Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Jirbaħ min jirbaħ sfidi se jsib ma' L-elezzjoni għal Kap ġdid mhijiex it-tmiem tal-problemi fil-PN imma tista' tkun il-bidu ta' oħrajn ġodda. L-akbar sfida u l-aktar li għandu bżonn jegħleb min jirbaħ hija l-għaqda. Imma kif jista' jsir dan? L-ILLUM tanalizza l-isfidi quddiem Adrian Delia u dawk quddiem Bernard Grech L-ewwel u l-akbar sfida ta' Delia se tkun jekk hux se jibda proċess serju u diffiċilissimu (u forsi hawn min jgħid impossibli) ta' rikonċiljazzjoni jew inkella hux se jibda it- triq li permezz tagħha jpattiha lil kull min dar kontrih. Jekk jirbaħ u jibda t-triq ta' rikonċiljazzjoni m'hemm garanziji ta' xejn. L-ewwelnett għandu problema serja għaliex jidher ċar u dan minn xejra li ilha għaddejja tliet snin, li hemm sezzjoni ta' votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti li m'għandhomx fiduċja fih u li tbiegħdu mill-PN fl-aħħar snin. Dan jispjega kif Delia fis-sondaġġi lanqas biss qed jaqbeż l-20% f 'termini ta' fiduċja filwaqt li d-distakk kiber għal 20% u ġieli aktar. Fl-aħħar sondaġġ f 'Lulju per eżempju 13.2% biss qalu li jafdaw lil Delia (57.7% jafdaw lil Robert Abela), 4.6% inqas mix-xahar ta' qabel. Jekk immorru aktar lura għal April insibu li hawnhekk kienu biss 17.3% li qalu illi jafdaw lil Delia (62.7% lil Robert Abela). Immorru aktar lura għall-agħar tal- kriżi politika li spiċċa fiha l-Gvern Laburista minħabba riżenji u minħabba li Keith Schembri kien implikat fl-assasinju ta' Caruana Galizia u nsibu li anke hawnhekk ( bidu ta' Diċembru) il-PN kien minn taħt il-PL b'15.5%. Jekk immorru għal April tal-2019 - kważi sena u nofs ilu - insibu li anke hemmhekk Delia kien kiseb biss 21.5% f 'termini ta' fiduċja, mqabbel mad-49.6% ta' Joseph Muscat. Ma' dawn trid tgħodd ukoll l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew is-sena l-oħra li raw lil Delia jitlef b'distakk ta' it aktar minn 16%, jew it aktar minn 42,000 vot u dawk tal- Kunsilli Lokali. Qed nagħmlu sommarju ta' dawn iċ-ċifri għaliex huma neċessarji biex nevalwaw kif fl-aħħar sena u nofs (u fil- fatt anke qabel) kien hemm kontinwazzjoni tax-xejra kontinwa, konsistenti u ppruvata b'elezzjoni nazzjonali ta' abbandun tal-massa mill-PN. Iċ-ċans huwa li jekk Delia jirbaħ, apparti r-rikonċiljazzjoni ma' dawk li attivament ostakolawh jeħtieġ isib modi ta' kif se jilħaq rikonċiljazzjoni ma' eluf ta' votanti li kienu jivvutaw lill- PN u li mingħajrhom il-partit jaf jiffaċċja daqqa li ma jqumx minnha fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. Jekk mhux rikonċiljazzjoni jista' jkun jagħżel it-tpattija bi tkeċċijiet ta' xi wħud mid-Deputati u uffiċjali tal-partit jew inkella l-iddixxiplinar tagħhom. Fir-realtà, apparti s-soltu Deputati, kienu b'kollox 839 Kunsillier li vvutaw kontra x-xewqa ta' Delia li l-partit imur għal konferma tiegħu. Se jkeċċi lil dawn it-839 ukoll? Imbagħad naturalment hemm nies bħall-eks PM Lawrence Gonzi li ltaqa' ma' Delia u li kien irrapportat illi qed jagħti pariri lil Bernard Grech. X'se jagħmel Delia? Se jkeċċi lill-aħħar PM li kellu l-Partit Nazzjonalista? U xi jkun l-effett ta' dan? Tajj eb u ħażin Gonzi għadu