Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961
02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy (Melita Str), Valletta Trinity Pharmacy, Marsa Fatima Pharmacy, Santa Venera Marrit Pharmacy, Fleur De Lys Deby's Pharmacy, Msida Mensija Pharmacy, San Ġwann Edward's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Santa Margherita Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa Maddalena Pharmacy, Santa Luċija Victory Pharmacy, Isla Medicor Pharmacy, Xgħajra Medicaid Pharmacy, Gudja Safi Pharmacy, Safi The Bypass Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Vella Pharmacy, Nadur, Gozo MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir lokalment sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Baxx mill-Punent Majjistru li jsir ftit li xejn L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir sabiħ jew ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent għall-Majjistral forza 3 jew 4 li jdur mil-Lvant għall- Grigal, u mbagħad isir forza 2 jew 3 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Solvuti sensiela ta' serqiet fil-Mosta u San Pawl il-Baħar Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija mill- Iskwadra ta' Kontra r-Reati Vjolenti (Violent Crime Unit) fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett talMosta, wasslu biex ġew solvuti sensiela ta' serqiet minn diversi residenzi fil-Mosta u San Pawl ilBaħar. Il-każijiet kollha seħħew bejn is-17 ta' April u t-13 ta' Lulju, 2020. B'rabta ma' dawn linvestigazzjonijiet, il-Pulizija arrestat mara ta' 44 sena, residenti l-Mosta. Il-Pulizija bdiet tinvestiga sensiela ta' rapporti dwar serq li kien qed iseħħ f 'residenzi li fihom jgħixu persuni anzjani. Mill-investigazzjonijet li saru rriżulta li s-serq kien qiegħed isir bl-istess metodu : mara, akkumpanjata minn tifel minorenni, kienet qed tħabbat il-bibien tad-djar u tittallab għal flus. Kif il-mara u t-tifel jitilqu, il-vittmi jindunaw li għandhom l-affarijiet nieqsin. Waqt l-investigazzjonijiet irriżulta li d-deskrizzjoni taż-żewġ persuni suspettati kienet waħda simili. L-investigazzjonijiet wasslu biex fl-aħħar sigħat ġiet arrestata l-mara ta' 44 sena u kien kkonfermat li wettqet is-serqiet mat-tifel tagħha ta' 12-il sena. Il-mara, aktar kmieni dalgħodu, tressqet il- Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli, akkużata li wettqet ħames serqiet, kif ukoll li naqset li tieħu ħsieb lil binha ta' 12-il sena. Hija kienet akkużata wkoll li wettqet dawn ir-reati waqt il-perjodu operattiv ta' żewġv sentenzi oħra mill- Qorti u b'hekk kissret il-kunidzzjoni li ma tagħmilx reat ieħor f 'dan iż-żmien, u li hija riċediva. Il-mara wieġbet li mhiex ħatja tal-akkużi, iżda ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest u qed tinżammfil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Ispetturi Lydon Zammit u Paula Ciantar. Mara l-Qorti akkużata li wettqet dawn is-serqiet ma' binha ta' 12-il sena