Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932
21 editorjal illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -inċident ta' Melvin euma din il-ġimgħa reġa' fetaħ il-ferita - kif ilu jiġri fl-aħħar ġimgħat - ikkawżata mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Ta' dak il-jum misħut u ikrah meta kukkanja kriminali splodew lil din il- ġurnalista u ħallewha bla ħajja - it wara li qalet illi s-sitwazzjoni hija waħda ta' disprament fil-pajjiż. F'paġni 6 u 7 din il-gazzetta tagħti ħarsa pass, pass lejn it mill-aktar informazzjoni importanti li ħarġet mix-xhieda ta' dan ir-raġel li ngħata l-Maħfra Presidenzjali mill-eks PM Joseph Muscat. Hija storja tad-dwejjaq. Storja li tibda tikxef xibka ta' interessi biex jingħalaq ħalq li kien se jikxef 17 Black, il-flus li kienu deħlin fiha, minn fejn kienu deħlin u kemm kienu se jidħlu. Persuna li kienet se tikxef ukoll aktar dwar allegati ħlasijiet fil-Proġett tal- Windfarm f 'Montenegro u min jaf? Aktar dwar l-oxxenità tal-VGH. Dan il-qtil kien att mauż, ta' maa sħiħa li l-proporzjonijiet tagħha ilna ma naraw snin, bil-korruzzjoni kollha li setgħet seħħet fl-aħħar 30 sena. Iktar kemm jingħalaq malajr dan il-każ u ssir ġustizzja aktar aħjar għall-pajjiż li kellu ismu mħammeġ u mċappas mal-ħama minħabba dan il- qtil, ta' persuna li ma ninsewx illi kellha profil għoli ħafna fil-politika u li kienet niggieża mhux it fil-kitbiet tagħha mhux biss lejn il-Gvern u l-Partit Laburista imma lejn l-aħħar anke lejn Adrian Delia. Fejn immorru minn hawn? L-ewwel u qabel kollox il-passi li qed jieħu l-Gvern fl-oqsma tas-saltna tad-dritt u l-governanza, huma lkoll passi fid-direzzjoni t-tajba b'eleneku ta' riformi li jneħħu l-poter minn idejn il- Prim Ministru u jpoġġih aktar f 'idejn il- Ġudikatura (fil-każ tal-ħatra tagħhom) jew f 'idejn il-Parlament (fil-Każ tal- President tar-Repubblika) jew f 'idejn il-Kabinett (ħatriet f 'entitajiet pubbliċi). It-tieni: li tkompli tieħu l-kors tagħha l-ġustizzja u li l-Ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd u kull min kien involut fl-assasinju ta' Caruana Galizia - għax ikkummissjonah, ħallas għalih, ħa sehem passiv għax kien jaf bih u m'għamel xejn jew inkella għax għadda l-informazzjoni lil xi ħadd dwaru biex ifixkel il-ġustizzja - għandu jiffaċċja l-ġustizzja u jekk ħati l-pieni li ġġorr. It-tielet: Hemm bżonn oppożizzjoni b'saħħitha biex iżżomm lill-Gvern "in check". L-istat tal-Oppożizzjoni bħalissa huwa ta' detriment għaliha u aktar u aktar għal pajjiżna. Il-Kap tal-PN kurrenti - Adrian Delia - issa ġie sfiduċjat mill-Grupp Parlamentari u anke l-Eżekuttiv bil-Kunsill Ġenerali jiffaċċja għażla importanti - vot ta' fiduċja jew elezzjoni għal Kap Nazzjonalista. L-għażla definittiva, finali u li tagħmel sens hija li l-Kunsill Ġenerali jmur għal elezzjoni fost it-tesserati. L-ewwelnett għax din tagħti ċ-ċans mill-ġdid lit- tesserati jagħżlu jridux jibqgħu fit-triq li qiegħed fiha l-partit jew inkella jagħżlux triq ġdida li tagħti u toffri raġġ ta' dawl. U t-tieni għax hija f 'din l-arena biss li verament u finalment jista' jingħalaq dan il-kapitlu u Malta jkollha oppożizzjoni suriet in-nies. Il-fatt li l-midja tal-Partit Laburista qed tagħti daqshekk benefiċċju tad- dubju lil Delia hija indikattiva ta' f 'liema stat miskin spiċċa l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar tliet snin. Jekk kien qed jegħreq b'Simon Busuttil, issa mess il-qiegħ! Ir-raba': Hemm bżonn li ssir ġustizzja mhux biss fil-każ ta' Caruana Galizia imma wkoll jingħalqu feriti ta' nies li bħalha inqatlu bi splużjoni. Ta' min infakkru li qabel Daphne Caruana Galizia kien hemm erba' każi oħra ta' karozza bomba u anke jekk il- vittmi kienu kollha nies magħrufin mal-pulizija - il-fatt li l-ebda wieħed minn dawn ir-reati ma kien solvut ta l-impressjoni ta' impunità, li att kriminali bħal dan ma jiġix solvut - għax m'hemmx ir-rieda jew m'hemmx ir-riżorsa. Jidher li l-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid qed jagħti sinjali ta' tama, sinjali li l-affarijiet se jiċċaqalqu u se jinbidlu! Nittamaw li l-pulizija Maltija tkompli tiġi mgħammra bl-għerf u r-riżorsa, ħalli reati bħal dawk ta' Caruana Galizia (li nittamaw li ma jerġax ikollna) ma jkollhomx bżonn l-għajnuna minn barra! Fejn se mmorru, minn hawn?