Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum Iħobb ħafna x-xjenza, ħadem u għamel żmien ateu ... illum YENDRICK CIOFFI Nhar it-Tnejn li għadda, għaxart irġiel ġew ordnati saċerdoti, uħud minnhom żgħażagħ u oħrajn mhux daqstant. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' wieħed minnhom: Dun Christopher Bugeja, xjentist ta' 36 sena li tista' tgħid li qabel daħal is-Seminarju kellu quddiemu karriera sabiħa. Għamel żmien saħansitra jilgħab bejn ateu u anjostiku. X'waslu biex isir qassis? Dun Christopher daħal is-seminarju ta' 28 sena. Dak iż-żmien kien gradwa, ġab masters minn barra minn Malta u kien beda jistudja għad-dottorat. "Qabel dħalt is-Seminarju assolutament ma ridtx insir qassis," beda jispjega. It- tir tiegħu kien li jżewweġ flimkien il- kommunikazzjoni max-xjenza. "Kont ninkedd ħafna li f 'Malta ma kellna l-ebda programm fuq ix-xjenza." Fil-fatt, meta daħal l-Università, għaqqad ix-xjenza mal-kommunikazzjoni anke għax kien digà mess xi it mar-radju u fi kliemu fehem kemm dan il-mezz ta' kommunikazzjoni għadu b'saħħtu. Huwa studja l-kommunikazzjoni u l-psikoloġija fl-Università ta' Malta u minn hemm tela' jistudja l-Kommunikazzjoni tax- Xjenza fir-Renju Unit. F'Malta, huwa ħadem fuq proġetti tal- inġinerija u t-teknoloġija ffinanzjati mill- Unjoni Ewropea u anke pproduċa għar- radju u t-televiżjoni inkluż għal barra minn Malta. Dun Christopher Bugeja kien wieħed minn dawk li ħolmu bl-Esplora. "Niakar meta ċempluli biex jgħiduli li l-Esplora, il-proġett li tant kont noħlom bih, kien wasal biex jieħu l-ħajja. Bdejt naħdem fuq l-Esplora mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Fl-istess ħin bdejt id-Dottorat barra minn Malta," spjega s-saċerdot. '...imma ħassejtni niġġieled ma' sur' Hawn it-ton tiegħu nbidel. "Wasal żmien fejn bdejt inħossni qed niġġieled ma' sur. Nipprova naħdem fuq id-dottorat u kollox ġej kontra. Telqet waħda mis-supervisors. Kien se jiżdied drastikament il-kont tal- Università. Problema wara l-oħra. Sakemm wasal mument li spiċċajt fis-sodda għal ġimgħa sħiħa, inħares lejn is-saqaf ma nistax niċċaqlaq," spjega Bugeja. Fi kliemu, bla ma trid, meta tispiċċa ġimgħa fis-sodda, issib ruħek taħseb fuq ħajtek, dak li għadda, li għandek u li trid tagħmel. "Kienet esperjenza li daħlitni f 'qoxorti. Staqsejt lili nnifsi jekk il-pjanijiet għall-karriera kinux l-aħjar għalija," insista Dun Christopher. Fl-istess ġimgħa, beda jfittex it dokumentarji u fuq il-BBC laqtu wieħed jismu "Catholics." Kien twil siegħa. "Niakar biss li kien dwar Seminarju f 'nofs Londra. Rajt dan id-dokumentajru tmien darbiet f 'lejl wieħed. Messli l-qalba tiegħi. Fl-aħħar ta' din il-maratona, indunajt li s-sejħa tiegħi dejjem kienet għas-saċerdozju u kont qed ninjoraha. Riħ ta' siegħa jnaddaf qiegħa," spjegalna s-saċerdot novell. "Minn hemm bdejt il-mixja tiegħi." 'Illum qed naraw is-saċerdot kif verament hu: uman' Ngħiduha kif inhi. Dan mhux żmien faċli għall-Knisja. Skandli ta' xi wħud fi ħdanha heżżuha. Illum is-saċerdot ma għadux iċ- ċentru tar-raħal u forsi wkoll hawn min iħares lejh bi stmerrija. Dan kollu ma jaqtalux qalbu aktar u aktar lilu li quddiemu kellu karriera sabiħa mmens? "Kieku għadna nħarsu lejn is-saċerdot kif konnha nħarsu lejh 50, 60 sena ilu, kieku aktar u aktar ma kontx nersaq lejn is- Seminarju. Illum qed naraw is-saċerdot kif verament hu: uman. Iva, sfortunatament, fil- Knisja, kif kien hemm f 'organizzazzjonijiet oħrajn, kien hemm min hu mħassar, dak li l-Papa Franġisku jsejjaħlu 'korrott," jiġifieri dak li minnu se joħroġ il-ħażen li weġġa' l-Knisja u s-Soċjetà." saħaq Dun Christopher. "Dawn huma skalda fis-soċjetà tagħna. Irridu nitolbu