Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146
12 intervista IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Nippreferi €10 fil-kappell milli is-sodisfazzjon tiegħi nferraħ YENDRICK CIOFFI Tidħol meta tidħol il-Belt u tgħaddi minn Triq ir-Repubblika se ssibu hemm, idoqq, ikanta, iwaqqaf it-turisti, jitkellem magħhom, ikantalhom u jekk jarak qed tinteressa ruħek mhux se jiddejjaq biex itik xi strument żgħir biex iddoqq miegħu. Benny Grima bla dubju ta' xejn huwa wiċċ familjari mal-ħaddiema tal- Belt Valletta u ma' dawk kollha li ta' spiss iżuru l-kapitali. Il-gazzetta ILLUM marret sa Triq ir-Repubblika u qattgħet it tal-ħin ma' Benny, titkellem miegħu dwar kif sar jgħaddi l-ġurnata. Aktar milli waħdu, lil Benny nafuh ma' martu hekk kif flimkien iffurmaw id-duo popolari Benny u Tonia b'waħda mill- kanzunetti l-aktar famużi tagħhom tkun bla dubju Forza Malta. L-ILLUM bdiet tistaqsih dwar il-karriera mużikali tiegħu. Benny spjega kif beda bil-mużika malli spiċċa mill-iskola hekk kif ma' ħutu fforma l-grupp Harmonic Sound u aktar tard e Rookies. Għamlu madwar għaxar snin idoqqu flimkien. Kienu tliet aħwa u drummer barrani. Meta żżewweġ lil Tonia, ħalla l-gruppi u magħha fforma d-duo tant maħbub mal-Maltin. Kienet is-sena 1985. Illum il-ġurnata Benny jkanta waħdu anke jekk Tonia kważi tidħol miegħu kuljum sal-Belt. "Tkun hawn miegħi, kważi kważi qisek qed titlobha l-karità biex tkanta diska. Ħasra għax kulħadd jgħidilha kemm għandha vuċi sabiħa, anke l-barranin," qalilna b'għajnejh jixgħelu. Kif sar jaf ikanta kważi bil-lingwi kollha? L-ILLUM tistaqsih għaliex jagħżel li kuljum iqatta' kważi l-ġurnata kollha l-Belt. "Il-Belt hija l-aqwa kapitali tad-dinja. Hawn tiltaqa' ma' ħafna nies," ħatafna fil-kelma. Għal min hu midħla ta' Triq ir- Repubblika, żgur li mhux l-ewwel darba li ra lil Benny mdawwar b'xi grupp turisti li jkun waqqaom hu stess u tisimgħu jkantalhom xi kanzunetta bil-lingwa tagħha, kemm jekk Taljan u Spanjol iżda anke lingwi kkumplikati ħafna bħalma huma ċ-Ċiniż jew il-Pollakk. Hu stess jispjega kif kemm ilu jarma l-Belt, tgħallem ikanta b'diversi lingwi u jgħid ukoll xi kelma 'l hemm u 'l hawn. "Sirt kważi naf inkanta bil-lingwi kollha. Dejjem inżid. Fi żmien il-COVID-19 tgħallimt aktar. Tgħallimt bil-Pakistan, l-Indja u oħrajn. Huma nies vera mill-aħjar. Tgħallimt ħafna fuq kulturi oħrajn," spjega Benny. Imma kif ikun jaf x'kanzunetta għandu jkanta? It-turisti tarahom ikomplu u jkantaw miegħu. "Qabel tgħallimt, staqsejt in-nies tal-pajjiż. Jekk Ċiniż jiġi fuqi u jgħidli li jixtieq jitgħallem diska popolari bil-Malti, se ngħidlu jitgħallem Lanċa Ġejja u Oħra Sejra, jew Xemx. Hekk għamilt jiena. Ma kontx naf xi jħobbu jkantaw iċ- Ċiniżi jew l-Indjani. Huma qaluli," kompla jgħidilna. Malli xi turist jagħtih suġġeriment ta' xi diska, kompla jispjegalna, imur id-dar, jiaħ YouTube, isibhom u jibda jitgħallimhom. "Nagħmel l-arranġament u anke l-akkumpanjament jien. Ma nkantax karaoke. Il-ħoss huwa tiegħi stess. Għandi dik ix-xi ħaġa speċjali li diska nismagħha tliet darbiet u nitgħallimha," qalilna Benny. "Dejjem ikolli xi ngħid mal-mara meta ngħid kemm naf inkanta b'lingwi. Lanqas naf inwieġbek kemm inkanta b'lingwi differenti. 