Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 • illum Żewġt irġiel se jitressqu l-Qorti akkużati li serqu basket flus minn ħanut tal-logħob Żewġ persuni li allegatament kienu involuti f 'serqa li seħħet nhar l-Erbgħa filgħodu f 'ħanut f 'Birkirkara, jinsabu f 'idejn il- Pulizija. Wara diversi analiżi ta' filmati ta' kameras tas-sigurtà u investigazzjonijiet bla waqfien mill-Pulizija mill-Iskwadra ta' Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id- Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, f 'inqas minn 48 siegħa, il-Pulizija rnexxielha tasal għal min allegatament wettaq is-serqa. Nhar l-Erbgħa filgħodu, għall-8:15 a.m il-Pulizija ġew infurmati li seħħet serqa minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq il-Wied, f 'Birkirkara. Fuq il- post, il-Pulizija sabu lill-impjegat, raġel ta' 32 sena residenti Ħ'Attard, fejn spjega li huwa kien għadu kemm ħareġ mill-istabbiliment b'basket bil- flus. Malli kien se jpoġġih fil-karozza, waqaf ħdejh mutur. L-impjegat allega li s-sewwieq tal-mutur ħareġ sikkina u ħadlu l-basket li fih kien hemm ammont konsiderevoli ta' flus kontanti. Wara, il-ħalliel ħarab minn fuq il-post. Minn investigazzjonijiet intensivi li saru fis-sigħat ta' wara l-allegat serqa, irriżulta li fis-serqa hemm l-involviment tal-istess impjegat, flimkien mal-allegat ħalliel, raġel ta' 42 sena residenti l-Gżira. Iż-żewġt irġiel ġew arrestati u fl- aħħar sigħat, wara diversi tfittxijiet f 'garaxxijiet u residenzi privati, il-Pulizija tad-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali sabu l-mutur li ntuża fis-serqa, kif ukoll parti kbira mill-flus misruqa, li ħafna minnhom kienu moħbijin f 'partijiet tal-mutur. Iż-żewġt irġiel ta' 42 sena u 32 sena mistennija jitressqu il-Qorti b'arrest, illum, għall-11:00 a.m, quddiem il- Maġistrat Doreen Clarke LL.D. Minn investigazzjonijiet intensivi li saru fis-sigħat ta' wara l-allegat serqa, irriżulta li fis-serqa hemm l-involviment tal-istess impjegat, flimkien mal-allegat ħalliel, raġel ta' 42 sena residenti l-Gżira

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020