Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276943
12 intervista IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Mhux poġġejna oġġett, għidna lin-nies ikollhom esperjenza meta ALBERT GAUCI CUNNINGHAM X'inhu l-iskop ta' din l-entità u x'inhuma s-siti storiċi li din l-entità tieħu ħsieb? Liema entitajiet jinsabu f 'idejha? Heritage Malta hija aġenzija governattiva, jiġifieri mwaqqfa mill-Gvern bil-għan ewlieni tagħha hu li tieħu ħsieb il-wirt kulturali nazzjonali li jiġi fdat lilha. Il- missjoni ta' Heritage Malta hija fil-fatt dik li tipproteġi, tikkonserva, tippromovi u tagħmel aċċessibbli l-wirt kulturali li jiġi taħtha. Dan il-wirt kulturali jinkludi siti bħal tempji ta' Ħaġar Qim u l-Mnajdra, bħall- Ġgantija, it-tempji ta' Tarxien, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, kif ukoll hawnhekk fejn qegħdin fil-Forti Sant'Iermu u l-Mużew tal-Gwerra, il-MUŻA. B'kollox għandha madwar 27 sit u mużew illi tiaħ kuljum u hemm xi 15/16 il-sit ieħor illi huma magħluqin jew jiħu biss b'appuntament. Jiġifieri meta ngħidu intom tieħdu ħsiebhom, intom sempliċiment taraw illi l-manutenzjoni qed issir u daqshekk? Jew l-irwol tagħkom imur oltrè minn sempliċiment manutenzjoni u day-to-day needs ta' sit? Il-manutenzjoni hija biss faxxa minn dak illi nagħmlu. Hija biċċa ta' dak li jsir ġos-siti u l-mużewijiet tagħna. Aħna għandna kollezzjoni estensiva ta' artifatti illi rridu nieħdu ħsieb. Irridu nieħdu ħsiebhom mhux mill-lat ta' konservazzjoni biss iżda mil-lat ta' riċerka fuqhom, ta' pubblikazzjoni u ta' edukazzjoni. Irridu nedukaw lill-pubbliku. Irridu wkoll kif għidt, nippromwovu dan il-wirt kulturali fdat lilna, kemm lokalment lill- Maltin u l-Għawdxin u t-tfal u l-familji, iżda wkoll għat-turisti. L-għanijiet ewlenin tagħna huma dawk fil-fatt, madwar l-aċċessibbiltà tal-wirt kulturali. Meta ngħid aċċessibbiltà, mhux biss aċċessibbiltà fiżika, jiġfieri li wieħed ġie u daħal ġo mużew u ra b'għajnejh, miss b'idejh u tgħallem, iżda wkoll aċċessibbiltà intellettwali, biex ngħid hekk, jiġifieri dawk l-elementi kollha illi wieħed jista' jgħallem bihom lill-pubbliku, aħna nużawhom u nisfruttawhom għall-wirt kulturali u għal ġieħ il-pubbliku. Semmejt l-artifatti. Waħda mill-aħħar akkwisti fil-fatt ta' Heritage Malta hija pittura ta' Mattia Preti. Irriklamajtu dan l-akkwist ħafna fuq il-midja. X'inhu l-iskop fil-fatt illi jsiru dawn it-tip ta' akkwisti? U għalfejn isiru dawn l-akkwisti, speċjalment dan per eżempju, għalfejn sar? Ikun hemm forsi min mhuwiex daqshekk intiż fil- qasam kulturali, jgħidlek 'Qed nonfqu dal-miljuni biex inġibu pittura ...' L-għan ta' Heritage Malta wkoll jinkludi t-tkabbir tal-kollezzjoni nazzjonali. U dan nagħmluh b'modi varji. Jiġifieri nagħmluh billi jkun hemm min jagħti donazzjonijiet ta' artifatti lil-Aġenzija. Biss però wkoll inkunu qed nippruvaw naraw jekk ikunx hemm xi bejgħ ta' artifatti illi nkunu nistgħu nidħlu għalihom. Din il-pittura li għadek kif semmejt hija ta' Boezju u l-Filosofija hija pittura ta' Mattia Preti li kien wieħed mill-aħħar akkwisti li għamlet l-Aġenzija b'għajnuna ta' entitajiet oħra. U għalhiex xtrajna din il-pittura? Mela l-ewwel nett kienet pittura illi kienet imdendla ġol-Palazz tal-Gran Mastru l-Belt, jiġifieri l-Palazz tal- President, fejn kien jiltaqa' l-Parlament biex nihiemu. Dik kienet indendla hemmhekk iżda fi żmien l-Ingliżi, inħarġet minn hemm u spiċċat f 'kollezzjonijiet privati. Kienet pittura illi Mattia Preti pinġa fl- aqwa tal-karriera artistika tiegħu. Jiġifieri għandha wkoll valur artistiku importanti u b'saħħtu ħafna. Hija pittura kbira bħala daqs u maestuża allura ħassejna li għandha terġa' tiġi lura f 'darha u f 'postha u eventwalment tiddendel fil-Palazz tal-Gran Mastru u hemm fejn verament jistħoqqilha tiddendel, hux hekk? Dawn l-akkwisti huma importanti ħalli nwessgħu l-kollezzjoni nazzjonali tagħna kemm jista' jkun, jiġifieri l-valur