Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 Carmel Bonnici L-Isparatura storika fl-OK Corral (2) Il-ħafna li nafu dwar dan l-avveniment (l-isparatura fir-ranch Ok Corral) huwa bbażat fuq ix-xhieda preliminarja ta' xahar sħiħ. L-aħwa Earp - Virgil u Wyatt - sostnew li l-ġlieda saret bħala "self defence" għaliex dawn il-Cowboys m'obdewx il-liġi tal-post li fil-belt ma setgħux ikollhom armi fuqhom. Mill-banda l-oħra, l-Cowboys qalu li huma għollew idejhom biex iċedu u ġew maqtula kiesaħ u biered (laktarx din kienet il-versjoni t-tajba). Pero', l-awtopsji ta' dawk mejtin indikaw li ħadd minnhom ma inqatel b'idejh merfugħa. Kif diġa' semmejt il-ġimgħa l-oħra inħadmu ruxxmata ta' films dwar din l-isparatura storika, anki għat- televiżjoni. L-aħjar minn dawn huma: Frontier Marshall (1939), Dodge City (1939), My Darling Clementine (1946), Angel And e Badmen (1947), Wichita (1955), Gunfight At e OK Corral (1957), Hour Of e Gun (1967), Doc (1971), il-vjolenti Tombstone (1993) u Wyatt Earp (1994). Billi Wyatt Earp kien l-arkitett, flimkien ma' ħutu u l-ħabib tagħhom, il-lagħbi, sakranazz dentist, Doc Holliday, li kien ibati bit-tuberkolożi, l-attur Kevin Costner tah omaġġ spettakulari meta ħadem il-parti prinċipali fil-film Wyatt Earp ta' 3 sigħat u 10 minuti tal-1994. Wara l-ġlieda u meta lesta l-vendetta personali tiegħu, Wyatt jiltaqa' ma' Josie Marcus, attriċi Lhudija li kienet waslet fil-belt u jsiru jinħabbu. Huma jmorru jżuru lil Doc Holliday fi klinika tat-tuberkolożi qabel ma jmut. Wyatt Earp għex ħajja twila u miet 48 sena wara l-avvenimenti koroh li ġraw f 'Tombstone. Hu baqa' jgħix ma' Josie f 'California u miet fl-1929 ta' 81 sena. Fil- funeral tiegħu, Tom Mix, l-aqwa attur popolari cowboy taċ-ċinema mutu, beka. L-opinjoni kienet li l-proċedura qalila wżata minn Wyatt Earp u sħabu, nies tal-liġi, kien hemm bżonnha f 'sitwazzjoni ddisprata fejn l-istess liġi ma kienet tfisser assolutament xejn għall-kriminali jiġġerew liberi mas- saqajn. L-atturi li ħadmu l-parti ... Ħafna kienu l-atturi li ħadmu din il-parti. Uħud minnhom huma dawn: • FRONTIER MARSHALL (1939) Randolph Scott (Wyatt Earp) u Cesar Romero (Doc Holliday) • DODGE CITY (1939) Errol Flynn (Wyatt) • MY DARLING CLEMENTINE (1946) Henry Fonda (Wyatt) u Victor Mature (Doc) • WICHITA (1955) Joel McCrea (Wyatt) • GUNFIGHT AT THE OK CORRAL (1957) Burt Lancaster )Wyatt) u Kirk Douglas (Doc) • HOUR OF THE GUN (1967) James Garner (Wyatt) u Jason Robards (Doc) • DOC (1971) Harris Yulin (Wyatt) u Stacey Keach (Doc) • TOMBSTONE (1993) Kurt Russell (Wyatt) u Val Kilmer (Doc) • (f 'dan il-film jaħdem attur jismu Wyatt Earp fil-parti ta' Billy Claiborne, wieħed mill- Cowboys. Dan jiġi l-kuġin tal-veru Wyatt Earp fil-ħames ġenerazzjoni). • WYATT EARP (1994) Kevin Costner (Wyatt) u Dennis Quaid (Doc) • CHEYENNE AUTUMN (1964) kien film ieħor dirett minn John Ford, id-direttur ta' My Darling Clementine li fih hemm din l-isparatura, b'James Stewart bħala Earp u Arthur Kennedy jkun Doc.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020