Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 Carmel Bonnici L-enigmatiku Jack the Ripper (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Verżjonijiet oħra ta' dan il- film (Jack the Ripper) kienu diretti minn Maurice Elvey fl-1932 bl-attur Ivor Novello mill-ġdid, minn John Brahms fl-1944, bir-Ripper ikun Laird Cregar u Hugo Fregonese dderieġa lil Jack Palance fl- 1953 f ' The Man In TheAttic. Insibu xi ftit ta' varjazzjoni ġo xogħlijiet bħal The Phantom Fiend (1935) u The Strangler (1964), waqt li din ix-xarada ta' hafna żmien ġiet solvuta f 'Jack the Ripper (1958), f 'A Study In Terror (1965) u t-thriller tat- televiżjoni jismu Yours Truly, Jack te Ripper (1961). F'Dr. Jekyll And Sister Hyde (1971) dan il-qattiel ipprovda alibi (prova li m'għamilx hu d-delitti), kif ukoll id-dnubiet tal-missier għaddew fit- tifla tiegħu, Angharad Rees, f 'Hands Of The Ripper (1972). F'The Ruling Class (1972) l-aristokratiku moħħu mhux floku, Peter O'Toole jkun ikkurat mid-delużjoni li jkollu li jaħseb li hu Ġesu' Kristu, biex wara jsir ir-Ripper. Mill-Ġermanja, fis-snin sebgħin ħareġ film dwar Jack the Ripper bl-attur Klaus Kinski u f 'Time After Time (1979), dan ix-xifajk jillandja f 'San Francisco tal-modern permezz ta' magna taz-zmien (Time Machine). Fl-1988, Michael Caine ħadem ġo film għat-TV bħala pulizija li jsus wara dan is-serial killer. Disa' snin wara, fi produzzjoni oħra għat-TV, il-parti tal- pulizija għamilha Patrick Bergen u l-qattiel kien membru tal- familja rjali. Fl-2002, Johnny Depp kien pulizija psikjatra li qed jinvestiga dawn l-imwiet u anki jsir iħobb waħda tat-triq fi From Hell ibbażat minn fuq serje ta' kotba komiks ta' Alan Moore. Il-films proprja ta' Jack the Ripper huma dawn: Pandora's Box (1929), The Lodger (1926/1932), man in the Attic (1953), Jack the Ripper (1958), A study in Terror (1965), Dr Jekyll and Sister Hyde (1971), Hands of the Ripper (1972), Jack the Ripper (1976), Time After Time (1979), Murder by Decree (1979), Waxworks (1988), Edge of Sanity (1989), From Hell (2002) u Bad Karma (2002). Hawn taħt issa se nġib l-istorja ta' From Hell li hu ibbażat minn fuq il- letteratura mimlija stampi ta' Alan Moore u Eddie Campbell dwar rakkont fittizju tal-qtil ikkawżati minn Jack the Ripper. Londra 1888. Ann Crook (Joanna Page) tkun arrestata mal-maħbub tagħha, Albert (Mark Dexter) minn uffiċjal tal- fergħa speċjali tal-liġi, waqt li l-prostituta Mary Kelly (Heather Graham) qed tieħu ħsieb it-tifla tagħhom, Alice. Lil Ann joperawha f 'moħha bil-barka tal- istat. Ftit wara, jseħħu l-qtil faħxin ta' ħames nisa tat-triq, li ġisimhom ikun imqatta', kollha minn Whitechapel u ħbieb ta' Ann. L-ispettur Fred Aberline (Johnny Depp), ivvizjat fuq il-loppju sa minn meta mietet martu u t-tarbija tiegħu, jkun imqabbad jinvestiga. Aberline jfittex il-parir ta' Sir William Gull (Ian Holm), it-tabib rjali li jissuġġerixxi li l-qtil kollu sar minn xi ħadd b ' e s p e r j e n z a anatomika kbira. Aberline u Mary jinġibdu lejn xulxin u hi tgħidlu dwar it-tarbija li qed tieħu ħsieb. Hu jsib lil Ann Crook fil-post tax-xogħol u tgħidlu li Albert kien prinċep. Fil-gallerija tal-arti Mary tagħraf ir-ritratt ta' Albert, li fil- fatt hu l-Prinċep Edward, it-tifel tar-Reġina Vittorja. Aberline jiskopri li l-qtil jaqblu mar-ritwali tal-Mażuni biex jeliminaw lit-tradituri. Hu jiffaċċja lil Gull u jammetti li Albert hu Jack the Ripper. Kien qed jaġixxi fuq l-ordni tar-Reġina Vittorja, biex jiskappaw skandlu dwar it- tarbija rjali u fl-istess ħin biex jonoraw lill-Arkitett il-Kbir tal- Mażuni. Qabel ma jkun jista' jiehu azzjoni, Albert ikun arrestat. Gull joħroġ biex ineħħi minn nofs lil Mary Kelly. Aberline jiskappa u jidher li wasal tard. Diġa' nstab ġisem imtertaq ta' mara. Mill-kulur tax-xagħar jirrealizza li l-vittma mhix Mary. Wara, jingħata ittra miktuba minn Mary fejn tgħidlu li rritornat lura lejn pajjiżha, l-Irlanda mat-tarbija Alice. Gull, meqjuż bħala mhux ta' minn jafdah, ikun operat f 'moħhu. L-ispettur Aberline jinstab mejjet f 'post fejn jieħdu l-loppju. Il-karattru enigmatiku ta' Jack the Ripper jibqa' dejjem b'dik l-arja misterjuża u fl-istess ħin ta' kurżita' fuqu u b'hekk jibqa' dejjem jaffaxxina lill-kittieba b'teorija ġodda u lill-produtturi tal-films.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020