Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

Sfond kriminali Impjieg fantażma Żnażan, patata u iljufanti - fejn iltaqgħu biex isir il-qtil? Il-Fulu, iċ-Ċiniż u l-Koħħu - jinqabdu Il-qtil u l-elezzjoni tal-2017 Jagħmel wirt - xahar wara li nqatlet! Ittra - 'Keith u Yorgen iridu jeħilsu minni' 06 analiżi IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum Melvin Theuma: Kronoloġija ta' xhieda, Nhar il-Erbgħa filgħodu kulħadd qam b'isem wieħed fuq fommu: Melvin Theuma, is-sensar fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li nstab għonqu mħanxar, polz maqtugħ u l-istonku mniffed. Ħarsa lejn dak li sirna nafu dwar Theuma fl-aħħar sena ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa Malta kienet qed titkellem fuq Melvin euma, wara li dan instab b'għonqu mħanxar u saħansitra b'daqqiet ta' sikkina fl-istonku u fuq il-polz. Nhar it- Tlieta filgħaxija u l-Erbgħa filgħodu l-pajjiż kien mixgħul jiddiskuti jekk dan fil-fatt kinx attentat ta' suwiċidju jew inkella kinx attentat ta' omiċidju. euma huwa xhieda kruċjali fil-każ tal- assasinju ta' Daphne Caruana Galizia - permezz tar-rekordings li ħa u li qed jinstemgħu fil- Qorti u hekk kif kien is-sensar f 'dan il-qtil - li aktar kemm jgħaddi żmien aktar qed jidher li huwa kobba mħabbla stil mauż. Melvin euma kien beda l-karriera kriminali tiegħu allegatament involut f 'attivitajiet finanzjarji u kriminali relatati mat-tiġrijiet taż-żwiemel biex bil-mod, il-mod - 2019 - kabbar ir-reputazzjoni tiegħu bħala finanzjatur ta' intrapriżi kriminali. Fil-fatt mal-arrest tiegħu kienu nstabu €2 miljuni fi flus kontanti fid-dar tiegħu. Huwa kien meħlus minn akkużi ta' użura lura fl-2003. Huwa magħruf ukoll għan-negozju tal-logħob tal-flus (lottu) li jmexxi. Nhar is-7 ta' Frar ta' din is-sena hu kien - waqt xhieda fil- Qorti - ammetta li kien imexxi prattiċi ta' logħob illegali. "Kien hemm ġimgħat fejn kont naqla' €3,000 u oħrajn fejn kont nitlef €10,000." Huwa ċaħad illi kien isellef bl-użura. F'parti mix-xhieda tiegħu euma kien qal illi l-eks Chief of Staff Kastilja Keith Schembri - permezz ta' Sandro Craus - kienu taw impjieg lil euma fil-Ministeru tal-Politika Soċjali f 'Mejju tas-sena 2017 - ħames xhur qabel inqatlet Daphne Caruana Galizia. Nhar is-7 ta' Frar 2020, l-illum.com.mt tirrapporta kif euma xehed li ma kienx jaf għalfejn ingħata impjieg mal-Gvern li għalih ma kellux għalfejn jattendi. Jixhed kif irringrazzja l'Alla li kien se jaqla' xi flus żejda. "Yorgen kien qalli: mhux aħjar paga żejda? Good luck'" euma qal illi meta waqfulu l-ħlas, ċertu Tony Muscat kien kellmu u qallu li jrid jibda jmur għax-xogħol inkella ma jibqax jitħallas. Jgħid illi kien kellem lil Yorgen Fenech dwar dan. Muscat huwa persuna qrib il-Ministru Michael Farrugia u kien qal lill-pulizija, skont rapport fuq e Times, li kien Keith Schembri li għamel pressjoni biex euma jingħata dan l-impjieg li għalih kien qed jitħallas €1,200 fix-xahar. Mal-gazzetta ILLUM Craus kien ċaħad li hu ta dan l-impjieg u qal li mill-Customer Care ta' Kastilja jidħlu eluf ta' talbiet għall-għajnuna. Iċ-ċekkijiet waqfu wara l-elezzjoni tal-2017. Schembri u euma sa issa huwa magħruf