Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 kultura IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum L-ewwel ħabbara tal-Qawmien tal-Mulej P. HERMANN DUNCHAN O.CARM L-Evanġelisti jsejħula Marija ta' Magdala għax kienet tgħix fir- raħal ta' Magdala (Migdal bil- Lhudi), fejn skont it- Talmut din il- Belt kienu jsibuha bhala Magdala Nunayya, li tfisser torri tal – ħut. Magdala kienet tinsab fin – Nofsinnhar u l – Punent tal – Għadira ta' Tiberija, qrib ix- xtajta kwieta 'l isfel min Kafarnahum, madwar xi tlett mili 'l bogħod ta' Tiberija. Josephus Flavius storiku Lhudi- Ruman (37-100 WK) jgħid li Magdala kellha madwar 4000 ruħ u 230 dgħajsa. Il- Franġiskani akkwistaw din l-art u wettqu bosta skavar fejn sabu bosta toroq u bini ta' żmien ir- Rumani, sinagoga żgħira, muniti u xi fdalijiet taċ- ċiramika fl- aħħar perjodu Elenistiku sa l – ewwel Gwerra Ġudajka fis- sena 70 WK. Il- qima lejn din il – qaddisa, Marija ta' Magdala, tnibtet fl – ewwel żminijiet tal – knisja u għandha rabta qawwija ma' dik li kienet tingħata lill- Imgħallem Sidna Ġesu Kristu. Hasra li ħafna nies għadhom sal- llum bi stampa mhux preċiża ta' Marija Maddalena bħala prostituta. Din bdiet wara għadd ta' priedki tal-Għid fl-591 WK, meta l-Papa Girgor I għamel referenza li Marija ta' Magdala, li nisimgħu biha l-ewwel darba f ' San Luqa 8:2, Marija ta' Betanja San Luqa 10:39 u dik ta' bla isem il-"mara midinba" San Luqa 7: 36-50 huma l-istess persuna. Dan irriżulta fi twemmin mifrux imma mhux preċiż li Marija kienet prostituta li nidmet. L-istudjużi jsostnu li l – Maddalena mhix l- istess mara li inxteħtet f ' riġlejh biex tidlikomlu bil- balzmu u tixxutahomlu b'xagħarha waqt ikla għand Xmun il- Farisew, u l-anqas ma kienet oħt Lazzru, iżda li dawn kienu tlett nisa differenti bl- isem ta' Marija. Il- Vanġelu kemm ta' San Mark (Kap 16:9) u ta' San Luqa (Kap 8-20) jgħidulna li Ġesu keċċa seba xjaten min Marija ta' Magdala. San Mark (16:9) "Wara li qam mill- mewt filgħodu fl- ewwel jum tal – ġimgħa deher l-ewwel lill- Marija ta' Magdala li minnha kien keċċa seba xjaten". Marija saret waħda mid- dixxipli mill- bidu tal- ministeru Tiegħu fil- Galelija. Meta Ġesu kien mdendel fuq is- salib, Marija ta' Magdala kienet preżenti fuq l- għolja tal- Kalvarju tibki taħt is- salib flimkien ma' Omm Ġesu u Marija ta' Kleofa. Ġwanni (19:25): "Kien hemm wieqfa ħdejn is- Salib ta' Ġesu Ommu, oħt Ommu, Marija ta' Kleofa u Maria ta' Magdala". Meta Ġużeppi ta' Arimatija kiseb il- Ġisem Mqaddes ta' Ġesu keffnu f ' liżar u qiegħdu f 'qabar ġdid. "Marija ta' Magdala u Marija l- oħra baqgħu biswit il- qabar". Lilha deher l- ewwel waħda wara l- qawmien mill- imwiet u bagħatha xxandar il – qawmien Tiegħu lill- Appostli. F'Ġwanni (Kap 20: 17,18) nsibu miktub hekk "Ġesu qalilha la tmisnix, għax għadni ma' tlajtx għand il- Missier imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla għand Missieri u Missierhom, Alla tiegħi u Alla tagħkhom". Marija ta' Magdala marret għand id- dixxipli u tathom l- aħbar li kienet rat il – Mulej. Marija Maddalena tisemma madwar tnax il- darba fit- Testment il – Ġdid. Kienet waħda min dawk in – nisa li rċevew għajnuniet mingħand Ġesu li bdew jgħinu lill- Ġesu min ġidhom biex ipattulu. Kienet tinsab f 'sitwazzjoni mwergħa ta' ħasra u mgħodrija għax inħakmet mill- qawwa miġnuna u feroċi tax- xitan. Marija ta' Magdala mhix dik il- 'midinba magħrufa', jew dik li l- ilsien Grieg isejħulha 'Hamortolos' (αμαρτολος) skont Luqa 7:37, iżda Marija ta' Magdala li tissejjah 'Gunaikos' (γυναικός) li tfisser mara. L- Evanġelisti isemmuha fl- eqqel taqbida ta' Ġesu waqt il- Passjoni u l- mewt tiegħu. Diffiċli biex wieħed jara li baqgħet miexja wara Ġesu wara l- kundanna għax kienet mara. Barra min hekk il –mewt tas- salib kienet mistmerra. Madankollu dan ma għaddiex min moħħha għax ħabbitu sa l-aħħar. Hija assistietu għad difna u kompliet miexja miegħu sad- difna tiegħu fil- qabar ġdid. Il- Ħadd filgħodu Marija ta' Magdala marret bil- fwejjaħ biex tidlek il – ġisem ta' Ġesu. L –Istorja ma ntemmitx hawn għax- Ġesu jrid jiltaqa ma' Marija ta' Magdala biex jagħtiha l- aħbar tal- qawmien tiegħu. "Mara għalfejn qeda tibki ? Lil – min qeda tfittex". Hi ħasbet li kien il- ġardinar u qaltlu "Sinjur, jekk ħadtu int min hawn għidli fejn qegħedtu u jiena nġibu lura". Ġesu sejħilha: "Marjam". Hi daret u qaltlu bil- Lhudi "Rabboni" jiġġifieri Mgħallem. Marija ta' Magdala mxiet ma' Ġesu waqt li għallem fil- Galilija li kompliet sal – Kalvarju. Billi kienet ix- xhud ewlieni tal- qawmien ta' Ġesu tassew jixirqilha it- titlu ta' Dixxiplu ta' Ġesu. Fl-2016 il-Papa Franġisku għolla l-livell ta' memorja liturġika fit-22 ta' Lulju minn memorja għall-festa. Il-Bażilika fejn hemm ir-relikwi ta' Santa Marija Maddalena fi Franza Ir-relikwa ta' sieq Santa Marija Maddalena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020