Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 Il-PA tisma' biss dak li trid hi! F it-3 ta' Lulju li għadda nstema' l-każ dwar l-applikazzjoni għal żvilupp enormi fil-Kalka- ra. Il-Kummissjoni tal-Ippjanar (Planning Commission) immexx- ija mill-eks kandidat tal-Partit Laburista (PL) Simon Saliba ddeċidiet fuq blokka ta' 18-il ap- partament li ġie propost it passi bogħod minn "cart ruts" li huma wirt storiku ta' iżjed minn 2,000 sena. Għalkemm għadna qed niġġieldu mal-Covid-19, il-laqgħa xorta saret; iżda minflok konna miġburin fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar, kulħadd kien quddi- em il-kompjuter tiegħu d-dar. Għal din id-deċiżjoni l-pubbliku kellu d-dritt isemma' leħnu sabiex jagħti l-oġġezzjonijiet tiegħu għall- iżvilupp propost. Iżda din kienet proċedura li ma ġietx segwita. Filwaqt li l-perit tal-iżviluppatur ippreżenta l-argumenti tiegħu quddiem il-Kummissjoni, naqas milli jsemmi l-eżistenza ta' dawn il-cart ruts: dettall fundamentali fi smigħ fuq deċiżjoni bħal din. Għalkemm l-iżvilupp huwa propost ġewwa sit skedat bħala Class B u li jinsab f 'Class B Buffer Zone, li jfisser li l-PA obbligata tagħti l-aqwa protezzjoni għal siti ta' wirt storiku u kulturali, ħadd ma semma' dan il-fatt ħlief dawk li kienu qed jopponu l-proġett. Wieħed jaħseb li peress li dawn il-"cart ruts" ġew mogħtija dan l-iskedar, se jiġu mogħtija l-aħjar protezzjoni. Madankollu, is-Sovritendenza għall-Wirt Kulturali (SCH) stqarret li kwalunkwe żvilupp jista' jsir biss bil-kundizzjoni li jkun hemm superviżjoni arkeoloġika. Dan iwassal għal żewġ problemi kbar. L-ewwel nibdew bil-monitoraġġ tas-sit. Kif jingħad fir-rapport tal- SCH, u kif għoġbu jtenni l-president tal-Kummissjoni, il-Perit Simon Saliba, is-sit għandu jiġi mmonitorat jekk ikun qed isir xi xogħol. Madankollu hemm mistoqsijiet kbar dwar dan il-monitoraġġ: pereżempju, kif se nkunu ċerti li se jsir monitoraġġ xieraq tas-sit sabiex nassiguraw ruħna li kollox se jimxi kif suppost u mingħajr periklu għal dan is-sit tant sensittiv? Saliba injora wkoll il-fatt li l-iżviluppatur beda bix-xogħlijiet fuq is-sit b'mod illegali qabel ma ħareġ il-permess, fejn waqqa' razzett antik bl-użu ta' inġenji kbar u mingħajr ma ħadd seta' jwaqqfu. Mhux talli l-iżviluppatur kiser il-liġi, talli l-PA qed tippremjah b'permess – u it li xejn nistgħu nafdaw li se jsir monitoraġġ xieraq tas-sit meta tqis dan kollu. Fil-passat riċenti rajna x'ġara fil-każ ta' Tal-Qares fil-Mosta. Dan is-sit ukoll kien jinkludi fih diversi "cart ruts", oqbra Puniċi u fdalijiet storiċi oħra li wkoll kellhom jiġu monitorati waqt li beda jsir xogħol fiż-żona. Minkejja dan, nafu li r-realtà hija differenti. Mill-2014 sal-2019 rajna li bosta minn dawn il-fdalijiet inqerdu. Ġew mgħottija l-oqbra bis-siment, diversi cart ruts ġew imfarrka u issa, minflok sit storiku għandna ħofra. U, dejjem skont Saliba, il-fatt li ma sarx dan il-monitoraġġ huwa biss "opinjoni" tiegħi. Madankollu, kollha kemm aħna nistgħu naraw x'ġara – u forsi Saliba stess messu jieħu spunt u jżur is-sit in kwistjoni sabiex jivverifika min qed jgħid il-verità. Meta ssemma' dan il-punt, Saliba fil-pront iddikjara li l-punt dwar il-"cart ruts" ma kienx rilevanti ("out of point") għax kien qed jiġi diskuss biss il-każ tal-Kalkara. Saliba ma wera' ebda ħeġġa jisma' x'ġara f 'siti simili fil-passat, mingħajr ma ta każ il-preċedent tal-Mosta, minkejja li l-PA spiss tħares lejn preċedenti biex tiġġustifika xi deċiżjonijiet