Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 milli €100 mingħand lukanda ... in-nies' tinduna min ikun iħobb il-mużika għax ikun ippassjonat jew min iħobbha sempliċiment għall-flus. "Hawn żewġ barranin ikunu qed idoqqu Triq ir-Repubblika. It-tnejn mużiċisti tajbin imma jdoqqu biss l-istess ħames diski. Ilni naom erba' snin. Darba mort fuq wieħed minnhom li jdoqq il-kitarra u offrejtlu li nagħtih mużika tiegħi b'xejn. Ma ridx," insista Benny. Kien hawn li saħaq li tinduna min ikollu l-passjoni għax dan mhux biss idoqq l-antik, iżda jdoqq ukoll il-ġdid. "Eros Ramazzoti għandu diski antiki iżda meta jagħmel il-kunċerti jdoqq u joħroġ diski ġodda. Il-passjoni kollox," insista. 'Qed nimmisja ħafna lill-immigranti tal-Awstralja' Jagħmel ħafna enfasi fuq il-barranin u t-turisti. Il-Maltin jagħtu kasu? Japprezzawh? Mhux daqshekk, jgħidilna Benny. Anke jekk jisħaq li l-Maltin japprezzawha l-mużika Maltija, meta Malti qiegħed Triq ir-Repubblika u jisimgħu jkanta l-Aħħar Bidwi f 'Wied il-Għasel mhux se jieqef biex jisimgħu. "Kieku qiegħed barra minn Malta u se jisma' lil xi ħadd idoqq kanzunetta Maltija, se jieqaf żgur. Dik il-kultura tagħna. Bħall- baned. Ġieli jkun hemm kunċert tal-banda fil-festa fuq il-planċier u l-Maltin lanqas jagħtu kas. Imbagħad tara t-turisti jgħoxew jisimgħu l-mużika," spjegalna. Stqarr magħna li din is-sena qed jimmissja ħafna lill-immigranti tal-Awstralja. Fi kliemu, l-immigranti Maltin li jgħixu l-Awstralja, l-għaxqa tagħhom jisimgħuh ikanta u jieqfu u jkantaw miegħu. "Jiena dejjem hawn. Tad-dwejjaq tara l-ħwienet, ristoranti tad-deheb, ħwienet, tas-souvenirs, li qalgħu daqqa ta' ħarta kbira," kompla jgħidilna Benny. Apparti l-immigranti Maltin u anke n-nuqqas ta' turisti, Benny fakkar li għadu ma daħalx f 'Malta cruiseliner wieħed. Għan-negozju fil-Belt, it-turisti tal-cruiseliners huma importanti ħafna, għax dawn se jinżlu għal it sigħat u se jibqgħu l-Belt. "Il-Belt se tqum meta jerġgħu jidħlu l-cruiseliners." Il-kanzunetta Maltija hija apprezzata? Komplejna nitkellmu fuq il-kanzunetti Maltin tal-passat u kemm dawn baqgħu popolari anke llum il-ġurnata, forsi għall- kuntrarju tal-lum għax diska tagħmillek it xhur popolari u it it tintesa. Tana raġun. "Bħala Benny u Tonia qatt ma kellna xi diski antiki li baqgħu ħafna popolari llum bħalma għandu Freddie Portelli, Tony Camilleri u oħrajn. Aħna bdejna fit-tmeninijiet. Dawn kollha bdew fis-snin sittin u fis-sebgħinijiet. Il-mużika ta' dawk iż-żminijiet baqgħet popolari. Xorta waħda konnha ħafna attivi," beda jispjegalna. Fakkarna biss li dawn id-diski tal- festi kien bdihom hu u kien jikteb kliem differenti għall-festi differenti. "Bdejt jiena. Kienu cassettes. Għandi 200 diska. Qegħdin kollha f 'kexxun. L-ewwel waħda li ktibt kienet għal San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ," irrakkonta. Anke jekk il-mużika tal-lum hija differenti minn dik tal-passat, Benny saħaq li jimmeravilja ruħu kemm iż-żgħażagħ jafu wkoll id-diski tal-passat. "Jiena nieħu gost meta jkolli quddiemi żgħażagħ Taljani, indoqqilhom diski tal-Pooh, jiġifieri tas-sittinijiet u kollha jafuhom. L-istess iż-żgħażagħ Maltin. Nassigurak li kollha jafuhom il-kanzunetti antiki Maltin. Japprezzawha wkoll." insista Benny. 'Il-mużika ma għandha x'taqsam xejn mal-età ... il-mużika taljenak' Illum Benny jgħodd mal-anzjani. L-ILLUM staqsietu x'inhu s-sigriet li jibqa' daqshekk żagħżugħ fl-ispirtu. "Taf kemm iwaqqfuni nies u jistaqsuni għaliex nintefa' hawn minflok immur xi mkien nirrilassa u ngawdi l-pensjoni? Taf x'ngħidilhom? Albano għadu jagħmel il- kunċerti, Cliff Richard għadu jagħmel il- kunċerti u e Shadows ukoll. Jien nieqaf indoqq għax jien Malti? Il-mużika ma għandha x'taqsam xejn mal-età. Il-mużika hija passjoni," qalilna Benny jgħannaq miegħu il-mandolina li ma qalahiex minn idejh tul intervista sħiħa. Apparti l-mandolina, Benny studja bħala professjoni l-kitarra, iżda jdoqq ukoll il- keyboard. Kompla jisħaq li minkejja li llum għandu 66 sena ma jaqtax qalbu u lanqas għandu għaliex jaqta' qalbu milli jidħol il-Belt. Dan l-aħħar qed juża tal-linja. Jaqbad bagalja u mandolina u f 'għaxar minuti jkun il-Belt mingħajr ma jikkonfondi fuq il-parkeġġ. Iżda lanqas fuq tal-linja ma għandu kwiet. "Illum ix-xufier tal-linja kien mill- Indja. Qatt inkantalu bl-Indjan. Inkun fejn inkun, anke jekk passiġġata mal-mara jew qed nieħu kafe, inwaqqaf il-barranin u nkantalhom. Is-sodisfazzjon tiegħi inferraħ lin-nies," qalilna. "Il-ħajja qasira. Hawn nieħu gost." Kellu appell wieħed lill-anzjani bħalu. "Tintelqux. Jiena norqod ħafna, imma ma nintelaqx. Min għandu ċans jitgħallem il- mużika ta' 60 sena, għandu jitgħallimha. Il-mużika taljenak," qalilna. Qabel tlaqna lura biex inħalluh ikompli jdoqq, ried jgħaddi messaġġ liż-żgħażagħ ukoll. "Mhux kemm għandek il-vuċi tajba. Mhux biżżejjed tkun taf tkanta. Tgħallem strument. Għamlu dak li tagħmlu b'passjoni. Lill-ġenituri nappellalhom biex iħallu lit-tfal jagħżlu dak li jixtiequ jkantaw. Timponux intom fuqhom." RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020