li ltaqgħu darbtejn: waqt ikla għand Yorgen Fenech u meta mar kastilja fejn kien ħa l-famuż ritratt mal-eks Chief of Staff. Meta xehed fil-Qorti iżda Keith Schembri kien qal - l-illum.com.mt kienet irrapportat - li euma mar minn jeddu għandu biex jitolbu xogħol. Insista li l-laqgħa ma damitx, euma ried ritratt miegħu u wara Schembri għadda d-dettalji tiegħu lill-customer care. Fi kliemu, ma kellu l-ebda idea jekk euma ngħatax impjieg. Kollox beda meta Yorgen Fenech kien ċempel lil euma u qallu jiltaqa' miegħu fir-ristorant Blue Elephant fil- lukanda Hilton. Qallu "sib lil Alfred Degiorgio għax irrid noqtol lil Daphne Caruana Galizia." Huwa kien qallu li kienet se toħroġ xi storja fuq zijuh Ray. Fit-tinda tal-patata fil-Marsa Melvin jiltaqa' ma' Degiorgio li jistaqsieh dan iħallasx flus tajba. Jumejn wara reġgħu ltaqgħu fil-kafetterija Busy Bee fl-Imsida fejn Degiorgio kien qallu li jrid €30,000 qabel jibda l-proċess u €120,000 wara l-qtil - €150,000 b'kollox. Fenech b'xi mod kien jaf li se jsir rejd fit-Tinda tal- patata għal 5 ta' Diċembru. Ir-rejd seħħ jum qabel, fl-4 ta' Diċembru. euma qal illi kien baqa' jgħaddi xi flus lill-aħwa Degiorgio (Il-Fulu u ċ-Ċiniż) biex ikunu jistgħu "jkampaw" għax beda jibża' li se jikxfu. Minn hemmhekk it-triq kienet għan-niżla b'euma jixrob bl-addoċċ. Meta ra hekk Fenech kien tah €5,000 u qallu "mur ħu vaganza". Meta kien ċar illi fl-investigazzjoni kienu se jidħlu l-FBI u l-Europol - Fenech kien qal lil euma biex lill- aħwa Degiorio u lil Koħħu "jarmihom 'l hemm". Fil-ġranet wara li Joseph Muscat kien ħabbar elezzjoni ġenerali għal Ġunju 2017 - jiġifieri nhar l-1 ta' Mejju tal-istess sena - Fenech ċempel lil euma u talbu jwaqqaf kollox. euma reġa' mar jiltaqa' ma' Degiorgio il-Busy Bee biex jgħidlu. L-għada tal-jum tal-votazzjoni, il-Ħadd 4 ta' Ġunju, meta kien ċar li l-Partit Laburista kien rebaħ l-elezzjoni Fenech reġa' ċempel lil euma u qallu: "Mexxi. Irrid noqtol lil Daphne Caruana Galizia." Fenech kien bagħat messaġġ lil Melvin euma u qallu li bil-Labour fil-Gvern huma protetti, filwaqt li għamel referenza għas-sondaġġi li kienu juru lill-PL minn fuq. Fenech kien talab lil euma jwasslu l-ajruport meta tah l-ewwel €150,000 għal dan l-assasinju. Xahar wara li Daphne Caruana Galizia inqatlet Theuma għamel il-wirt fuq is-sieħba tiegħu. Huwa qal fil-Qorti li wara li sema' bil-qtil tal-ġurnalista beża' ħafna u madwar xahar wara għamel il-wirt - sinjal illi minn tliet snin ilu Theuma kien jaf li ħajtu fil-periklu jew li hu se jpoġġi ħajtu fil-periklu. Melvin euma kien kiteb ittra miktuba bl-idejn illi fiha jgħid hekk (riprodotta) : "Jiena Melvin euma - Qed ngħaddi din l-informazzjoni li kont il-middleman fil-każ - tas-sinjura Caruana Galizia - jiena qed nibgħat dawn il-provi biex issiru tafu min qabbadni u ħallas biex issir din il-bomba - dan qed nagħmlu għax indunajt li l-istess tnejn minn nies li huma Yorgen Fenech u Keith Schembri, l-Kasco - kienu qed jaħdmu biex jeħilsu minni." Mal-pulizija euma kien qal li hu ma kellux informazzjoni li Keith Schembri kien involut u qal li uża ismu biex ibeżża' lil Fenech.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020