Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

32 opinjoni IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020 • illum F'idejna l-pinna! Josianne Cutajar Josianne Cutajar hija membru tal-Parlament Ewropew J għidu li ġimgħa hija perjodu twil fil-politika. Dan ikkonfer- mawh il-ġrajjiet li rajna fix-xena politika dan l-aħħar. Il-bidliet li saru – u li għad iridu jsiru – huma kbar. Inkunu inġusti, madankollu, jekk inħarsu biss lejn l-aspetti negattivi ta' din is-sena. F'April sellimna lil Marie Louise Coleiro Preca u lqajna lil George Vella bħala President tar-Repubblika – rwol li Vella qiegħed jaqdi bl-aħjar mod grazzi għas- snin twal ta' esperjenza fid-diplomazija u fl-affarijiet barranin. Bħal Coleiro Preca, il-President il-ġdid qiegħed jirrappreżenta lir-Repubblika tagħna bis-serjetà kollha li jixirqilha. F'Mejju mbagħad l-elezzjonijiet għall- Kunsilli Lokali reġgħu wrewna li f 'pajjiżna l-attiviżmu politiku fost iż-żgħażagħ għadu ħaj, tant li għadd sabiħ ta' żgħażagħ ġew eletti għall-ewwel darba fil-Kunsilli rispettivi tagħhom. Minn Mejju 'l hawn dawn is-Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera żgħażagħ bdew juru xi ssarraf tassew l-enerġija żagħżugħa permezz tal-ħidma tagħhom għal-lokal. Ippermettuli nżid ma' din il-mewġa pożittiva l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li rriżultaw f 'erba' Membri Parlamentari Ewropej għall-Partit Laburista, inkluża jien. Bħala l-ewwel Għawdxija – u l-iżgħar – rappreżentanta eletta, il-fiduċja tal-poplu tonorani u timmotivani biex issa nsarraa f 'ħidma sfieqa favur pajjiżna fil-Parlament Ewropew. Iżda ma nkunx reali jekk ma nsemmix ir-rivelazzjonijiet li ħasduna dan l-aħħar. Ilkoll tħassibna, u mhux it. Kien hemm sentimenti ta' diżappunt, xokk, konfużjoni, rabja u dwejjaq. Bl-ebda mod, madankollu, ma rrid inħalli dan jitfa' dell ikrah fuq ix-xogħol kollu tal-amministrazzjoni Laburista mill-2013 'l hawn. Ħaġa ċara li hemm min qiegħed jipprova jnessi l-ġid kollu li sar, iżda aħna li nafu u li għexna dawk il-bidliet ma nistgħux ninsewhom. Dan kien il-Gvern li wara 'l fuq minn għoxrin sena reġa' poġġa lill-ħaddiem u lill-familji fiċ-ċentru ta' ħidmietu u li żamm subgħajh fuq il-polz tal-poplu. Ir-rebħiet elettorali ma kinux biss rebħiet għall-Partit Laburista iżda wkoll riflessjoni ta' dik il-ħidma li ma jista' jħassarha ħadd. Jixhdu wkoll dak li l-poplu jrid bi ħġaru: Gvern li jisma', li jkattar il-ġid għal kulħadd, li jsaħħaħ il-ġustizzja soċjali u li jeqred l-inugwaljanza mis-soċjetà tagħna. Għalhekk il-bidliet li jridu jsiru ma jistgħux ifissru li nibdlu kollox bl-iktar mod drastiku bla ma nibnu fuq it-tajjeb li sar. Madankollu għandna nirrikonoxxu li jenħtieġ isiru ċerti bidliet sabiex id- demokrazija tagħna tissaħħaħ – filfatt, dwar dan diġà tkellimt. Irrid nara li jkun hemm attenzjoni ffukata fuq ir-riformi kostituzzjonali li teħtieġ is-sistema legali tagħna. Irrid nara l-onestà, it-trasparenza u l-maturità politika fost kulħadd, mill- iżgħar sal-ogħla wieħed. F'dan il-mument dak li żgur għandu bżonn