Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961
Wara l-gwerra ċivili fil-PN 23 opinjoni illum • 19 TA' LULJU 2020 G ħad m'hemm l-ebda ħjiel tat-tmiem tal-gw- erra ċivili fil-PN. Din qed tagħmel ħafna ħsara, mhux biss lill-PN: fl-aħħar minn l-aħħar qed tagħmel il- ħsara lill-pajjiż kollu. Kull wieħed miż-żewġ darbiet fejn ġie espress vot ta' sfiduċja fil-Kap tal-PN Adrian Delia iwassal messaġġ politiku ċar li s'issa l-Kap tal-Opposizzjoni għad ma fehem xejn minnu. Meta Delia stqarr li l-vot ta' sfuduċja espress mill-grupp parlamentari Nazzjonalista u iktar tard mill-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ma kellhom l-ebda sinifikat partikolari, kien qed jesponi l-miżerja ta' kredenzjali demokratiċi tiegħu kif ukoll kien qed jirrifletti l-immaturità politika tiegħu. Dan fl-aħħar m'għandux biss rifless fuq il- kredibilità ta' Adrian Delia imma ukoll fuq dik tal-PN innifsu. Il-gwerra ċivili fil-PN qed tisraq l-attenzjoni li presentement jixraq li tkun fuq materji oħra ta' importanza kbira. L-irkupru mill-impatti sostanzjali tal- pandemija Covid-19 u t-tisħiħ tal-kapaċità ta' Malta kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jeħtieġu ferm iktar attenzjoni u enerġija. Mhux biss mill-Gvern, imma anke mill-Opposizzjoni. Jeħtieġ li niddiskutu fid-dettall pjan ta' rkupru mill-pandemija Covid-19 li jinfirex fuq l-oqsma kollha effettwati: pjan li għandu jkun wieħed integrat ma' strateġija li tindirizza t-tibdil fil-klima u dan fil-qafas tal- konklużjonijiet tas-summit ta' Pariġi. Alternattiva Demokratika diġà tat il-kontribut tagħha xi ġimgħat ilu permezz tal- pubblikazzjoni tar-rapport: Pjan Aħdar: Ġust u Sostenibbli. Studju riċenti ta' Deloitte li kien ikkummissjonat mill- Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) jindika li l-industrija tat-turiżmu bdiet ġejja f 'sensiha. Qed tirrealizza li l-irkupru mhux biss seħħ bil- mod, iżda bil-mod ħafna: iktar kajman milli qatt antiċipaw. L-Air Malta irrevediet il-pjan kummerċjali tagħha u issa qed tantiċipa li teħtieġ madwar seba' snin biex tkun f 'posizzjoni li terġa' tibda iġġorr l-istess numru ta' passiġġiera li kienet iġġor qabel ma faqqgħet il- pandemija. Dan kollu jwassal għal osservazzjoni waħda – evitata minn bosta – dwar kemm l-aspettattivi tal-industrija tat-turiżmu dwar l-irkupru tal- industrija mhumiex realistiċi. Ikun ferm aħjar kieku napprofittaw ruħna mis- sitwazzjoni u nippjanaw aħjar biex l-industrija tat-turiżmu tissaħħaħ billi ma tibqax tiffoka fuq in-numri imma fuq il-kwalità tat-turist. Pjan ta' din ix-xorta, bla dubju, jkun jista' jindirizza l-impatti ambjentali negattivi sostanzjali tal-industrija b'mod effettiv. Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Portelli-Farrugia ma tantx tidher li taqbel ma dan, għax il- ħin kollu tredden bin-numri. Il-Moneyval hu Kumitat tal- Kunsill ta' l-Ewropa magħmul minn esperti li jevalwaw miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Hu grupp ta' monitoraġġ permanentI bl-inkarigu li jara li l-istati membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa qed jieħdu l-miżuri meħtieġa u maqbula fuq livell internazzjonali. Fl-aħħar rapport dwar Malta ippubblikat fl-2019 il-Moneyval, tagħmel 40 rakkomandazzjoni spjegati f ' 233 paġna. Rakkomandazzjonijiet dwar x'inhu meħtieġ li jsir. Ir-riskji għal Malta huma ċari: għandna ekonomija li hi vulnerabbli ħafna primarjament minħabba d-daqs tagħha kif ukoll minħabba l-fatt li hi esposta ħafna għal dak kollu li jiġri barra minn xtutna. Ir- rapport tal-Moneyval jemfasizza li r-remote gaming, per eżempju hu vulnerabbli ħafna għall-ħasil tal-flus u dan "due to the high number of customers, mainly non-resident, the high volume of transactions, the non-face-to-face nature of the business and the use of prepaid cards." Mhux biżżejjed li għandna liġijiet li huma ġeneralment liġijiet tajbin. Hemm ħtieġa qawwija ta' riżorsi għax mingħajr r-riżorsi ma tista' timplimenta xejn. Ix-xhieda riċenti tal- Assistant Kummissarju tal- Pulizija Ian Abdilla fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, it jiem wara li tneħħa mit-tmexxija tat-taqsima tar-reati ekonomiċi jindika n-nuqqas ta' impenn biex il-ħafna dikjarazzjonijiet li jsiru kontra l-ħasil tal-flus ikunu implimentati. Sfortunatament id-dikjarazzjonijiet u l-assigurazzjonijiet repetuti tal- Gvern mhumiex kredibbli. Mhux aħjar l-Opposizzjoni tuża' l-ħin tagħha dwar dan? Iktar ma jikkonkludu l-glied intern malajr, aħjar għal kulħadd. Hemm ħafna x'isir wara li Adrian Delia jiġi f 'sensieh u jaċċetta l-inevitabbli. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika Meta Delia stqarr li l-vot ta' sfuduċja espress mill-grupp parlamentari Nazzjonalista u iktar tard mill- Kumitat Eżekuttiv tal-PN ma kellhom l-ebda sinifikat partikolari, kien qed jesponi l-miżerja ta' kredenzjali demokratiċi tiegħu