Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932
24 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tirrifjuta applikazzjoni għal proġett f'San Ġiljan Applikazzjoni għal żvilupp ta' struttura dilapidata f'Wied Għomor irrifjutata Il-Kummissjoni tal-Ippjanar unanimament irriutat applikazzjoni tal-ippjanar biex jinbnew 54 appartamenti residenzjali, żewġ ħwienet bl-imnut u faċilitajiet ta' parkeġġ taħt l-art fi ħdan art kbira vakanti li għandha żewġ toroq paralleli fiż-Żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA) ta' San Ġiljan. Il-Kummissjoni oġġezzjonat bis-saħħa għal dan il-proġett u semmiet li l-massa u l-għoli li ġew proposti jikkompromettu l-karattru taż-żona ċentrali tal-villaġġ ta' San Ġiljan. Għalkemm fil-Pjan Lokali dan is-sit huwa msejjaħ 'Opportunity Site', il-Kummissjoni rrimarkat li kwalunkwe żvilupp fil-ġejjieni għandu jirrispetta l-ambjent urban tal- madwar. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-proġett residenzjali se joħloq żvilupp intern li mhux permess fil-UCAs. It-twaqqigħ ta' dar, biex ikun hemm aċċess għas-sit minn Triq it-Telgħa ta' Birkirkara, ma kienx aċċettabbli għall-Kummissjoni. Għalkemm waqt l-ipproċessar tal-applikazzjoni, l-element kummerċjali tnaqqas b'mod sostanzjali minn dak li kien propost, il-proġett xorta żamm numru kbir ta' appartamenti li kien fihom kamra tas-sodda waħda. Il-policy relata ma' dan it-tip ta' żvilupp tippermetti li jkun hemm sa massimu ta' 20% ta' residenzi b'kamra tas-sodda waħda, li huwa ekwivalenti għal 11-il appartament. Dan il-proġett kien qed jipproponi 33 appartament. Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorità tal-Ippjanar żur is- sit www.pa.org.mt. IL-KUMMISSJONI tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni tal-ippjanar biex tissostitwixxi struttura dilapidata bi proprjetà residenzjali lussuża fuq sit li jservi bħala l-konfini għall- Wied Għomor, fil-limiti ta' Swieqi. Il-Kummissjoni tal-Ippjanar qablet mar-rak- komandazzjoni tad-Direttorat tal-Ippjanar li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-użu residenzjali tal-bini oriġinali huwa stabbilit legalment u kopert minn permess tal-iżvi- lupp. Il-Kummissjoni qalet li l-bini propost fuq żewġ sulari b'kantina jaqbeż konsiderevol- ment l-ispazju totali tal-bini ta' qabel u jir- riżulta f'impatt negattiv f'żona ta' importanza ekoloġika, għax jinvolvi żvilupp konsiderev- oli. Ix-xogħlijiet proposti fl-applikazzjoni kienu jinkludu wkoll il-kostruzzjoni ta' pixxina u xogħlijiet oħra. Kemm il-Kunsill Lokali ta' Swieqi kif ukoll l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) oġġezzjonaw għal din l-applikazzjoni. F'Marzu 2015, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà rrifjutat permess tal-ippjanar għal applikazzjoni oħra ta' żvilupp fuq l-istess sit.