pajjiżna hu li jerġa' lura għall- istabbiltà. Kienet proprju dik l-istabbiltà li għamlet possibbli t-tkattir tax-xogħol u l-qabża fil-kwalità tal-ħajja għall-biċċa kbira tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-familji tagħna jridu jerġgħu lura għan- normalità u ħaqqhom amministrazzjoni li tagħtihom is-serħan tal-moħħ. Fuq kollox il-poplu ħaqqu dak li vvota għalih fl-2017 u dan għandu jitwassal. Il-mandat ta' dan il-Gvern huwa b'saħħtu u r-riżultati pożittivi li ngħataw jitkellmu waħidhom. Il-pass li jmiss issa mhu f 'idejn ħadd ħliefna d-delegati u l-membri tal-Partit Laburista. Jenħtieġ nagħmlu għażla kruċjali, għażla li se tiddeċiedi d-direzzjoni tal-pajjiż – u tal-Partit – għas-snin li ġejjin. Is-sabiħ tal-Partit Laburista huwa li dejjem jibqa' miuħ għat-tiġdid tiegħu stess sabiex jibqa' jirrappreżenta lill-pajjiż u liċ-ċittadini bl-aqwa mod. Ejjew nixtarru dak kollu li ġara matul is-sena li għaddiet, nitgħallmu mill-ħażin u niakru fit-tajjeb. Ejjew nieħdu din id-deċiżjoni bl-iktar mod responsabbli possibbli. Il-pass li jmiss issa mhu f'idejn ħadd ħliefna d-delegati u l-membri tal-Partit Laburista. Jenħtieġ nagħmlu għażla kruċjali, għażla li se tiddeċiedi d-direzzjoni tal-pajjiż – u tal-Partit 'Ejjew nieħdu din id-deċiżjoni bl- iktar mod responsabbli possibbli' 20 Opinjoni IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Inħarsu lejn il-futur b'ottimiżmu Il-Bibbja u l-ġustizzja soċjali Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth L -avvenimenti straordinarji li għaddejna minnhom u r-rive- lazzjonijiet li kellna matul dawn l-aħħar ġimgħat ċertament ħallew impatt kbir fuqna lkoll. U bir- raġun għaliex il-poplu Malti jistenna u jixraqlu l-aħjar, u propju għalhekk li elezzjoni wara oħra l-poplu ta l-fiduċja lill-Gvern Laburista u baqa' jappoġġja l-missjoni ta' dan il-Moviment. Però tajjeb li wieħed jirrifletti it fuq is-sitwazzjoni preżenti ta' pajjiżna, kif wasalna hawn u x'qed isir mill-Gvern. Ftit aktar minn sentejn ilu kellna l-isfortuna li f 'pajjiżna nqatlet ġurnalista, sempliċiment għaliex kienet qed tagħmel xogħolha. Irrispettivament minn jekk wieħed kienx jaqbel mal-kitba tagħha jew le, dan huwa għaġir kundannabbli għall-aħħar u li żgur qatt ma jista' jkun aċċettat f 'pajjiż demokratiku u modern bħalma huwa tagħna. Kif irrepeta għal diversi drabi l-Prim Ministru, filwaqt li l-akbar telfa ġarrbitha l-familja ta' Caruana Galizia, dan huwa attakk fuq is-soċjetà kollha tagħna. Dakinhar żidna qtil politiku ieħor ma' dawk ta' Raymond Caruana u Karin Grech, u kulħadd kien jemmen li dan il-każ ma kienx ser jiġi riżolt bħalma ġara f 'dawk il-każijiet. Però b'mod immedjat il-Prim Ministru kkommetta ruħu li dan il-każ irid isolvih fit-terminu tiegħu u ra li l-Awtoritajiet ikollhom ir-riżorsi kollha meħtieġa biex jaħdmu u jaslu ghal dawk li kienu involuti b'xi mod jew ieħor. Sentejn wara qegħdin hawn niddiskutu x-xogħol kbir li għamlu u qegħdin jagħmlu l-istituzzjonijiet tagħna li wassalhom biex ressqu l-Qorti dawk li allegatament wettqu d-delitt, però aktar