Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum Care of the Elderly Course at SVP Award Level 5 Course Duration: 17 Weeks Commencing on Monday 28 th September 2020 All Theory & Practice will be done at St Vincent De Paul and theoretical sessions can be followed online Monday to Friday; 08:15am – 14:00pm Certificate from the University of Malta 2291 2485/2473 training-centre.svp@gov.mt Applications are now open until 20th August 2020 Fi stqarrija Din l-Art Ħelwa u s-Soċjeta Arkeoloġika Maltija qalu illi sensiela ta' raddi fil-blat fi stat tajjeb ta' preservazzjoni nstabu reċentement barra l-Mixtla tal-Gvern ta' Wied Inċita, fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard. "Dawn ir-raddi huma eżempju mill-isbaħ ta' dawn is- sinjali misterjużi mill-qedem li jinstabu f 'imkejjen varji fil- pajsaġġ Malti, u li huwa maħsub li jistgħu jmorru lura għall- prejistorja, sewwa sewwa għal Żmien il-Bronż. Iż-żewġ għaqdiet ambjentali qalu illi dawn ir-raddi partikolari huma ta' sinifikat partikolari għaliex: Huma l-uniċi raddi fil-blat magħrufa fl-inħawi ta' Ħ'Attard; huma eżempju tassew ċar ta' kif dawn ir-raddi mill-qedem spiss jimxu mal- istess linja ta' toroq moderni, l-għamliet varji ta' raddi li jidhru jista' jfisser li damu jintużaw għal mijiet ta' snin. Ir-raddi nstabu waqt ix- xogħlijiet ta' tħejjija għall-Proġett tas-Central Link. Wara li nkixfu bill-galbu taħt id-direzzjoni tas- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Issa jinstabu fil-periklu li jindifnu taħt it-triq sabiex din titwessa'" qalu l-għaqdiet. Is-Soċjetà Arkejoloġika ta' Malta u Din l-Art Ħelwa esprimew tħassib li r-riżorsi arkejoloġiċi ta' Malta qed ikomplu jittieklu minn proġetti li jitfasslu mingħajr biżżejjed tħejjija u mingħajr biżżejjed għarfien tal-impatt li jista' jkollhom fuq l-arkejoloġija. "Id-deċiżjoni tal-Ħamis li għadda sabiex jiġi approvat proġett ieħor kbir ta' twessigħ ta' triq fl-Għeriexem, fir-Rabat, qabel ma saret indaġni sħiħa tal- arkejoloġija, u kontra l-pariri tal- ERA u tas-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali, ser ikollu konsegwenzji simili." Iż-żewġ għaqdiet qalu illi qed jistennew li l-Infrastructure Malta, id f 'id mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, "tuża il-ħiliet u r-riżorsi professjonali tagħha sabiex tbiddel id-disinn tat-triq biex tħalli dawn ir- raddi jitgawdew mill-publiku. Il-jedd tal-publiku biex igawdi r-riżorsi arkejoloġiċi huwa valur importanti, imħares fil- liġi ta' Malta u f 'konvenzjonijiet internazzjonali," itemmu jfakkru. Żewġ għaqdiet ambjentali jitolbu għal protezzjoni ta' raddi fil-blat minn fejn se tgħaddi s-Central Link Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta għadha biss qed tbigħ 16% ta' dak li kienet tbigħ fis-Sajf 2019 - sena rekord għat-turiżmu f 'Malta b'madwar 2.7 miljun turisti jiġu pajjiżna. Fil-fatt din qed topera biss tliet ajruplani minn 10 u l-bookings fuq dawn it-tliet ajruplani qegħdin ta' 65% għal Lulju, 45% f 'Awwissu u 29% f 'Settembru. Dawn iċ-ċifri ippubblikati fuq il- gazzetta BusinessToday jirriflettu l-pass li bih ħafna linji tal-ajru madwar id-dinja qegħdin bil-mod, il-mod jirkupraw wara pandemija li rat ħafna ajruporti madwar id-dinja magħluqin u eluf kbar ta' titjiriet ikkanċellati. Rapport minn Airline Ratings tgħid li disa' mill-10 l-akbar swieq reġjonali qed jikbru. Pajjiżi bħar-Renju Unit, Spanja, Franza, L-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jaraw tkabbir ta' madwar 16%. Ir-Renju Unit kien l-aktar suq li qed jikber bi tkabbir ta' 45% ġimgħa b'ġimgħa. Is-suq tal- avjazzjoni Indjan ukoll sejjer tajjeb. Waħda mill-akbar problemi tal-linji tal-ajru kienet il-mewġa ta' talbiet għal rifużjonijiet minn nies li tilfu titjiriet waqt ix-xhur tal-pandemija, xi ħaġa li poġġa pressjoni kbira finanzjarja fuq kumpaniji li kellhom id-dħul finanzjarju ffriżat minħabba l-waqfien tal-industrija. L-Air Malta kienet qalet illi sal-bidu ta' Ġunju 5,000 titjira kienu kkanċellati u kellha 40,000 talba għal posponiment jew rifużjoni. L-Air Malta għadha qed tbigħ biss 16% ta' dak li kienet qed tbigħ fis-sajf tal-2019

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020