Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 ħadem fuq proġetti bħall-Esplora illum qassis jerġa' jibda jistudja kollox mill-bidu. Għas-sena barra, jiġifieri r-raba' sena tas- Seminarju, Dun Christopher kien għażel li jmur jagħmel esperjenza l-Peru. "Indunajt li rrid nitgħallem lingwa ġdida ... għaddew erba' ħsibijiet minn moħħi. Kien hemm mumenti iebsa, imma mbagħad tibda tinduna li x'ħin iddur lejn Alla fit-talb, se tasal dik l-imbuttatura biex tkompli." Tela' l-Peru ma jafx kelma bl-Ispanjol. Malli wasal kienet qed tistennih kopja li ma kinitx taf kelma bl-Ingliż. Fi tlett ijiem ried jiltaq sew ilsienu. Wara xahar spiċċa jmur flok il-kappillan (li miegħu kien qed jaħdem) biex jgħallem il-Bioetika fl-Università. Wara it kellu f 'idu proġett ta' bini. Ried jagħżel il-ħaddiema, jixtri l-materjal u jikkoreġi l-iżbalji tal-ħaddiema anke jekk hu mhux bennej. "Bl-għajnuna ta' Alla wasalna. Kull ħaġa li qatgħetli qalbi, sibt l-għajnuna biex negħlibha," wieġeb b'ottimiżmu. 'Mill-għoqiedi f'ħajti Alla għamel bizzilla' L-ILLUM tistaqsih jekk f 'dawn is-snin kellux esperjenza li mmarkatlu ħajtu u Dun Christopher isemmi magħna tnejn. Fi kliemu, l-ewwel esperjenza li mmarkatu u li għadha timmarkah sal-lum, huwa l-mod kif Alla jaħdem fil-ħajja tal-bniedem. "Fil-bidu kont qed nara għoqiedi biss. Illum inħares lura u minn dawk l-għoqiedi nara disinn sabiħ. Jiena mir-Rabat. Meta kont żgħir kont nimmeravilja ruħi nara anzjana, ħdejn il-Katakombi, taħdem iċ- ċombini u minn għoqda wara l-oħra toħroġ disinn mill-isbaħ. Rajt lil Mulej jagħmel bizzilla minn ħajti," spjega Dun Christopher. Il-Peru ... esperjenza li mmarkatu L-esperjenza fil-Peru u l-ħidma li twettaq il-Knisja fost dawk fil-bżonn tibqa' wisq immarkata f 'qalb Dun Christopher. "Nibqa' impressjonat kemm il-Knisja tagħmel ġid fejn ħaddieħor ma jridx jersaq. Tagħmel il-ġid mhux għall-glorja tagħha. Tagħmel il-ġid għax in-nies huma nies," saħaq Dun Christopher. Hawn semma l-kappillan li miegħu kien għamel l-esperjenza, Fr Ray Portelli, li fi kliemu jaħdem meta jaf li mhu se jieħu xejn lura anke jekk jaħli l-enerġija kollha tiegħu. Dun Christopher spjega kif dan l-istess kappillan saħanistra kien talab il-permess tal-Isqof tiegħu biex ikun jista' jistudja għal tabib għax fil-parroċċa tiegħu kien hemm bżonn li jkun hemm tabib. "Fr Portelli huwa kappillan, tabib, lecturer tal-Università u tas-Seminarju, għandu waħda mill-aktar parroċċi ħajja fil-belt ta' Iquitos f 'nofs il-foresta Amażonika, jaħdem daqs għaxra, jaħdem ma' ħafna nies li mhux Insara u jibqa' jagħmel dan bi tbissima kbira," saħaq Dun Christopher. Din l-istess parroċċa, bil-ħidma ta' dan is-saċerdot Għawdxi u anke l-ġenerożità tal-poplu Malti, għandha wkoll djar ta' rijabilitazzjoni mid-droga u l-abbuż mill- alkoħol, dar għall-anzjani, xelter għal min ma għandux fejn jorqod u anke Hospice għal dawk morda bl-Aids, it-TB u l-kanċer. F'Iquitos għal dan il-mard u kundizzjonijiet ma hemmx fejqan. "Din l-esperjenza ħalliet impatt kbir f 'ħajti." 'Waqt l-Ordinazzjoni ħassejtni daqs dudu ċkejken' Wara ħafna taqtigħ ta' qalb minħabba l-COVID-19, waslet l-Ordinazzjoni. X'ħass dak il-ħin li ġie ordnat saċerdot? X'kien għaddej minn moħħu meta kien mixħut wiċċu mal-art? "Ir-rit fih innifsu jolqot is-sensi kollha. Għandek il-viżwal għax il-knisja tkun imżenja sabiħ, tisma' l-kant li jqanqlek, hemm ix-xamm tar-riħa taż-żejt ifuh li bih l-Isqof jikkonsagra idejn is-saċerdot, u anke l-ħass għax min qed jiġi ordnat iħoss idejn l-Arċisqof li qed jikkonsagrah. Hija xi ħaġa li tqanqlek. Qisha mewġa li tiġi fuqek u għandek ħajtek kollha biex tiimha. Meta kont wiċċi mal-art ħassejtni iżgħar minn dudu ċkejken. Ħassejt ix-xejn tiegħi u ħassejt li vera għandi bżonn l-għajnuna. Din il-ħajja hija kbira wisq għalija," insista Dun Christopher. Fi kliemu, l-aktar mument li se jibqa' jgħożż hija d-dilka ta' idejh biż-żejt. "Dak il- ħin għidt, dawn l-idejn ma għadhomx tiegħi, saru idejn ta' Alla. Jien kollni kemm jien ma għadnix tiegħi nnifsi," spjega emozzjonat. Ma jixtieqx li jkollu mara u tfal? Żgur li waħda mill-akbar affarijiet li saċerdot jiċċaħħad minnhom hija dik li jkollu l-familja tiegħu. Ma kinitx iebsa għal Fr Christoper li jiċċaħħad minn din l-imħabba? "Saċerdot ma jiċċaħħadx. Saċerdot joffri u joffri bil-qalb. Qed joffri wkoll li jkollu familja. Iva iebsa. Li jkollok 36 u taf li mhux se jkollok mara biex tħobb u tfal tiegħek, hija tqila. Imma f 'dawn is-snin tħejji ruħek għal din l-offerta," saħaq Dun Christopher. "Mhux se jkolli t-tfal bijoloġiċi tiegħi, imma se jkolli aktar tfal. Anzjana ta' 80 sena, ratni bil-kullar u għajtitli father. L-ewwel darba nħsadt. L-imħabba li tista' tirċievi minn familja hija sabiħa imma l-imħabba li tirċievi minn familja akbar hija sabiħa wkoll. Din hija grazzja." Il-messaġġ ta' Dun Christopher liż- żgħażagħ... X'ikun il-messaġġ lil żgħażagħ li forsi bħalu qed iħossu s-sejħa iżda qed jirriutawha? "Għix dak li hu l-aħjar għalik. Il-Mulej se jagħżlek għal dak li hu l-aħjar għalik. Jekk se tagħmel dan, il-Mulej se jagħtik ħafna u int se tagħti ħafna. Jekk le, fil-fond ta' qalbek se tonqsok il-paċi. Il-ħajja qasira wisq biex tgħixha b'nuqqas ta' paċi." tiegħu ftit wara l-Ordinazzjoni. Ritratt - Il-Knisja f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020