importanti minn hekk, il-persuna li allegatament kienet il-moħħ wara dan il-qtil makabru. Huwa surreali li hawn min għadu qed jipprova jikkonvinċi lin-nies li dan il-Gvern qiegħed ixekkel l-investigazzjoni meta kien il-Prim Ministru li ta r-riżorsi kollha, fittex l-għajnuna ta' awtoritajiet barranin, u saħansitra rrakkomanda li tingħata l-proklama lill-allegat middle- man sabiex toħroġ il-verità kollha. Dawn mhumiex mossi ta' min irid jipprova jfixkel jew jaħbi l-verità – dawn huma passi għaqlin u kuraġġużi ta' min irid jara li ssir ġustizzja sħiħa biex kulħadd jieħu li ħaqqu. Żgur li lkoll naqblu li dan il-Gvern fost il-ħafna ġid li ġġenera, għamel ukoll żbalji u kien hemm deċiżjonijiet li setgħu jittieħdu aħjar. Però ċertament li t-triq 'il quddiem mhijiex li ninsew il-progress kollu li ksibna flimkien u nieqfu nofs triq. Dan il-pajjiż baqagħlu ħafna bidliet u kisbiet li jrid jagħmel, u dan il-Gvern li għadu jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza għad għandu nofs mandat quddiemu li ser juża biex ikompli jġib il-ġid lejn pajjiżna. Fl-istadju li ninsabu fih illum, kull min kellu jerfa' r-responsabbiltà politika refagħha, inkluż il-Prim Ministru, filwaqt li l-proċess intern biex jiġi elett mexxej ġdid tal-Partit Laburista beda u issa quddiemna għandna żewġ kontestanti kompetenti u bil-ħiliet neċessarji għal din il-kariga. Lil Robert Abela u lil Chris Fearne naom bħala żewġ persuni onesti u serji, u ċert li jilħaq min jilħaq minnhom ser ikun kaptan tajjeb. Bħalissa għandna sfida quddiemna, però ċert li ser negħlbuha għaliex l-akbar legat li ħa jkun ħalla warajh Joseph Muscat mhuwiex l-għaxar rebħiet elettorali, iżda s-saħħa ta' moviment kompatt u magħqud sabiex ikun kapaċi jaffaċċja u jegħleb kull sfida. Għalhekk ninsabu kommessi li it inqas minn xahar ieħor ningħaqdu wara Prim Ministru ġdid sabiex naraw li l-pajjiż joħroġ minn dan il-perjodu diffiċli u nerġgħu nibdew niffukaw fuq aktar kisbiet u rebħiet għal Malta u Għawdex tagħna. D is-sena l-isqfijiet Ingliżi, bi ehim mas-Soċjetà Bibblika, iddeċidew li jiddedikaw sena li fiha jagħtu prominenza lill-Bibbja, kemm it-Testment il-Qadim kif ukoll it-Testment il-Ġdid. Il-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta' Westmin- ster saħaq fuq kemm il-Bibbja tagħfas fuq il-ġustizzja soċjali. Fit-Testment il-Qadim jew fil-Bibbja Lhudija, ħafna mill-kotba jisħqu fuq li fost il-poplu t'Alla, ma għandux ikun hemm bniedem fqir. Hekk stqarr Mosè, il-Mexxej tal-poplu Lhudi fl-ewwel żmien tat-tmexxija tiegħu. U l-profeti, jiġifieri n-nies li jitkellmu f 'isem Alla għax Alla lilhom kien ikellimhom b'mod partikolari, kienu jinsistu li fost il-poplu t'Alla hemm żewġ kategoriji li huma l-ifqar – ir-romol u l-iltiema. Dak iż- żmien ma kienx hemm servizzi soċjali u għalhekk dawk li jitkellmu f 'isem Alla kienu jinsistu biex dawn iż-żewġ kategoriji jingħataw attenzjoni speċjali. Barra minn hekk, fil-Ktieb tas-Salmi, jiġifieri l-ktieb li kien jintuża ħafna fit-Tempju għax il-150 Salm li fih kienu jitkantaw fil-funzjonijiet reliġjużi kien