'Il fuq minn 100 żgur." 'Jien hawn ma niġix għall-flus ... li qed nagħmel għall-pjaċir' Għal xi żmien Benny kien ibiegħ is-CDs tiegħu. Illum lanqas dawn ma għadu jbigħ. Allura ma jaqbillux imur idoqq f 'lukanda u flok joqgħod għax-xemx, joqgħod f 'xi sala komdu u jaqla' xi ħaġa sura ta' flus? "Jien hawn ma niġix għall-flus. Niġi hawn biex nagħmilha man-nies. Nagħmel dak li qed nagħmel għall-pjaċir. Jekk ma niġix hawn se nqum fis-siegħa ta' waranofsinhar. Issa erġajt ġejt niġi regolari. Fi żmien meta konnha magħluqa bil-COVID-19 kont se nibda nitgħażżen," kompla Benny. Hawn qbadniha miegħu fuq iż-żmien li għamel magħluq id-dar minħabba l-COVID-19. Minjaf kemm ħassu stramb, filli kuljum il-Belt u f 'daqqa waħda magħluq bejn erba' ħitan. "Stramb mhux għax ma sibtx x'nagħmel. F'ħajti kollha qatt ma għamilt xejn fid-dar. Spiċċajt bajjadt id- dar kollha," qalilna Benny. Iżda taħsbux li rnexxielu jkampa ħafna d-dar. Ikompli jgħidilna hekk: "Darba minnhom telgħuli. Qbadt tal-linja u dħalt nippassiġġa l-Belt. Ma kien hawn ħadd. Meta ngħidlek ħadd, jiġifieri ħadd ħlief jien. Kien nofs April. Qabditni għafsa ta' qalb." Ikun hemm min jgħid li jiena mejjet bil-ġuħ ... Hu li jkun dejjem Triq ir-Repubblika jista' jagħtina indikazzjoni ta' kif qed ikunu l-affarijiet il-Belt. Fi kliemu, din il-ġimgħa kienet ħafna aħjar mill-ġimgħa ta' qabel. Kull ġimgħa qalilna li qed jara titjib. Iżda anke meta Malta kien għadu ma hawnx turist wieħed, xorta waħda rama l-Belt u kien l-hena tiegħu jwaqqaf u joqgħod ikanta mal-barranin li jgħixu u jaħdmu Malta. Spjega magħna kif il-barranin japprezzawh ħafna u anke jekk hu ma jagħmilx dan għall-flus, dejjem ikun hemm min idaħħal idu fil-but u jitfalu xi ħaġa fil- kappell li jpoġġu quddiemu. "Ikun hemm min jgħid li jiena mejjet bil- ġuħ. Illum għandi 66 sena. Jiena għamilt 50 sena ndoqq fil-lukandi. Kieku rrid nista' nerġa' mmur. Nippreferi ndaħħal €10 fil- kappell milli naqla' €200 fil-lukanda. Is- sodisfazzjon li għandi bil-kappell huwa xi ħaġa straordinarja," kompla jgħidilna. "Wisq nieħu gost man-nies." 'Trid idoqq l-antik iżda anke l-ġdid' Huwa u jitkellem tinduna li qed jagħmel dak li qed jagħmel b'passjoni. Fi kliemu, Benny Grima. Sinonimu ma' Triq ir-Repubblika. Tmur meta tmur se ssibu jkanta bil-Malti, bl-Ingliż, Taljan, Ċiniż, Pollakk u minjaf kemm il-lingwa oħra, imdawwar b'xi grupp turisti. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' miegħu. Għaliex Triq ir- Repubblika? Għaliex jippreferi jkanta fit-triq milli f'xi lukanda? Kif irnexxielu jkampa d-dar fi żmien il-coronavirus? Ikun hemm min jgħid li jiena mejjet bil-ġuħ. Illum għandi 66 sena. Għamilt 50 sena ndoqq fil-lukandi. Kieku rrid nista' nerġa' mmur. Nippreferi ndaħħal €10 fil-kappell milli naqla' €200 fil-lukanda. Is- sodisfazzjon li għandi bil-kappell huwa xi ħaġa straordinarja