maħbub u rrispettat fost ħafna Nazzjonalisti - li direttament jew le ikun hemm tentattivi biex jiġi skreditat jaf tkun fatali. Il-mistoqsija tkun: Wara li jkeċċi, jiskredita u hemm min juża l-verb "inaddaf " x'se jkollu fuq idejh? Hemm min jgħid li hekk ikollu partit li huwa ħieles mill-"establishment" u dawk kollha li ġejjin minn dinastiji politiċi nazzjonalisti. Filwaqt li dan jista' jkun minnu, jispiċċa iżda b'partit iżgħar - u fir- realtà ma jaffordjax partit iżgħar milli hu b'distakki li jaqbżu t-42,000. Jista' jkun li Delia ma jagħmel xejn u jibqa' jzappap sal- elezzjoni Din hija sfida enormi li se tirrikjedi bilanċ. Toħroġ aktar inforazzjoni dannuża dwaru Hemm realtà oħra. Realtà li hija aktar partikolari għal Delia. U din hija informazzjoni li tista' toħroġ dwar allegati chats li hu kellu ma' Yorgen Fenech wara li kien magħruf li 17 Black hija ta' dan l-intraprenditur li issa jinsab akkużat bl-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia. Hemm ukoll is-sitwazzjoni ta' flus u dħul tiegħu stess u allegati flus mgħoddija mingħand Yorgen Fenech. Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li huwa wkoll l-avukat tal-familja Caruana Galizia diġa' implika dan u sfida lil Delia jieħdu l-Qorti u jekk il-provi forensiċi kollha mill- mobile juru illi kien hemm diskursati u chats bejn it-tnejn, Delia jirriżenja minn Deputat. Sa issa, din l-isfida għadha ma ntlaqgħetx. Ta' min wieħed ifakkar illi dan kollu jrid jittieħed fil- kuntest tal-allegazzjoni indikata minn David ake, ripetuta minn Melvin euma fil-Qorti u ripetuta mill-ġdid f 'aktar informazzjoni mix-xhieda ta' Keith Schembri - jiġifieri li Fenech allegatament kien għadda madwar €50,000 lil Delia, fosthom biex David Casa ma jkunx elett. Jekk huwa vera li hemm aktar messaġġi, jekk hu vera u jista' jkun ippruvat li Delia vera ltaqa' miegħu għall-ikel wara li rriżulta li 17 Black hija ta' Fenech u speċjalment jekk hu vera li għaddew dawk il-flus Delia se jkollu problema serja. L-ewwelnett ikollu problema ta' tenibbilità, anke jekk it- tesserati jkunu diġa' rebħuħ elezzjoni. It-tenibilità mhijiex intrinsikament u unikament marbuta mad-demokrazija - jiġifieri maġġoranza tista' tagħżel lil persuna A biex imexxi/ jiggverna imma persuna A (jew ta' madwarha tista' tagħmel jew twettaq xi ħaġa li minħabba fiha ma tkunx tista' tkompli tmexxi. It-tieninett l-isfida tista' timpatta wkoll l-elezzjoni nnifisha. Kif? Jekk waqt il-ġimgħat li ġejjin Delia jiċħad xi waħda minn dawn l-allegazzjonijiet u jirbaħ u wara li jirbaħ joħorġu fatti l-kuntrarju (per eżempju fix-xhieda ta' Yorgen Fenech), apparti li l-pożizzjoni tiegħu tiġi naturalment mhux tenibbli, tpoġġi wkoll fid-dubju l-mandat li jkun ingħata. Dan kollu u ma dħalniex fis-sitwazzjoni personali tal- finanzi ta' Delia, li għalkemm personali jistgħu b'modi differenti jimpattaw l-operat tiegħu bħala Kap ta' partit, Kap tal-Oppożizzjoni u potenzjalment Prim Ministru. Huwa kellu €311,463 fi spejjeż fl-2018 u kellu jħallas dan mill-paga tiegħu ta' Kap tal-Oppożizzjoni li tlaħħaq l-€44,782. Adrian Delia: Rikonċiljazzjoni jew tpattija?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020