Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268417
17 letteratura illum • IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam magħna ħsibijietu dwar ir-rumanz pop Iżżewwiġt Vegana (X'għamilt b'Idejja...) – traduzzjoni minn Ludvic Azzopardi Ferrando tar-rakkont Ho sposato una vegana (Una storia vera, purtroppo) ta' Fausto Brizzi. Minkejja r-riżervi tiegħu rigward bosta rumanzi pop, Saliba jgħodd dan it-test b'rumanz relevanti għal żmienna, qabelxejn minħabba t-tema tal-etika fl-ikel. Filwaqt li jinnota l-ħila tat-traduttur, Saliba jkompli billi jiftaħ parenteżi dwar id-deċiżjoni li r-rumanz jiġi ppreżentat lill-qarrejja bħala adattament u mhux traduzzjoni. Rumanz pop relevanti soċjali – bil-mod il-mod qiegħda trabbi wkoll l-għeruq tagħha fost il-klassijiet kollha. Għaldaqstant kemm il-pubblikatur u kemm it-traduttur għandhom għaliex ikunu kuntenti jekk f 'dar-rigward forsi marru xawgħiet, l-iżjed għax pubblikazzjonijiet b'temi bħal dawn sar ikollhom udjenzi ferm usa'. Wara kollox, wieħed mir- rwoli ta' Merlin Publishers dejjem kien li jippubblika letteratura li tilħaq lil għadd kbir ta' qarrejja differenti u mhux biss letterati u akkademiċi. F'dan ir-rigward l-għażla tat-traduzzjoni ta' dan ir-rumanz pop relevanti ta' Brizzi kienet deċiżjoni ferm għaqlija. F'kummenti li kien ta lill-ġurnal lokali l-pubblikatur kien ilmenta li minkejja li l-kultura Taljana hija ferm qrib dik Maltija it li xejn aħna midħla tal-letteratura tal-ġirien tagħna. Esprima wkoll ix-xewqa li dan ir-rumanz ta' Brizzi jkun pass importanti fit- tqarrib letterarju bejn dawn iż- żewġ popli. Kemm dan huwa tassew ma nafx, iżda hu x'inhu, f 'din it-traduzzjoni ta' Azzopardi Ferrando żgur hemm potenzjal biżżejjed biex dan tabilħaqq iseħħ. L-istil mexxej u idjomatiku tat- traduttur bosta drabi jħabbtuha tajjeb ħafna mal-pinna komika ta' Brizzi, tant li l-umoriżmu divertenti li tant jispikka f 'dan it- test spiss ma jintilifx. Il-pubblikatur jiddeskrivi x-xogħol ta' Azzopardi Ferrando bħala adattament u mhux traduzzjoni. Ngħid għalija dan il-fatt laqatni ħafna, tant li nemmen li jixraqlu din il- parenteżi. Tradizzjonalment it- terminu adattament kien jintuża sabiex jenfasizza li x-xogħol inkwistjoni jkun eżerċizzju letterarju trasformattiv illi fil- biċċa l-kbira ma jsegwix il-prassi klassika tat-traduzzjoni letterarja. Dan jiġri spiss f 'każi meta test letterarju jiġi adattat għal mezzi artistiċi oħrajn, fosthom it-teatru u ċ-ċinema. F'dawn l-aħħar snin, madankollu, donnu t-tifsira ta' dan it-terminu – għall-unqas f 'ċerti ċrieki akkademċi – inbidlet b'tali mod illi ġieli saret tirreferi għal kull xogħol ta' traduzzjoni. Saħansitra ġieli smajt it-termini tradattament. Din id-deċiżjoni tal-pubblikatur kapaċi tqajjem bosta kwistjonijiet traduttoloġiċi. Għaliex qiegħed jiġri dan? X'siwi għandhom dawn it-termini? Tassew qegħdin jgħinuna? Fl-aħħar mill- aħħar, mhux kull traduzzjoni għandha effett trasformattiv? Kif ikkumentajt f 'intervista mat- traduttologa Dr. Claudine Borg, ngħid għalija dejjem ippreferejt il-kelma trasformazzjoni minflok traduzzjoni. Jista' jkun illi qegħdin naqtgħu qalbna mill-possibbiltà tat-traduzzjoni? Hu x'inhu, fejn ser naqtgħu linja bejn dawn il- ġeneri ta' attivitajiet letterarji li jipproduċu test ġdid minn sors diġà eżistenti? Deċiżjonijiet bħal dawn – almenu għat-traduttologi militanti – jistgħu jkunu ibsin daqs dawk illi jkollu jieħu Fausto f 'dan ir-rakkont. Una storia vera, purtroppo... Ludvic Azzopardi Ferrando