Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum opinjoni Il-bniedem għandu dejjem ikun fiċ-ċentru tal-politika Bernard Grech Bernard Grech huwa kandidat prospettiv ghall-kariga ta' Kap tal-PN D ejjem emmint u nibqa' nemmen li l-politika għandha tkun għodda li sservi lill-bniedem u mhux bil-kontra. L-istħarrig tal-Unjoni Ewropea ppublikat din il-ġimgħa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fost il-punti prinċipali tiegħu, jindika li kważi 83,000 persuna jinsabu f 'xifer il-faqar. Hawn familji f 'pajjiżna li ma jifilħux għall-ispejjeż bażiċi li jistgħu jinqalgħu għall-għarrieda u hawn ukoll dawk li ma jifilħux imorru għal btala flimkien, tal-inqas darba fis-sena. Dan hu aspett soċjali u ekonomiku li lili jinkwetani ferm għaliex juri li l-ġid iġġenerat fil-pajjiż mhux qed jasal għand kulħadd. Pajjiż b'20% tal- popolazzjoni tiegħu f 'riskju ta' faqar ma jistax jissejjaħ pajjiż f 'saħħtu, modern, progressiv, li qed jaħdem biex ilkoll nilħqu l-aħjar aspirazzjoni tagħna. Dan il-livell ta' faqar jista' jħalli impatt negattiv fuq is-saħħa u l-edukazzjoni tal-ulied f 'dawn l-istess familji. Ekonomija bbilanċjata li tagħtina l-ħajja Rajna fl-aħħar snin kif gvern immexxi mill-Partit Laburista naqas milli jħaddem ekonomija favur il-persuni u minflok warrab il-ġid komuni, jiġifieri l-ġid ta' kull wieħed minna, biex poġġa r-regħba bħala prijorità assoluta, fejn il-flus minflok li qed jitqassmu b'mod ġust u jmorru l-aktar fejn hemm bżonn, qed jispiċċaw jittieħdu mill-it li huma tal-qalba. Ekonomija li tgħin lin-nies ma tfissirx li ninjoraw l-importanza tal-ekonomija u li ma naħdmux kemm nifilħu biex l-ekonomija ta' pajjiżna tmur tajjeb. Iffisser li l-ekonomija tkun għodda li permezz tagħha ngħinu lin-nies ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar u li taħdem katina flimkien ma' setturi oħra, bħal pereżempju settur fundamentali bħal dak tas-saħħa. Fl-aħħar xhur, waqt l-imxija tal-Covid-19, ħareġ ċar iżjed minn qatt qabel li ekonomija b'saħħitha taħdem jekk in-nies qegħdin f 'qagħda ta' saħħa tajba. Rajna kif Gvern Laburista fit-tieni mewġa tal-Covid-19, ħoloq b'idejh, u għax ried, problema għal saħħet in-nies kif ukoll kriżi li se jkollha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali kbar. Dan kollu għax kellna Prim Ministru u Gvern li taw l-impressjoni li kollox kien għadda minflok kompla jħeġġeġ biex kulħadd jimxi b'attenzjoni u b'għaqal. Gvern Laburista ħaseb li hemm xi tensjoni bejn is-saħħa u l-ekonomija, meta dawn huma marbutin, u għandna nużawhom biex jgħinu lil xulxin. Partit modern li jtejjeb il-ħajja tal-persuna Determinat li flimkien, permezz ta' ċirku ta' komunikazzjoni ma' kulħadd, naħdmu biex il-Partit Nazzjonalista jsir partit modern li joħroġ l-aħjar potenzjal tan-nies għax iħariġġhom u jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex jagħtu l-aqwa servizz lin-nies. Irrid li nkunu il-Partit li jisma', li jiddjaloga u li jaġixxi biex itejjeb il-ħajja tan-nies. Irrid li nressqu lejna persuni minn kull qasam tal-ħajja, sabiex bl-entużjażmu tagħhom jagħtuna l-enerġija, l-ideat tagħhom, u nistudjaw flimkien mal-esperti f 'kull qasam, kif irridu ntejbu l-ħajja tan-nies kollha. Dan nistgħu inwettquh jekk aħna naħdmu flimkien u nwettqu politika li fiha ikollu sehem kulħadd, fejn il-politika tkun studjata, irriċerkata u deciża fl-istrutturi kollha tal-partit. Biex dan kollu jseħħ irridu naħdmu flimkien biex ikollna bidla fil- mentalità. Naħdmu biex fil-Partit Nazzjonalista l-aħjar nies ikunu fl-aħjar pożizzjonijiet skont il- ħiliet