ħafna għalihom u għall-vittmi tagħhom." Fi kliem Dun Christopher, għall-grazzja ta' Alla, dawn ma kinux il-maġġoranza, iżda kif jiġri dejjem, il-ħażin se jinstema'. Dwar il- kritika li tirċievi l-Knisja, Dun Christopher fakkar li Kristu, fi żmienu, kien bniedem kontroversjali ħafna u mhux talli kkritikawh, talli qatluh. "Jien għalija l-kritika, jekk tkun kostruttiva, hija xi ħaġa tajba għax tkun qed tgħin il-Knisja biex timxi 'l quddiem. Jiena l-kritika tajba, tgħini," insista. "Vera. Huwa żmien diffiċli iżda huwa żmien li jirrifletti l-isfidi li minnhom jgħaddi kulħadd inkluż il-qassis. Il-ħajja ma għandhiex tkun faċli għall-qassis għax il-qassis huwa meħud minn fost il-poplu biex ikun rappreżenant ta' Alla fost il-poplu u għalhekk bħall-poplu għandu jgħix l-isfidi wkoll." Imma x-xjenza u l-fidi jmorru flimkien? Dun Christopher huwa xjentist iżda huwa wkoll saċerdot. Imma x-xjenza u l-fidi jmorru flimkien? Ix-xjenza trid tispjega kollox. Lil Alla ma tistax tispjegah. X'jaħseb dwar dan? Kellu risposta pronta. "Li kieku x-xjenza kellha tispjega kollox, kieku x-xjenza waqqfet. Ix-xjenza ma tispjegax kollox imma tipprova tfittex il- verità. Ma tistax tispjega kollox għax il- kollox huwa kbir wisq. Iżda kemm ix-xjenza u l-fidi qed ifittxu l-istess ħaġa: il-verità. Ix- xjenza tfittex il-verità li tista' titkejjel, jiġifieri l-verità tal-kimika, il-bijoloġija, il-fiżika u oħrajn. Ma tistax tmur oltre. Il-fidi qed tfittex il-verità, iżda mhux dik li tista' titkejjel iżda ta' dak li huwa wisq kbir, dak li aħna nsejħulu d-divin," spjega Dun Christopher. Kien hawn li saħaq li ma jmorrux kontra xulxin, anzi fi kliemu jmorru id f 'id għax it- tnejn qed ifittxu l-istess ħaġa, minn angoli differenti u għalhekk jistgħu jgħinu lil xulxin. "Ix-xjenza tgħin lill-fidi biex ma taqax fis- superstizzjoni għax dak li jista' jitkejjel għandu jitkejjel. Il-fidi min-naħa tagħha tgħin lix-xjenza biex tmexxina 'l quddiem fil-linja li tista' tgħin lill-poplu. Il-fidi tista' tmexxi x-xjenza lejn ir-riċerka kontra l-mard u mhux tħalli x-xjenza tirriċerka fuq l-armamenti. Waħda tfittex il-ħajja u l-oħra taqdi l-mewt," spjega b'passjoni. 'Għamilt żmien nipprova nkejjel l-eżistenza ta' Alla bix-xjenza' Hawn ma qattx jinħeba wara subajgħ. Fi kliemu, għamel żmien iqis lilu nnifsu ateu jew inkella anjostiku. "Ftit it kont qed ninduna li qed nipprova nkejjel l-eżistenza ta' Alla bix-xjenza. Qisek qed tkejjel lil Malta bir-riga tas-sitt pulzieri. Impossibbli," saħaq. Illum, permezz tax-xjenza, jaf japprezza aktar dak kollu li jsib madwaru, minnu nnifsu, sal-ura u dak kollu li jagħmilha dik li hi, in-naħla fil-kampanja u d-dinja ta' taħt l-ilma għax Dun Christopher huwa wkoll bugħaddas. "Meta napprezza dan kollu, inħossni ċkejken u għalhekk jiaħni għal dak li hu akbar," spjega. Kien hemm mument li kien se jaqtalu qalbu? L-ILLUM tistaqsih jekk qattx kien hemm mumenti tul il-mixja tiegħu fis-Seminarju fejn ħassu li qed jaqta' qalbu. "Iva kien hemm," wieġeb fil-pront. Għalih kienet deċiżjoni iebsa mhux biss li jwaqqaf id-dottorat biex ikun jista' jiffoka fuq l-istudji tiegħu fis-Seminarju iżda anke li Studja x-xjenza. Ħadem fuq proġetti kbar bħall-Esplora. Kien beda jistudja għad-dottorat u dokumentarju qalilbu ħajtu ta' taħt fuq. Il-gazzetta ILLUM titkellem mas-saċerdot novell Christopher Bugeja Saċerdot ma jiċċaħħadx. Saċerdot joffri u joffri bil- qalb. Qed joffri wkoll li jkollu familja. Iva iebsa. Li jkollok 36 u taf li mhux se jkollok mara biex tħobb u tfal tiegħek, hija tqila. Imma f'dawn is-snin tħejji ruħek għal din l-offerta Dun Christopher Bugeja flimkien mal-ġenituri tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020