Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum Ivan Bartolo Raġel Għarwien Ivan Bartolo huwa Deputat tal-Partit Nazzjonalista G ħadu kemm ġie f ' idejja filmat ta' raġel għarwien jiġri barra t-toroq tagħna. Ġie ffilm- jat biex jiġi rredikolat? Dan il-filmat ġera' mal-erbat irjieħ ta' Malta jekk mhux ma' l-erbat irjieħ tad-dinja. Bla dubju hemm xi ħaġa mhux f 'postha, hemm fin-nofs is-saħħa mentali. Kun- danna lejn min xerred dawn il-filmati. Għax jekk ifettillek ixxerred xi intervista li marret żmerċ ta' xi "ikona" politika, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Imma r-redikolu ta' dan il-bniedem fit-toroq għarwien ħuta fit-toroq Maltin, kien iċ-ċajta tal-ġurnata. X'kont tħoss li kieku dak il-proxxmu kien missierek, ibnek jew ħuk? U donnu l-bniedem biex jgħatti tiegħu, jispiċċa jxerred u jesponi l-istejjer tal- vulnerabbli. Tgħid biex jiggustawh? U donnu f ' pajjiżna għandna t-tendenza u l-ħabta, naraw l-istorja minn barra biss. Jekk naraw bniedem jiġri u jdur bil-lejl, bħal xafra tal-moħriet lesti biex noħorġu għalih jew għaliha. Ma naħsbux u naraw x'nistgħu nagħmlu għaliex forsi dak il-bniedem għaddej minn sfidi iebsa f 'ħajtu, imma minflok arana naslu għal konklużżjoni ta' dak li jtina moħħna. Normalment liema konklużżjoni li wasalt għaliha tkun il-mera tiegħi stess. X' ipokrezija! U min ixerred dawn il-filmati jew min jipprova jdaħħak bil-vulnerabbli, (b' wiċċhom jidher) kważi, kważi ferħan se jtir u jħossu li għamel xi kapolavur. Lil dan il-liġi ma tkellmux? Li tkampa bl-istigma ta' marda mentali hija devastanti. Jistgħu jittkellmu dwarha dawk il-bnedmin li jgħixu ma xi ħadd li jħobbu u jew famijari. Żejda li tipprova tirredikolhom, anzi tkompli żżid t-toqol tal-ħajja ma' dak li diġà għandhom. Tiġini f ' moħħi mara anzjana vulnerabbli, nstigata minn żewġ irġiel Maltin biex turihom il-parti privata tagħha, waqt li tiġi ffilmjata. L-istorja ma tieqafx hemm, imma l-filmat jinxtered ma' kullimkien. F'ġurnata rċevejt l-istess filmat mal- għaxar darbiet. Nispiċċa niġġieled bl-sms ma' għaxar persuni, li prattikament bgħatuli dan il-filmat biex nidħaq. Jien ma nidħakx b' dawn il-filmati, anzi nweġġa' ħafna. Jekk irrid nidħak u ndaħħaq lil sħabi, nagħmel filmat kif naf jien bis-sens umoristiku stil tiegħi u mhux bil-bnedmin vulnerabbli. Biex nidħaq noqgħod insegwi lil Patricia Routledge bil-kummiedja tagħha "Keeping Up Appearences" u mhux bi bnedmin li għaddejjin minn sfidi kontinwi. Biex nidħak m'għandix għalfejn indaħħaq lil kulħadd b' mara anzjana li jinstigawha bil-politika, u jieħdu gost jarawha toffendihom. Min jaf binha xi jħoss? Id-diżordnijiet mentali jolqtu lil mijiet ta' miljuni ta' nies f 'kull parti tad-dinja u jħallu effett fuq il-ħajja tal-maħbubin tagħhom. Wieħed minn kull erba' persuni se jiġi affettwat minn xi diżordni mentali f 'xi żmien f 'ħajtu. Id-dipressjoni hija l-ikbar fost l-isfidi ta' mard mentali fid- dinja. L-iskiżofrenja u d-diżordni bipolari huma fost l-iktar diżordnijiet qliel u li jagħmlu bnedmin inkapaċi. Għalkemm numru kbir ta' bnedmin huma effettwati, id-diżordnijiet mentali jibqgħu moħbijin, traskurati u diskriminati. Biex ngħidu kollox bosta bnedmin b'mard mentali jżommu lura milli jfittxu l-kura minħabba l-istigma assoċjata miegħu. Għalkemm il-biċċa l-kbira tad- diżordnijiet mentali jistgħu jiġu kkurati, insibu bosta bnedmin li ma jirċevux il- kura. Professjonisti jgħidulna li bnedmin b' diżordni mentali hi waħda li l-ħsieb, il-kontroll emozzjonali, u l-imġiba tagħha jkunu differenti mhux ħażin minn dak li jitqies normali. Il-kundizzjoni spiss iżżomm persuna milli tiem lil ħaddieħor jew milli tkampa mal-istress tal-ħajja. Is-sintomi jistgħu jvarjaw fit-tul u fl-intensità skont l-individwu u l-marda partikulari u ċ-ċirkustanzi. Jista' jaffettwa kemm irġiel u kemm nisa, nies ta' kull età, kultura, razza, reliġjon, jew livell ta' edukazzjoni u dħul finanzjarju. Id-diżordnijiet tas- saħħa mentali ma jiġux minn xi dgħufija personali jew xi difett fil-karattru. Madanakollu permezz ta' kura medika u adattata, diversi bnedmin jistgħu jiġu kkurati u jistgħu jgħixu ħajja produttiva u sodisfaċenti. Bosta bnedmin tgħallmu jkampaw b'diżordnijiet mentali wara li kisbu fehma aħjar tal-kundizzjoni tagħhom u segwew il-kura mogħtija lilhom minn professjonisti tas-saħħa mentali. Illum dak, dik u l-oħra u għada nista nkun Jien, ħija, oħti jew ibni. Pero' l-aħbar sabiħa hi, li llum hawn il- mezzi, billi ssegwi l-kura li jagħtuna l-professjonisti, billi żżomm rutina u żżomm ruħek attiv. Minbarra l-mistrieħ u l-irqad, tirrilassa u tipprova tgħix ħajja bilanċjata u ta' kwalita, fuq kollox tiekol tajjeb u tevita dak kollu li ma jagħmillekx ġid bħall- alkoħol u drogi li ma jkunux preskritti mit-tobba mediċi. Importanti wkoll li tevita toqgħod waħdek u tqatta' mumenti ma' bnedmin li jridulek il-ġid u mhux joqgħodu jiffilmjawk, biex wara jdaħku n-nies bik. L-ilbies li jagħmel lill-bniedem parti mis-soċjetà; jagħtik ċerta identità, ċerta dinjità. Bħar-raġel għarwien jiġri fit-toroq tagħna li juri b'xi mod li tilef postu fis-soċjetà, fuq kollox imżeblaħ minn kulħadd, tilef kollox inkluż id-dinjita. Il-ġmiel spiċċa mill-bniedem, li issa hu għarwien, mikxuf, u mwaqqa' għaż-żuett. Ma baqa' xejn ħlief bniedem tellief u umiljat! Fejn huma l-Awtoritajiet ikkonċernati? Nistennew u naraw ...... Il-ġmiel spiċċa mill-bniedem, li issa hu għarwien, mikxuf, u mwaqqa' għaż-żufjett. Ma baqa' xejn ħlief bniedem tellief u umiljat! Fejn huma l-Awtoritajiet ikkonċernati? Nistennew u naraw ......

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020