħ wara l-qtil u li kellu l-kumpanija 17 Black. Marbutin ma' 17 Black hemm il-kumpaniji tal-Panama, miuħin wara l-elezzjoni tal-2013 u flejjes li allegatament għaddew fiha. Marbutin ma' din ix-xibka ta' tliet kumpaniji, hemm il-proġett tal- power station - bix-xiri tal-gass mill- Ażerbajġan minn fejn daħlu $1.4 miljun f '17 Black, il-kuntratt tal- Gvern mal-Vitals Global Healthcare u l-Wind Farm fil-Montenegro. Delia naturalment irid jara kif se jitrażmetti r-rabja u d-diżgust li teżisti għal dawn l-iżviluppi f 'voti. Imma għandu sfida kbira. Għaliex? Biss, biss irid jikkonvinċi lil eluf ta' votanti nazzjonalisti u dawk floaters li hu verament kapaċi jmexxi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni - hekk kif huma ħafna, speċjalment segwaċi ta' Daphne Caruana Galizia, li jħossu illi mhuwiex. Anzi, bosta jħossu li mhux idoneu biex jagħmel dan minħabba l-akkużi relatati ma' kont f 'Jersey marbut ma' ċirku ta' prostituzzjoni f 'Soho, Londra, ċerti tip ta' nies li ddawwar bihom b'ta' karattru xi it jew wisq dubjuż u issa akkużi dwar flus mingħand Yorgen Fenech - liema allegazzjonijiet jinsabu taħt investigazzjoni mill- pulizija u minn maġistrat f 'Inkjesta Maġisterjali. L-aqwa tama ta' Delia f 'dan il-qasam huwa li d-dnuibiet ta' nies assoċjati mal-Gvern, tant ħafna jemmnu li huma ħoxnin u gravi, li jista' faċilment jgħid li tiegħu (apparti li jisħaq illi mhumiex vera) xorta mhumiex gravi daqs tal- oħrajn. Diversi drabi fid-diskors tiegħu Delia jissottolinea l-importanza tal-ħidma "flimkien" u tal-bżonn illi l-Partit Nazzjonalista jkun tan-nies u miuħ għan- nies. Matul il-Kunsill Ġenerali nies oħrajn għamlu dan l-appell u l-bżonn li jinbena pont ma' "dawk li ġġelidna magħom." Fost dawk li għamlu dan l-appell kien hemm id- Deputat Ryan Callus. Għalfejn qal hekk? Il-Partit Nazzjonalista tilef eluf kbar ta' votanti u naslu ngħidu li tilef ġenerazzjonijiet ta' votanti wkoll. Kellek l-iswing elettorali ta' 37,000 vot fl-2013 - immexxija minn diversi li kienu fuq quddiem fil-partit, fosthom Deputati (Franco Debono, Jesmond Mugliette u Jeffrey Pullicino Orlando), nies fil-Kunsilli (l-eks Sindki Nazzjonalisti Robert Musumeci, Ian Castaldi Paris u Pawlu Bugeja), xandara (Jean Claude Micallef, John Bundy u Karl Stagno Navarra) u eluf ta' nies oħrajn privati. Fl-2017, minkejja li l-Partit Laburista tilef it minn dawk li daru miegħu fl-2013 - is- sondaġġi xjentifiċi tal-Mediatoday (Mejju 2017) juru illi kien hemm madwar 6% ta' dawk li vvutaw lill-PL li kienu jafdaw aktar lil Simon Busuttil u kienu se jivvutaw lill- PN - xorta rnexxielu jattira biżżejjed votanti ġodda biex jagħmel tajjeb għal dawk li kien tilef u aktar. Il-PN baqa' jitlef aktar nies fl-aħħar snin, speċjalment dawk li ħaduha kontra Delia. Għalhekk kien ovvju li se jkun hemm aċċenn partikolari fuq il-bżonn li l-partit jinfetaħ għal aktar nies u li ħadd ma jingħata tikketta. Ir-ritorn potenzjali ta' Franco Debono fil-PN taf tkun - jekk qatt isseħħ - importanti ħafna mhux daqstant minn aspett numeriku, daqs l- aspett simboliku. Tkun qisha ċ-ċertifikat ta' amiċizja mill- ġdid mal-aktar persuni li ħaduha kontra l-Gvern ta' Lawrence Gonzi. Mhux pass li se jiġi mingħajr kontroversja iżda jista' jkun pass simboliku. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Bħal-lum ġimgħa kien hemm l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. F'dan l-ispazju se nagħtu ħarsa lejn id- diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia illi permezz tiegħu għalaq din l-istess konferenza, f 'kuntest ta' sondaġġi li juru numri ħżiena ħafna kemm għal Delia u anke għall-istess partit Nazzjonalista u fl-isfond ukoll tal-aħħar żviluppi politiċi fil-kamp oppost: Mit- tkeċċija ta' Konrad Mizzi mill-Grupp Parlamentari, il-proġett tal-Wind Farm, it- tneħħija ta' Chris Cardona minn Deputat Mexxej tal-PL u x-xhieda fil-Qorti b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. APPELLI GĦALL-GĦAQDA U KONTRA L-KORRUZZJONI. Il-"virus tal-korruzzjoni" - 'Id-dnubiet tiegħi ħafna iżgħar minn tiegħek' L-appell għall-flimkien - Attitudni aktar miftuħa u inqas prepotenti Id-diskors ta' Adrian Delia fil-Kunsill Ġenerali: Imma kif se jirkupra eluf ta' voti u l-appoġġ ta' ġenerazzjonijiet mitlufin? Meqjus idoneu biex jiġġilidha l-gwerra kontra l-korruzzjoni? Inbidel l-Istatut - imma l-akbar bidla biex il-PN jirbaħ il-fiduċja tan-nies saret? L-ILLUM tanalizza ...