Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268417
15 kultura illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Żejtun ILLUM: L-Aħħar Ħbit mit-Torok u Klement Tabone Il-ħbit tat-Tork f'Malta fl-1614, tkissir fiż-Żejtun u Kliement Tabone. Fit-tieni artiklu fuq l-ILLUM dwar iż- Żejtun nagħtu ħarsa lejn biċċa mill-istorja ta' Città Beland Nhar is- 6 ta' Lulju, iż-Żwieten ifakkru ġrajja importanti li għaddew minnha missirijiethom. Fl-1614 flotta Torka attakkat ix-Xlokk ta' Malta. L-istorja tinsab dokumentata fit-tieni reġistru tal-magħmudijiet fl- arkivju Parrokkjali u kopja tagħha minquxa fuq lapida fil- knisja parrokkjali l-qadima, hekk magħrufa bħala ta' San Girgor. Dettal fil-kwadru tal-Martirju ta' Santa Katarina, li issa qiegħed fil-mużew tal-parroċċa, jillustralna bil-pittura dan l-attakk, li kien sbieħ is-6 ta' Lulju 1614, meta flotta ta' 60 ġifen Tork, b'madwar sitt elef suldat, ippruvat għall-ewwel taħbat għal Marsaxlokk, iżda kellha terġa' lura minħabba reżistenza li għamel it-Torri San Luċjan. It-Torri San Tumas f 'Wied il-Għajn kien għadu mhux mibni, u allura l-għadu Tork niżel l-art fid-daħliet ta' San Tumas u Wied il-Għajn. Il-flotta Torka kienet taħt il-kmand ta' l-Armenjan Ali Pasha . L-ewwel ma għamlu it-Torok baqgħu telgħin Ħaż- Żabbar, fejn għamlu ħafna ħsara fis- sanwatrju tal-Madonna tal-Grazzja. Mill-kwadru ta' dak iż-żmien kull ma fadal huwa wiċċ il-Madonna . Wara daru għaż-Żejtun u għamlu ħerba mill-knisja parrokkjali, li allura dak iż-żmien kienet dik ta' Santa Katarina, jew kif ħafna jafuha bħala il-Knisja ta' San Girgor, għaliex il-knisja parrokkjali tal- lum kienet għadha mhux mibnija. L-artali u l-kwadri f 'San Girgor ġew imkissrin u maħruqa. Tant saret ħsara li għal xhur wara, il-knisja ma kinitx tista' tintuża, u hekk it- trabi Żwieten kien jagħmmduhom f 'parroċċi oħra. Iżda l-armata Torka ġiet milqugħa mill-kavallieri tal-Ordni u mill-Maltin proprju fil-parti magħrufa bħala Buleben, bejn iż- Żejtun u Ħaż-Żabbar. Ma ninsewx li dak iż-żmien Ħaż- Żabbar kien għadu jagħmel parti miż-Żejtun, għaliex kien għadu ma sarx parroċċa. Mill-ewwel infetaħ in-nar fuq xulxin u saru xi ferimenti. Il-Viċi-Kavallerizz Fra Castellan de Castellet Cornetta u xi kavallieri oħra sfaw feruti flimkien ma' xi 20 Malti. Safa ferut ukoll il-Gran Viskont, ix-xiħ Andrea Marconeral li wera kuraġġ kbir, u jumejn wara din it-taqbida miet, kaġun tal-ġrieħi li ġarrab. Meta l-Gran Mastru Alof de Wignacourt waslitlu l-aħbar li kien ġie maqtul il-kommendatur Fra de Compremy, hu bagħat ukoll is- suldati tal-flotta ta' l-Ordni taħt il- Ġeneral Mendes, flimkien ma' għad kbir ta' muskettieri biex jattakkaw lit-Torok min-naħa ta' wara, iżda meta l-għadu nduna li l-kavallieri kienu determinati li jiddefendu sa l-aħħar, huma daqqew l-irtirata, imma mhux qabel ma 50 Tork inqabdu skjavi u numru ieħor sfaw maqtula. Il-flotta Torka salpat lejn it-Tramuntana ta' Malta u kellhom l-intenzjoni li jinżlu fil-port ta' San Pawl il-Baħar, iżda ma setgħux minħabba l-kanuni tat-torri t'hemm mibni it qabel. Iżda rnexxielhom jidħlu fil-bajja tal-Mellieħa, li ma kinitx difiża xejn u attakkaw lir-raħal tal-Mellieħa, inkluż is-santwarju , fejn l-ikona tal-Madonna bil-Bambin Ġesu' ġiet milquta minn