Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266185

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara li ġimgħa ilu rajna lil Neil Agius jgħum biex jgħaddi messaġġ favur il-pjaneta li qed ngħixu fiha, nhar is-Sibt li ġej imiss lil Michelle Muscat tagħmel l-għawma tradizzjonali tagħha bħala Chairperson tal- Marigold Foundation - għas- sitt darba f 'dak li issa donnu sar avveniment annwali. Din id-darba iżda Muscat mhux se tkun qed tgħumha minn punt sa ieħor imma se tkun qed tesegwixxi maratona ta' għawm bla waqfien, mid-9:00 a.m sas- 7:00 p.m. U magħha se tkunu tistgħu tingħaqdu intom tgħumu, tiddevertu u tieħdu pjaċir - għal ħlas ċkejken fil-forma ta' donazzjoni għall-Fondazzjoni. Din is-sena l-għawma se teħodna fir-raħal sabiħ fin- nofsinhar tal-pajjiż, Birżebbuġa, fejn l-attivtajiet u d-divertiment se jkunu għaddejjin il-ġurnata kollha fil-Bajja s-Sabiħa (Pretty Bay). Il-pubbliku se jkun jista' jipparteċipa f 'din is-swimathon għal ħlas ta' €10 li jmorru għall-Fondazzjoni Marigold. L-avveniment se jkun miuħ ukoll għal dawk li għandhom sfidi ta' mobilità b'diversi karreġjati ta' mobilità għal ġol-baħar u siġġijiet tar-roti li jinżlu fil-baħar. Se jkun hemm ukoll tliet karreġġjati oħra: waħda għal dawk li jixtiequ jgħumu b'veloċità, oħra għal dawk li jixtiequ jgħumu normali u oħra msejħa fun lane. L-Assoċjazzjoni tal-Isports Akwatiku se tipparteċipa ukoll billi tinvolvi plejers tal-waterpolo li se jkunu qed jagħmlu l-iswimathon fil-pixxina ta' District5 li tmiss mal-Bajja s-Sabiħa. Fil-bajja se jkun hemm diversi attivitajiet matul il-ġurnata kollha għal dawk l-għexieren jekk mhux mijiet ta' nies li mistennijin jinżlu Birżebbuġa jgħumu, jiddevertu, jaraw lil Michelle Muscat għaddejja bl-iswimathon u jagħtu xi ħaġa żgħira lill-Fondazzjoni. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f 'din l-iswimathon flimkien ma' Michelle Muscat għandhom jirresġistraw kmieni kemm jista' jkun minn dawn il-postijiet: Il-Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq, il-Kumpless Sportiv tal- Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop, il-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa jew jibgħtu messaġġ lill-Fondazzjoni Marigold fuq il- paġna ta' Facebook tagħha. Mela is-Sibt kulħadd għal Birżebbuġa bil-malji, goggles u €10 fil-but ħa tieħdu gost u tagħtu xi ħaġa żgħira lil min għandu bżonn kbir! MCAST is an equal opportunities employer. MCAST IS RECRUITING • Project Administrator - ERDF 9.036 (Jobsplus Permit Number 679/2019) Closing date Wednesday 8 th July 2020 by 12.00pm. For further details, requirements and application process go to MCAST job portal http://jobs.mcast.edu.mt *Jobsplus Permit Number Opera onal Programme II – European Structural and Investment Funds 2014-2020 "Inves ng in human capital to create more opportuni es and promote the well-being of society" Project part-financed by the European Social Fund Co-financing rate: 80% European Union; 20% Na onal Funds X'tagħmel il-Fondazzjoni Marigold? L-għan tal-Fondazzjoni Marigold hija biex tagħti s-saħħa lin-nies u biex ittejjeb l-istandards, tappoġġja inizjattivi u ssaħħaħ il-vuċijiet ta' dawk li fil-bżonn. Kemm fuq livell makro, kif ukoll fuq livell mikro, l-Fondazzjoni Marigold tagħti għajnuna fuq livelli varji primarjament; l-iżvilupp tal-komunità, saħħa, bżonnijiet speċjali u edukazzjoni. Il-Fondazzjoni ma tgħinx individwi kif tagħmel il-Community Chest Fund, per eżempju, imma tgħin għaqdiet non governattivi fl-oqsma li ssemmew hawnhekk - kemm jekk ikunu għaqdiet stabbiliti u anke jekk ikunu għaqdiet li għadhom jibdew. Il-Fondazzjoni Marigold qajmet ħafna għarfien u tagħti wkoll għajnuna lil dawk l-għaqdiet li jgħinu persuni b'mard rari. Nhar is-Sibt kulħadd għal Birżebbuġa ħalli tgħinu lill-Fondazzjoni Marigold! Nhar is-Sibt li ġej Michelle Muscat b'maratona ta' għawm u inti mistieden tmur tgħum ukoll biex tiddeverti tagħti appoġġ u tgħin lill- Fondazzjoni Marigold. Mela nhar is-Sibt li ġej, tmur imkien jekk mhux Birżebbuġa ... Is-Segretarja tal-Fondazzjoni Marigold ma' Michelle Muscat f'sessjoni ta' taħriġ barra mill-pajjiż

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020