tagħhom, u niħu l-bibien beraħ biex aktar nies jersqu lejna, fosthom iż-żgħażagħ preżenti u dawk futuri. Irridu nirbħu l-qlub ta' kulħadd mingħajr ma nittimbraw lil ħadd. Dan jista' jigi akkwistat biss permezz tal- għaqda. Għaqda li ġġib is-saħħa u s-suċċess għal ġid ta' Malta f 'dak kollu li nagħmlu. Alternattiva serja u li titwemmen Il-Partit Nazzjonalista qiegħed fi stadju li jista' jerġa' jsir alternattiva serja u li titwemmen, jekk jagħżel it-triq tat-tiġdid, biex flimkien nirnexxu bħala partit u imbagħad bħala pajjiż. Il-pajjiż huwa ħerqan għal alternattiva kredibbli għal Gvern li ħoloq kriżi fil-qasam tas-saħħa, tal- ekonomija u tal-ġustizzja. Aħna rridu nkunu l-partit li jitkellem man-nies, partit li joffri serħan il-moħħ u sigurtà. Ma rridux li jibqa' jkollna min ma jħossux sigur fid-dar tiegħu. Irridu li l-anzjani tagħna jkunu moħħhom mistrieħ li jistgħu joħorġu minn djarhom mingħajr ħadd ma jattakkahom u li l-ġenituri ikunu moħħhom mistrieħ meta jibgħatu lill-uliedhom f 'postijiet ta' divertiment. Irridu nkomplu ngħinu lill- investituri u lis-self-employed u nagħtuhom serħan il-moħħ li aħna lesti li ngħinuhom biex jinvestu u jmexxu magħna lill- pajjiżna 'l quddiem. Dan dejjem billi jinholqu opportunitajiet indaqs għall- imprendituri kollha, u mhux ikunu aġevolati dawk tal-qalba biss bħal ma hu kapaċi jagħmel Gvern Laburista. Irridu li jekk l-ekonomija tmur tajjeb din tkun verament tinħass kemm fil-bwiet tan-nies kif ukoll fil-kwalità tal- ħajja li jgħixu. Għalhekk l-appell tiegħi hu biex ilkoll flimkien, speċjalment l-imsieħba soċjo-ekonomiċi tal-pajjiż, l-imprendituri kbar u żgħar, il-unions, il-politiċi u s-soċjetà ċivili, bl-esperti magħna, inpoġġu madwar mejda u nagħmlu analiżi serja tal-mudell ekonomiku li qed inħaddmu – x'fih b'saħħtu u x'fih dgħajjef; x'mudell ekonomiku għandna bżonn fid-dinja ta' wara l-pandemija COVID; kif ser insostnu lil min qed jiġġenera l-ġid filwaqt li fl-istess ħin naċċertaw ruħna li dawk ta' taħt isiru wkoll protagonisti f 'dan kollu. Jien se nkun qed nisma' lil kulħadd, anke lil dawk li jaħsbuha differenti minni, għax jekk ma nisimgħux u ma niddjalogawx, ma nimux x'qed iħossu n-nies, u jekk nimu x'qed iħossu n-nies, imbagħad inkunu nistgħu nieħdu l-iktar deċiżjonijiet infurmati biex inwettqu politika li sservi lin-nies, politika fejn il-bniedem għandu dejjem ikun fiċ-ċentru tagħha. Nemmen li l-ġid komuni jista' jintlaħaq biss meta lkoll kemm aħna jkollna l-opportunità u l-libertà li navvanzaw u ngħinu fl-iżvilupp tal-komunità li ngħixu fiha. B'hekk ukoll nistgħu nkomplu nsiru l-aħjar verżjoni tagħna nfusna. Għalhekk jien offrejt ruħi li nkun kandidat għall-Kap tal- Partit Nazzjonalista. SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U L-PERSUNI B'DIZABILITÀ ANZJANITÀ ATTIVA '20 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità qiegħed iniedi l-premju għall-anzjanità attiva 2020. Dan huwa premju prestiġjuż li jirrikonixxi l-impatt li persuna jew orgranizzazzjoni tkun ħalliet fuq is-soċjetà. Il-formola għan-nominazzjonijiet tista' tinkiseb minn Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b'Diżabilità Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta Email: premjuanzjanitaattiva.mfcs@gov.mt Il-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta u Għawdex In-nominazzjonijiet jagħlqu fit-30 ta' Settembru 2020 Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 25903241 www.activeageing.gov.mt C M Y CM MY CY CMY K Advert Premju Anzjani.pdf 1 12/08/2020 10:15

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020