Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 Delia qatta' ħafna ħin isemmi lil Muscat u fethim li saru taħt il-Gvern ta' Muscat, inkluż il-VGH. F'punt minnhom waqt il-kunsill saret referenza għal Robert Abela bħala Robert Muscat u viċi versa Joseph Abela. Għalfejn qed jgħid hekk? Fil-kampanja elettorali li jmiss Adrian Delia se jiffaċċja lil Robert Abela mhux lil Joseph Muscat. Konxju tal- fatt li Abela qed jieħu deċiżjonijiet politikament kuraġġużi u jneħħi nies li jissemmew f 'allegazzjonijiet u dubji serji u ta' diversi riformi wkoll li qed isiru - fl-oqsma tal- ġustizzja u saltna tad-dritt, suppost l-aktar qasam fejn il-PN huwa b'saħħtu - Delia qed juża l-karta illi permezz tagħha d-differenza bejn Abela u Muscat hija kemm jista' jkun mkissra. B'hekk l-iżbalji fil- governanza u t-trasparenza ta' Muscat awtomatikament isiru ta' Abela. Minkejja li Abela mhuwiex maqtugħ mill-Gvern ta' Muscat, hekk kif kien Konsulent tal-Prim Minstru, Delia jagħmel żewġ żbalji fuq din il- materja. It-tneħħija ta' Keith Schembri minn Chief of Staff, Konrad Mizzi minn Deputat Laburista, Chris Cardona minn Ministru u Deputat mexxej kif ukoll lil Lawrence Cutajar u t-tpoġġija minflok tat-tekonokratiku Clyde Caruana - 'il bogħod mill- akkużi, dubji u dellijiet, l-imbuttatura issa ovvja lil Daniel J Micallef - politiku nadif u moderat kif ukoll lill-Angelò Gafa, persuna rinomata għad-dixxiplina - huma kollha karti li probabbilment se jħallu l-frott meta tasal l-ewwel elezzjoni ġenerali ta' Abela bħala Mexxej Laburista. Bil-mazzriet politiċi fit-truf tax- xena politika - anke jekk ikunu qed jagħmlu l-ħsara lil Abela - jekk sal- elezzjoni Delia se jkun għadu taħt investigazzjoni dwar allegazzjonijiet ta' flus li għaddew minn Yorgen Fenech għal għandu, se jkun tilef l-aktar karta importanti tal-PN għall- elezzjoni li jmiss, qabel biss tkun bdiet il-kampanja. Altriment jaf li kif inhumna l-affarijiet sal-lum fuq l-ekonomija, l-immaniġġjar tal-finanzi u flus fil-but, in-negozji (speċjalment dawk ikbar) u kwistjonijiet bħal infrastruttura, it li xejn hemm ċans li jirbaħ lill-Partit Laburista. Ma setax jonqos li fl-istess għodwa illi e Sunday Times kellha storja ewlenija dwar Joseph Muscat u t-tluq tiegħu - jew is-suppost tluq tiegħu - minn deputat wara s-sajf, Delia jitkellem dwaru. Għalfejn qal hekk? Joseph Muscat, sal-lum, jibqa' l-akbar avversarju tal-Partit Nazzjonalista u dan hekk kif kien ilu jirbaħ l-elezzjonijiet mill-2009, b'marġini ta' dejjem aktar minn 30,000 vot. Minkejja l-allegazzjonijiet u kuntratti dubjużi, kif ukoll il-fatt li Keith Schembri u Konrad Mizzi baqgħu ċentrali fil-Gvern ta' Muscat, dan jibqa' wkoll maħbub u rrigwardat bi stima għolja ħafna fost firxa wiesa' ta' votanti Laburisti. Delia jista' jkun li qed jittama li Abela jagħmel dak li għamel b'Konrad Mizzi, b'Muscat jekk joħorġu aktar dettalji u kien għalhekk li mat-tneħħija ta' Mizzi l-attenzjoni daret kollha fuq Muscat. Apparti kwistjonijiet ovvji ta' responsabilità politika, huwa fl- interess ta' Delia li jinstiga t-tneħħija ta' Muscat - għax jaf li din tista' toħloq inkwiet kbir u qasma ċerta fil-Partit Laburista. Billi tefa' (Delia u l-midja nazzjonalista) l-attenzjoni fuq Muscat, mal-ewwel minuti minn meta tneħħa Mizzi, Delia qed jittama li Abela jasal jneħħi lil Muscat. Iċ-ċans li dan jiġri - sakemm Abela ma jiddeċidix li jagħmel suwiċidju strateġiku politiku - huwa remot. Adrian Delia, diversi drabi, għamel aċċenn għall-bżonn tat-tibdil - fl- isfond ukoll ta' bidliet fl-Istatut tal- partit. Għalfejn qal hekk? L-immaġini ta' partit li qiegħed kompletament jinbidel u jiġġedded hija importanti. I-Partit Nazzjonalista ra bidliet fl- attitudni fl-aħħar snin ta' tmexxija ta' Delia: ħafna inqas arrogranti, inqas prepotenza, inqas klabb għall-magħżulin u inqas militanti. Minkejja dan l-akbar bidla ma seħħitx - u din hija l-bidla li tagħmel lill-PN, partit li jattira lin-nies lejh - speċjalment dawk il-ħafna votanti floaters u switchers li jiddeterminaw riżultat elettorali. Dwar dan hemm ħsibijiet u teoriji differenti. Hemm min jemmen li l-PN ma attirax lejh nies minħabba illi kien hemm reżistenza għat-tmexxija ta' Delia- speċjalment mill-grupp Parlamentari, xi kultant minn wara l-kwinti u xi kultant apertament. Hemm imbagħad min jargumenta li Delia huwa l-akbar problema minħabba akkużi kontrieh, jinsab taħt investigazzjoni, nuqqas ta' tmexxija serja u l-perċezzjoni (skont is-sondaġġi xjentifiċi, popolari) li mhuwiex meqjus bħala alternattiva. Hemm min jgħid li l-PN għadu mhux l-għażla tal-poplu għaliex il- votant "ma tantx jinteressah mill- korruzzjoni u jivvota skont il-but" u sa issa, l-ekonomija in ġenerali għadha qed iżżomm ximkien fil-wiċċ. Probabbilment ir-raġuni hija it minn kull waħda minn dawn. Li huwa żgur - kif fil-fatt innota l-MEP David Casa waqt il-Kunsill Ġenerali - huwa li n-nies waqt il- BBQs u ħdejn il-baħar mhux se jkunu qed jiddiskutu l-istatut. Casa qal, korrettement, li n-nies il-viżjoni u l-proposti jridu. L-KORRUZZJONI. IMMA QED JEMMNUH IN-NIES? Abela mhux Muscat se jiffaċċjah fl-elezzjoni Joseph Muscat - Jittama għal qasma? 'Tibdil' u 'bidla'- Imma l-akbar bidla ma ssemmietx!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020