Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 għidna x'inhu u daqshekk ... rridu meta jżuru mużew' fuq fejn fil-fatt kien jiltaqa' l-Parlament. Hemmhekk kienet l-Armerija oriġinali fi Żmien il-Kavallieri. Allura se nerġgħu neħduha f 'postha. L-ewwel fażi jiġifieri din tal-fondi tal-UE tinkludi wkoll restawr tal-elementi tal-ġebel li hemm ġo partijiet mill-Palazz. Fortunatament il-President tar- Repubblika għinna billi ddeċieda li għal dan iż-żmien joħroġ mill-Parlament u jmur San Anton, ħalli nkunu nistgħu naħdmu fuq il-kumplament tal-Palazz. U b'hekk l-ispiża fuq il-proġett tal- Palazz, minn €10 miljuni telgħet ħafna, għax filli qed nagħmlu terz tal-Palazz, filli ħa nagħmlu l-Palazz kollu. Bħalissa qed niddiskutu l-COVID f 'pajjiżna, bħal ma qed jiddiskutu madwar id-dinja kollha. Heritage Malta mhix lukanda. Però tiddependu ħafna mit-turisti. L-ewwelnett kemm tiddependu mit-turisti bħala dħul? U kemm rajtu dak id-dħul jonqos waqt il-pandemija? Iva. It-turist huwa d-dħul prinċipali ta' Heritage Malta. Jiġifieri biex nagħti eżempju, Heritage Malta għandha bżonn bejn wieħed u ieħor €12 il-miljun biex tgħix - pagi, manutenzjoni, upkeep tal- mużewijiet, sigurtà u aktar. Minnhom, dawn it-€12 il-miljun, jagħtina bejn wieħed u ieħor €5 miljuni biss il-Gvern. Il-kumplament irridu niġġenerawhom bis-saħħa tad-dħul tal- miżati tal-mużewijiet. Jiġifieri iva, il- COVID affetwatna. Meta kellna nagħlqu l-mużewijiet u s-siti li kien fit-13 ta' Marzu, filli konna għaddejjin b'ritmu tajjeb ħafna, filli waqafna ħesrem. Fortunatament, konna wkoll bil-għaqal tul it-tliet snin illi għaddew u għamilna wkoll xi profitti li servew ta' lqugħ. Hemm xi linji gwida f 'dak li għandu x'jaqsam ma' saħħa issa, meta persuna żżur is-siti tagħkom, anki biex min qed jaqra din l-intervista jkollu moħħu mistrieħ li meta se jiġi f 'wieħed mill- mużewijiet ta' Heritage Malta hemm linji gwida u protokolli ta' saħħa? Iva, aħna flimkien mad-Direttorat tal- Promozzjoni tas-Saħħa għamilna linji gwida għall-mużewijiet tagħna. Dawn il-linji gwida ġibnihom ukoll mill- ICOM li huwa l-International Council of Museums illi bażikament jagħti pariri fuq livell globali fejn jidħol mużewijiet u siti storiċi. U għalhekk ħriġna numru ta' linji gwida sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa, kemm tal-impjegati ta' Heritage Malta tal- mużewijiet u s-siti kif ukoll ta' kull min jiġi jżurna. Għamilna pereżempju auto dispencers u hand sanitizers kullimkien. Nagħtu wkoll maskri, anka b'xejn, lil min jiġi bla maskra ġo xi mużew li huwa ġewwa. Noqogħdu attenti wkoll biex naraw li ma jkunx hemm ammonti kbar ta' nies f 'daqqa ġo mużew u sit u żidna il-membri tas- sigurtà biex jieħdu ħsieb illi l-limitu ta' nies stabbilit bil-liġi ma jinqabiżx. X' kien ir-rispons tal-inizzjattiva li kien ħa l-Gvern tal-Pass tat-tfal li jistgħu jieħdu l-ġenituri u adult magħhom f 'mużew? Kemm kellkhom rispons tajjeb? Minn midnu għamilniha qisu sena u it xhur ilu, l-ewwel ma ħriġna kienet l-Pass tat-tfal, jiġifieri l-Passaport tat-tfal fejn bih tifel jew tifla jkun jista' jieħu sa żewġ adulti miegħu u b'xejn, fi kwalunkwe sit ta' Heritage Malta. U r-rispons kien inkredibbli. F'sena, qabel ma daħħalna l-Passaport, biex nagħtik eżempju, kienu jiġu bejn 20,000 u 30,000 Malti ġos-siti tagħna. Minn mindu daħħalna l-Passaport, ġew il-fuq minn 120,000 - żieda ta' iktar minn minn erba' darbiet. U l-Passaport tal-Anzjani jaħdem billi jkun hemm anzjan, japplika għalih u miegħu ikun jista' jieħu żewġ adoloxxenti. B'hekk f 'inizjattiva waħda nippromwovu t-tfal jieħdu l-ġenituri u fl-oħra nippromwovu l-anzjani jieħdu n-neputijiet. Ħriġtu bl-inizzjattiva ta' mużewijiet u siti li huma virtwali. Imma din ma tistax taħdem kontrikhom fis-sens illi n-nies jippreferu jużaw il-mezzi virtwali, milli fil-fatt imorru jħallsu d-dħul u jmorru f 'mużew. U x'rispons kellkhom għal dikn l-inizzjattiva? L-ewwel nett aħna, il-mużewijiet u s-siti tagħna għamilnihom b'mod virtwali flimkien ma' sħubija ma' Google. Google huwa ġgant fit-teknoloġija, jiġifieri ma tistax iġġibha ħażina. U allura l-mużewijiet u s-siti tagħna li poġġejna fuq l-internet, jiġifieri aċċessibbli b'mod virtwali, kienu ta' kwalità. Issa, għall-mistoqsija tiegħek – l-effett tagħhom. Pjuttost il-kontra. Kull min iżur sit u mużew b'mod virtwali jitħajjar iktar jiġi jarah fiżikament. U dik kienet ir-rispons diretta li ħadna minn barranin – Amerikani, Ġermaniżi, Awstrijaċi, Pollakki... ir-rispons dirett li ħadna meta dawn daħlu per eżempju hawnhekk Sant'Iermu u raw is-swali. Marru Sant'Anġlu u raw il-guva fejn kien hemm Carvaggio per eżempju. Dawn kollha l-kummenti tagħhom kienu 'jien se niġi Malta u ħa mmur f 'dan il-post. Jien ħa niġi nara – ħa niġi nara dan il-mużew ... ' U finalment X'inhuma l-pjanijiet tagħkom għall-futur? Il-pjanijiet għall-futur huma varji. Aħna nieħdu pjaċir naraw reġjun u nagħmlu strateġija għalih. Per eżempju ħa nieħu l-Belt, ir-reġjun tal-Belt. Hemmhekk barra li għandna Sant'Iermu, il-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u l-Palazz li ilhom f 'idejna, ħadna wkoll iċ- ċisterni taħt il-Belt, dik li hemm quddiem il-Qorti u t-tunnels kollha li hemm taħt il-Belt, ħa nippruvaw nagħmluhom aċċessibbli. U għandna wkoll il-Knisja tal- Pilar, nippruvaw nagħmluha aċċessibbli, niħuha għall-pubbliku wkoll. Ħadna wkoll il-Fortress Builders – binja li hemm Biagio Step. Dik beħsiebna nagħmluha ċentru ta' interpretazzjoni tal-wirt intanġibbli tal-Belt – illi fejn nikkaverjaw il-karnival, il-festi, l-Għid u tant u tant aktar xogħol. RITRATT: JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020