fihom twissija dwar il-kbarat, twissija li kienet frott l-esperjenza. Dit-twissija kienet tgħid li huwa hieni l-bniedem li jittama fil-Mulej u min-naħa l-oħra hemm it-twissija dwar li huwa msejken jew saħansitra misħut min jittama fil- kbarat. Ngħid għalija dit-twissija sikwit niakar fiha meta jien jew il-poplu tagħna ngħaddu minn xi esperjenza qarsa. Il-Kotba tas-Slaten Jiena nħobb naqra ċerti kotba tat- Testment il-Qadim għax dak li jgħidu jew jirrakkontaw għadu jgħodd sal-lum. Jolqotni ħafna dak li hemm fil-kotba msejħin il-Kotba tas-Slaten. F'kapitlu tmienja tal-ewwel ktieb, hemm xi ġralu l-poplu Lhudi meta ried ikun bħal ġnus oħra billi jkun immexxi minn sultan. Delegazzjoni minn fost il-poplu marret għad Samwel il-profeta u qaltlu biex jagħtihom sultan kif għandhom pajjiżi oħra. Samwel ħassu sorpriż u weġibhom: "Intom mhux diġà għandkom sultan: lil Alla?" Imma huma weġbuh li jridu wieħed kif għandhom popli oħrajn, bniedem bħalhom. Samwel ħassu ddispjaċut b'dit-talba u fit-talb tiegħu mar għand il-Mulej biex jara jekk din togħġbux jew le. U Alla fit-talb qallu li b'hekk qed iwarrbu mhux lill-profeta imma lilu l-Mulej. Imma fl-istess waqt qallu biex jaċċetta li jkollhom sultan. Profezija qarsa Imma Alla li jaf kollox, kemm l-imgħoddi kif ukoll il-ġejjieni, qal lil Natan x'se jiġri. Min isir sultan ikun irid jgħix ħajja ta' stil għoli. Biex iseħħ dan, is-sultan ikun irid jieħu mill-artijiet tal-poplu, jieħu lill-ulied tal-poplu biex imorru jiġġieldu l-gwerra kontra popli oħra. Ikun irid jieħu l-ulied nisa tagħhom biex isajrulu, jagħmlulu l-fwejjaħ, irabbulu l-annimali. U allura wlied il-poplu jsiru qaddejja u lsiera tas-sultan. U jkun irid ukoll jieħu mill- artijiet tagħhom biex jagħtihom rigal lill- kunsilliera u lill-kbarat tiegħu. U l-poplu jibda jħossu mgħakkes mis-sultan u fid-dwejjaq tiegħu jdur lejn Alla. Imma dakinhar li jdur lejh, Alla ma jisimgħux! Dil-kitba hija kundanna tar-rejiet li ġew wieħed wara l-ieħor għax tneħħi xi eċċezzjonijiet l-poplu Lhudi it li xejn kellu biex jiaħar bis-slaten tiegħu. Kienu huma li wasslu lill-poplu Lhudi sa l-eżilju, sal-qasma tas-saltna u lejn l-allat foloz. Anke l-aqwa fost is-slaten, fosthom David u ibnu Salamun, dinbu u tbiegħdu minn Alla. U hekk seħħ dak li hemm miktub fil-ktieb tas-Salmi kemm kien imsejken il-poplu li afda fil-kbarat! Għadu teżor moħbi Fit-Testment il-Ġdid hemm it-tagħlim ta' Ġesù dwar il-kbarat: "Agħtu lil Ċesari dak li hu ta' Ċesari u lil Alla dak li hu ta' Alla" Aħna l-Maltin illum għandna l-Iskrittura kollha bil-Malti, imissna ngħodduha bħala xorti kbira li nistgħu naqraw dawn il-kotba li fihom hemm il-Kelma tal-Mulej u ma nkunux kuntenti b'dawn il-it siltiet li nisimgħu fil-Quddiesa, dawk li għadhom imorru għall-Quddiesa! San Ġilormu kien devot kbir tal-Bibbja u kien hu li qalibha fi lsien li bih kien jitkellem il-poplu. Tafu x'qal? "Min ma jafx l-Iskrittura ma jafx lil Kristu!" Għal ħafna Maltin il-Bibbja għadha teżor moħbi! Alex Agius Saliba Dun Anġ Seychell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020