Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268417
16 letteratura IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Rumanz relevanti Nistqarr li maż-żmien tli l-interess f 'rumanzi li b'xi mod jew ieħor jappartienu lill-ġeneru hekk imsejjaħ pop, l-iżjed dawk li joħorġu f 'pajjiżna. Għaliex ġara dan ma nafx. Forsi għax ħafna drabi jidhirli li dan il-ġeneru it li xejn joffri varjetà. Forsi għax fl-aħħar mill-aħħar, minkejja bosta differenzi, jidhirli li ħafna minnhom donnhom kollha l-istess: karattri simili, narrattivi prevedibbli, temi diġà eżawriti. Ftit tal-ġimgħat ilu, wara żjara fl-isptar Mater Dei, inzerta li lmaħt traduzzjoni Maltija ta' rumanz pjuttost simili fil-ħanut tal-kotba ta' quddiem il-kafetterija: Iżżewwiġt Vegana (X'għamilt b'Idejja...) Kont diġà smajt bih mingħand xi ħbieb Taljani midħla tal-awtur u direttur ċinematografiku u teatrali Fausto Brizzi. Għall-ewwel kważi ma tajtx kasu, iżda mbagħad il-kurżità għelbitni u qbadt inqalleb fih addoċċ. Forsi għax kont qiegħed proprju l-isptar. Għandu mnejn għax it-temi ewlenin tar-rumanz – b'mod partikulari d-dieta u s-saħħa – snin ilu kont niddiskutihom qatigħ mat-traduttur Ludvic Azzopardi Ferrando. Jista' jkun ukoll għax it-test sors ta' dan ix- xogħol, Ho sposato una vegana (Una storia vera, purtroppo), ġieli rreferewni għalih xi ħbieb onnivori Taljani sabiex jispjegawli l-avventuri tagħhom bl- esperimenti fil-ħajja vegana jew veġetarjana. Għandu mnejn għax ifakkarni wkoll fl-esperimenti, din id-darba tiegħi, li kont nirrakkonta lit-traduttur... u xi it ukoll f 'dika l-pizza stramba – nofsha bil-laħam u nofsha bil-ħaxix – li snin ilu kont qsamt ma' ċerta veġeterjana li kont niffrekwenta. Difatti r-rumanz jippreżentalna l-istorja vera ta' koppja b'gosti nutrittivi opposti: Fausto onnivoru, Claudia vegana. Il- veganiżmu tal-mara tiegħu huwa pjuttost militanti, tant li iżjed għandu mill-ideoloġiji milli mill-gosti purament djeteteċi. Ma setax jonqos, għaldaqstant, li Claudia tagħmel ħilitha kollha biex tikkonverti lill-maħbub tagħha għal stil ta' ħajja ferm differenti minn dak li kien dara: daqshekk bottijiet kbar tan-Nutella, addiju għaġin bil- Parmeggiano, daqshekk mitt ħaġa oħra li fiha "ammont ma jispiċċa qatt ta' veleni għall-organiżmu". Wara li jinħasel jenħtieġ iħalli l-arja tnixxfu minflok juża xugaman. Minn daqshekk – minkejja t-tradizzjonijiet kulinari tal-kultura Taljana – Claudia tippersisti u jirnexxielha, u kif. Iżda lejn l-aħħar imbagħad jiżvolġu ċerti żviluppi li jqajmu bosta mistoqsijiet... Il-pubblikatur Merlin Publishers jinterpreta din ix-xejra pjuttost reċenti, voldieri "l-ikel tajjeb għas-saħħa u moralment aċċettabbli", bħala waħda mill- ossessjonijiet tal-klassi tan-nofs ta' żmienna. Jidhirli li dan mhux il-każ. F'dawn l-aħħar snin stajt nosserva kemm din ix-xorta kuxjenza – illum ferm iżjed aċċessibbli bis-saħħa tal-midja Fausto Brizzi