li tieħu hi stess. Minflok, Saliba għoġbu jabbuża mis-sistema ta' smigħ online u tefa' l-mikrofonu tiegħi għax m'għoġbux dak li kien qed jintqal. Saliba mbagħad ikkwota parir tal-SCH u hawnhekk naslu għat- tieni punt, li huwa inkwetanti daqs il-fatt li l-PA qed tippermetti l-bini fuq il-wirt storiku. Matul is-seduta, il-president semma' għal iktar minn darba li hu qed jimxi ma' dak li stqarret l-SCH. Ir-rapport tas-SCH issemma' minn tal-inqas ħames darbiet u qara r-rapport lil dawk kollha preżenti. Kieku xi ħadd mar laqgħa tal- Kummissjoni tal-Ippjanar għall- ewwel darba, malajr seta' jaħseb li dak li jingħad mill-SCH huwa sagrosant, u li l-Kummissjoni tikkunsidra dak li tgħid l-SCH bħala Vanġelu. Jekk inħarsu it lura (xi ħaġa li tant jobgħod jagħmel is-Sur Saliba), nistgħu nagħmlu analiżi ta' kemm-il darba il-PA semgħet mill-SCH. Fil-każ ta' bini ta' pixxina privata ġewwa l-Imġarr, fiż-żona arkeoloġikament sensittiva Ta' Ħaġrat, il-PA semgħet mill-parir kuntrarju tal-SCH? Fil-każ tad-Dar il-Ħadra ġewwa Tas-Sliema, meta l-SCH qalet li l-bini għandu jiġi ppreservat u jingħata Grade 2 scheduling, il- Kummissjoni tal-Ippjanar semgħet mis-SCH? Xi ngħidu fuq il-proġett kontroversjali tas-Central Link, fejn l-SCH wissiet li x-xogħlijiet se jgħaddu qrib l-Akkwedotti ta' Wignacourt, li bosta strutturi ta' wirt kulturali ser jiġu meqrudin, li x-xogħlijiet se jgħaddu minn żoni arkeoloġikament sensittivi... il-Kummissjoni tal-Ippjanar minn min semgħet f 'dak il-każ? Minkejja dak li beda jipprova jbellagħlna Saliba, nafu li ħafna drabi l-PA u l-Kummissjonijiet tagħha injoraw il-pariri tal- SCH kontra ċertu żviluppi qrib siti ta' wirt storiku bħal dawn. Din id-darba, madankollu, għażlet li tuża l-parir tal-SCH bħala ġustifikazzjoni, u għall- konvenjenza tal-iżviluppatur biss. Il-Kummissjoni tal-Ippjanar semgħet biss dak li riedet. F'dawn il-każijiet kollha l-SCH kienet kontra l-iżvilupp, u milli qed naraw kemm il-Kummissjoni (kif ukoll il-Bord) jisimgħu mill-SCH biss fejn jaqblilhom. Jekk l-SCH tgħid li l-iżvilupp jista' jsir bil-prezz li nkomplu neqirdu l-wirt, l-istorja u kull nitfa ta' ħdura li għad fadlilna, il-parir tagħha maġikament isir vanġelu. Nafu wkoll li it li xejn hemm garanzija li l-monitoraġġ u l-infurzar se jippreservaw dawn is-siti milli jiġu meqruda – u anke Saliba jaf li dan huwa minnu. Ejja ngħiduha ċara u tonda: il- Kummissjoni u l-Bord tal-Ippjanar qed jgħaddu lill-pubbliku biż- żmien. Dawn l-awtoritajiet qegħdin sistematikament jużaw ir-riżorsi tagħhom għas-sempliċi skop li Malta tibqa' tinbena bl-addoċċ, kemm jekk hux żoni ta' żvilupp, ODZ, siti storiċi... prattikament kulfejn jidhrilhom. Ir-regolamenti li suppost qegħdin hemm biex jipproteġu dawn is-siti qed jiġu injorati permezz tad-deċiżjonjiet li qed jittieħdu, u waqt il-laqgħat ir-riferenzi lejhom minn dawk li joġġezzjonaw qed jiġu ċċensurati. Dan ma sarx biss fil-każ tal-Kalkara; ta' kull ġimgħa l-awtoritajiet jisimgħu diversi proposti simili fejn l-objetturi mhux dejjem jistgħu jkunu preżenti. Huwa kruċjali mhux biss għar- residenti tal-Kalkara, iżda għal dawk ta' Malta kollha, li jkunu attenti għal dak li qed jiġi propost madwarhom, u li joġġezzjonaw. Irridu nkomplu nsemmgħu leħinna sabiex ma nippermettux lil dawn in-nies jgħaddu minn fuqna u minn fuq il-liġijiet bl-istess mod li l-gafef qegħdin jeqirdu 'l pajjiżna. Karen Tanti Karen Tanti hija membru tal-Moviment Graffitti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020