Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961
19 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Il-proġett li se jwassal il-gass għal Malta informazzjoni u parametru se jasal fil-control room f 'Delimara f 'kull mument tal-ġurnata u li se tkun mgħassa 24 siegħa kuljum. Il- Control room ser tkun mgħammra b'CCTVS tal- postijiet kruċjali tal-pipeline kif ukoll fl-impjanti li ser ikun hemm Gela. Sigurtà - L-impatt tal-impjant fuq il-madwar Kif wieħed jistenna, dan l-impjant se jkun mogħni b'teknoloġija li tassigura s-sigurta tal-ħaddiema kif ukoll tal-impjant innifsu. Peress li l-impjant jinsab biswit COMAH site (Control of Major Accident Hazards) sar studju preliminari rigward l-impatt potenzjali tal-impjant fuq il-madwar kif ukoll l-impatt tal-madwar fuq l-impjant u d-disinjatur ħa l-passi meħtieġa biex l-impjant ikun konformi ma' standards internazzjonali. Ġiet iddisinjata wkoll sistema tat-tifi ta' nar b'ilma ħelu li tkun il-ħin kollu appoġġjata minn sistemi oħra ta' riserva mill-ilma baħar. It-triq lejn il-kosta ta' Sqallija "Mill-ħruġ tal-microtunnel, il-pipeline se jibda t-triq lejn il- kosta ta' Sqallija. L-istudju ta' qiegħ il-baħar identifika diversi ostakli li wieħed irid jevita bħal ngħidu aħna blat għoli, sediment artab ħafna, diżlivelli, jew żoni protetti. Minn hawn, il-pipeline jasal fil-kosta ta' Sqallija, fejn simili għal Malta, l-approċċ se jkun permezz ta' metodoloġija - msejħa 'trenchless' - minn taħt l-art biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali," kompla jgħid l-Inġinier D'Amato mal-ILLUM. Fin-naħa tal-Italja, ir-rotta fuq l-art se tkun twila madwar 7km. Peress li l-pipeline se jaqsam diversi toroq kif ukoll linji tal- ferrovija, matul is-7km se jkun hemm binjiet imsejħa block valve stations li jiżolaw il-pipeline hekk kif mitlub mil-liġi Taljana. Fl-aħħar nett, il-pipeline jasal fl-impjant ta' Gela, impjant li se jkun simili ta' Malta bid- differenza li dan se jkun qed jgħaqqad lil Malta man-network Ewropew. Dan id-dettall tekniku kollu għamilha possibbli biex il- proġett jimmatura biżżejjed biex ġie sottomess l-istudju tal- impatt ambjentali lill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi f 'Malta. Dan l-istadju jinsab ukoll fi stadju avvanzat anke min-naħa tal-Italja. Dawn l-istudji kienu kollha parzjalment iffinanzjati mill- Unjoni Ewropea. Proġett ta' Interess Komuni għall-Ewropa Il-proġett tal-pipeline tal-gass intagħżel mill-Kummissjoni Ewropea bħala wieħed mill- proġetti ta' Interess Komuni għall- Ewropa fl-2013, u kkonfermat fl- 2015, 2017 u riċentament fl-2019. Dan għamilha possibbli biex l-istudji kollha li twettqu f 'dawn l-aħħar snin, inkluż l-istħarriġ marritimu biex ġiet identifikata r-rotta u l-istudji tekniċi u finanzjarji, jiġu kkofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il- Connecting Europe Facility b'fondi li jlaħħqu mal-€4.5 miljun Ewro. "Fl-aħħar mill-aħħar, ta' min isemmi wkoll li ġiet varata websajt ġdida għall-proġett ta dan il-pipeline. Din il-websajt fiha inform+azzjoni fuq il-proġett biex il-pubbliku jkun jista' jżomm ruħu informat fuq kull aspett bħal dak tekniku, regolatorju kif ukoll amministrattiv. Sabiex jaċċessa din il-websajt, wieħed irid juża l-indirizz melitatransgas.com.mt," temm jgħid D'Amato. Hekk kif it-terminal ikun imwitti, u qabel jibda l-bini tal-impjant, tkun tista' tibda fażi oħra tal-proġett fejn jitħaffer microtunnel ta' madwar 1.2km li se jiżbokka f'fond ta' 42m madwar 600m 'il bogħod mill-kosta ta' Delimara