daqqiet ta' xabla. Wara dan, it-Torok telqu minn Malta, u l-Gran Mastru Wignacourt bena t-torri ta' San Tumas biex jiddefendi dawn in-naħat. Klement Tabone: ismu fil-Kotba uffiċjali tal-Ordni Kien f 'din it-taqbida li seħħet f 'Buleben fl-inħawi taż-Żejtun li spikka Klement Tabone . Hu wera qlubija kbira kontra l-għadu, u meta tilef is-sejf, hu talab lil San Klement biex jeħilsu minn taħt it- Torok. Klement issemma' b'ismu fil-kotba uffiċjali tal-Ordni, ħaġa li rari kienet issir, meta kavallieri kienu jagħtu l-importanza kollha lill-membri tal-Ordni, u mhux lil xi ħadd Malti. Lill-Maltin lanqas biss kienu jippermettulhom li jsiru kavallieri. Nafu wkoll li dan l-istess Klement Tabone, fis-sena 1622 kien qala' permess papali li jibni kapella ddedikata lil San Klement, talli hu kien qala' l-grazzja bl-interċessjoni ta' dan il-qaddis. Din il-grazzja Tabone qalagħha meta hu rnexxielu jsalva mill-qilla ta' l-għadu Tork fis-sena 1614. Meta fl-aħħar allura hu bena l-kappella ta' San Klement fis-sena 1658, hu wkoll intrabat li jipprovdi kull ma kien meħtieġ biex isir is-servizz divin u biex tiġi ċċelebrata kull sena l-festa tal-qaddis nhar it-23 ta' Novembru. Nhar it-Tnejn li għadda, sabiex jitfakkar dan il-jum importanti fl- istorja taż-Żejtun, l-għaqda Wirt iż-Żejtun, nediet ktieb iddedikat lil dan il-persunaġġ storiku u eroj, Klement Tabone. Dan il-ktieb huwa ir-raba' wieħed mis-sensiela "Għamlulna Ġieħ", li jiġbru tagħrif dwar personaġġi Żwieten li għamlu ġieħ lil belthom. F'din il-kullana s'issa ġew imfakkra wkoll Michele Cachia, Carlo Diacono u Xandru Farrugia flimkien ma' ibnu Ġanni. It-tnedija ta' dan il-ktieb saret quddiem il-knisja ta' San Klement fejn ġiet preżentata kopja lil Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dr Owen Bonnici, li bil-għajnuna tal-istess Ministeru setgħat issir din il-pubblikazzjoni. F'dan il-ktieb jinkludi żewġ artikli li kien kiteb dwar il-familja Tabone u l-Knisja ta' San Klement, il- Kanonku Dun Joe Abela fil- ktieb tal-festa t a s - S o ċ j e t a' M u ż i k a l i Beland u l-ieħor fil- ktieb tal-festa " L - A r m a r " t a l - G ħ a q d a t a l - A r m a r 25 ta' Novembru. D a w n s e t g ħ u jerġgħu jiġu ppubblikati bil- peremss ta' dawn iż-żewġ għaqdiet. Ir-riċerkatur Dr. Anton Bugeja provda riċerka dettaljata mmens dwar dan il-personaġġ. Permezz ta' informazzjoni dettaljata minn diversi arkivji, wieħed seta' jibni diversi aspetti mill-ħajja u l-istorja ta' dan il- personaġġ. L-aħħar artiklu huwa miktub mill-Perit Ruben Abela fejn permezz ta' din il-kitba ta ħarsa lejn xi binjiet u tiiriet li b'xi mod huma marbutin mal-familja Tabone u Klement innifsu. Dawn huma binjiet u tiiriet li għadna narawhom sal-lum u it nobsru u napprezzaw l-istorja t a g ħ h o m u r-rabta li kellhom ma' nies importanti li ġew qabilna. Nemmnu li dan il-ktieb, bħat- tlieta ta' qablu se jkompli jwassal l-għarfien dwar personaġġ ieħor Żejtuni li għamel ġieħ lil raħal twelidu. Is-sens ċiviku u l-lealta' ta' dan il-bniedem lejn pajjiżu għandu jkun ta' eżempju li fuqu jimxi kull ċittadin. Min jixtieq jakwista dan il- ktieb flimkien ma' kotba oħra li ppubblikat l-għaqda Wirt iż- Żejtun, jista' jagħmel dan billi jaċċessa s-sit elettroniku tal- għaqda www.wirtizzejtun.com