tal- kollezzjoni tagħna, kull ma jmur jiżdied, mhux biss f 'valur monetarju. Aħna mhux lejn il-flus inħarsu hawnhekk meta naraw il-kollezzjoni nazzjonali tagħna, imma l-valur artistiku. Semmejt il-Palazz tal-Gran Mastru. Fil-fatt bħalissa għaddej proġett ta' rinovar fil-Palazz tal-Gran Mastru. Għaddejjin ukoll proġetti fil-Mużew Marittimu u Għar Dalam. Tista' forsi tispjegalna f 'liema stadju wasal kull proġett? Il-proġett ta' Għar Dalam jinvolvi r-refurbishment tal-Visitor Centre u tar- reception area. Dan għamilnieh għax ħassejna li Għar Dalam jistħoqqlu titjib. Kien qed isir popolari mat-turisti, iktar ma jmur, allura kien hemm bżonn illi t-turist jew il-Malti, kif jidħol Għar Dalam, isib naqra spazju frisk u mmodernizzat. B'hekk għamilna reception area ġdida fejn għandna filmati awdjo-viżivi li jispjegaw lil kull min jiġi jżur Għar Dalam: x'inhu das-sit? Għaliex hemm dal-għar? X'inhi l-kollezzjoni? Ħalli mbagħad meta jmur ġo l-għar jiem aktar dak illi qed ngħidu. Dan huwa proġett illi għaddej bħalissa u mistenni jkun lest sal-aħħar ta' Awwissu. Minn naħa l-oħra l-proġett tal-Mużew Marittimu, proġett għal qalbi ħafna, huwa interessanti. Il-Mużew Marittimu qiegħed ġo binja storika ġewwa l-Birgu li fi żmien l-Ingliżi kienet il-Bakery Navali; jaħmu l-ħobż, għan-navy kollha - kien joħroġ jidhirli mal- ħames tunnellati ħobż kuljum minn ġo din il-binja. Hija binja interessanti ħafna illi fl- aħħar se tingħata l-ħajja permezz ta' fondi nazzjonali u fondi tan-Norveġja tal-EEA. Qed inħarsu lejn il-Mużew Marittimu bħala proġett wieħed. Qed nirrestawraw spazji illi qabel kienu magħluqin għall- pubbliku u ħa niħuhom. Qed nirrestawraw spazji fejn se niġbru kollezzjoni importanti ta' Jacques Cousteau, esploratur imsemmi ħafna. Se naħdmu wkoll fuq l-interpretazzjoni tal-istorja marittima ġewwa din il-binja. Jiġifieri barra li ħa nagħmlu restawr estensiv tal-binja, ħa ninterpretaw il-binja - Għaliex kienet tintuża fi żminijiet differenti. Jiġifieri dan se jkun aktar minn proġett fejn tmur, tara oġġett u daqshekk? Le. Esperjenzi. Aħna illum tgħallimna illi mużew m'għadux titfa' it oġġetti, tgħid x'inhuma u daqshekk. Le. Illum il-mużew huwa esperjenza. U esperjeza biex tkun suċċess trid tkun multisensory. Il-Mużew Marittimu se jkollna esperjenza tal-binja, ħa nagħtu esperjenza tal-istorja marittima ta' Malta, jiġifieri minn żmien il-Feniċi meta ġew bil-baħar, il-ħakkiema li kellna Malta – kollha bil-baħar ġew. Hemm fran ġo maħżen f 'din il-binja li huma tal- Ingliżi. Nixtiequ nirrestawraw xi wieħed minnhom u nippruvaw inħaddmuh u naħdmu l-ħobż, il-galletti, hekk kif kienu jaħmuhom missirijietna. U meta taraw li fil-fatt ser ikun lest dan il-proġett? L-ewwel fażi tiegħu, jiġifieri s-silos u l-kollezzjoni ta' Jacques Cousteau u l-interpretazzjoni tal-marittimu se jkunu lesti lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla, il-bidu tas-sena ta' wara. It-tieni fażi, jiġifieri l-kumplament sat-tmiem l-2022. U l-Palazz tal-Gran Mastru fejn kien hemm il-Parlament l-antik? X'qed jiġri? X'se jiġri fil-fatt f 'dak li kien il- Parlament qabel mexa' għal fejn huwa llum? Il-Proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru huwa l-ikbar li qatt kellha Heritage Malta. Dan se jiġi jiswa bejn wieħed u ieħor €28 miljun ewro. Biex nagħtik eżempju, il- proġett ta' Sant'Anġlu ġie jiswa mat-€12-il miljun. Dan il-proġett maqsum f 'numru ta' fażijiet. L-ewwel fażi ffinanzjata b'fondi tal-UE, ta' €10 miljuni se tieħu ħsieb li tirrestawra l-pitturi ta' ġos-swali u ta' ġol- kurituri. U tieħu ħsieb ukoll it-trasferiment tal-Armerija minn fejn hi llum isfel, għal Malta mimlija storja u allura mużewijiet li jirrakkontaw biċċiet mill-wirt tal-Maltin - glorjuż u kkulurit. F'Sant'Iermu l-Belt Valletta, il-gazzetta ILLUM tintervista lil Robert Zammit, Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, l-entità li tmexxi u tieħu ħsieb ftit mill-aqwa mużewijiet Maltin