Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 Carmel Bonnici Il-Kompożitur profiliku Miklos Rozsa (1) L-ewwel kompożitur stabbilit tal-mużika tal-films grandjużi ta' Hollywood kien Erich Wolfgang Korngold, li kien mir-Repubblika Ċeka, impenjat sewwa bejn nofs is-snin 30 u s-snin 40. Warajh, u nista' ngħid ukoll kważi fl-istess epoka tiegħu wasal kompożitur ieħor barrani, minn Budapest l-Ungerija, li sar famuż bil-mużika opulenti u rikka tiegħu. Dan kien Miklos Rozsa li fis-snin ħamsin u sittin kien imfittex ħafna minn Hollywood biex jikteb mużika evokattiva u kultant b'impatt ta' qawwa għall- films epiċi, kolossali u Bibbliċi li attiraw miljuni ta' nies lejn iċ- ċinema, speċjalment hawn Malta. Dan il-kompożitur twieled nhar it-18 ta' April 1907 fil-belt ewlenija tal-Ungerija. Missieru kien industrijalist ta' suċċess li kellu ħafna artijiet imma ma rnexxilux jirbaħ postu fil-parlament ta' pajjiżu. Ommu, li twieldet ukoll f 'Budapest, aspirat li tkun pjanista ta' kunċerti u qabel iżżewġet studjat fl-Akkademja tal-belt twelidha. Iż-żagħżugħ Miklos beda jikkomponi l-mużika meta kien għad kellu biss ħames snin u anki kien idoqq il-vjolin. Għalkemm wera talent konsiderevoli, missieru bil-qawwa kollha ssuġġerixxa li jistudja l-mediċina fl-Universita' ta' Budapest. It-tfajjel malajr obda, imma fl-istess żmien beda wkoll jistudja fil-Konservatorju tal-Mużika. Wara, meta missieru ċeda, mar Leipzig il-Ġermanja u kompla jistudja l-kompożizzjoni tal-mużika u l-vjolin. Fl-1931, Miklos mar Pariġi fejn kiteb xi mużika ħafifa li rebħet l-approvazzjoni tal-kompożitur Arthur Honegger. Tard fis- snin tletin iltaqa' ma' Alexander Korda, dak li stabbilixxa f 'Londra l-kumpanija tal-films London Films, Ungeriż bħalu, ma' ħutu Vincent u Zoltan li kienu qed jiksbu suċċess konsiderevoli. Alexander Korda qabbad lil Miklos, li kien ra it films u li ma kellu l-ebda idea kif jikteb kompożizzjoni sħiħa ta' mużika, biex jikkrea mużika għall-film Knight Without Armour (1937) bl-atturi Marlene Dietrich u Robert Donat. F'dak l-istess żmien, Akos Tolnay li jikteb u jaddatta għaċ-ċinema wkoll għażel lilu biex jikkomponi l-mużika ta' under In e City. Il-Maestro, maħsud b'dawn id-domandi hekk urġenti, beda jgħarrex f 'Charing Cross Road għall-kotba dwar mużika fil-films u rnexxielu jikteb mużika għal dawn iż-żewġ xogħlijiet. Wara dan, il-kommissjonijiet bdew ġejjin malajr. Fis-snin ta' wara hu pproduċa "scores" għall-films tant popolari bħal Five Graves To Cairo, Sahara u So Proudly We Hail (kollha fl-1943); kien mitlub wara f 'Hollywood għall-mużika ta' Double Imdemnity (1944), A Song To Remember u Blood On e Sun (it-tnejn 1945), e Killers u e Strange Loves Of Martha Ivers (1946), e Red House u Brute Force (1947) u e Naked City u Criss-Cross (1948). Fis-snin erbgħin kiteb mużika verament brillanti għall-ħafna films maġġuri. Il-mużika tiegħu kienet imfittxija wisq fid-drammi psikoloġiċi ta' dawn is-snin. Hu tant kien prolifiku li sikwit kien jikkompeti miegħu nniffsu għall- unuri. Fl-1945 per eżempju, rebaħ l-ewwel Oscar tiegħu għall- mużika ta' Spellbound ta' Alfred Hitchcock, iżda pprefera aktar kieku rebaħ għall-film e Lost Weekend li kien ukoll innominat mal-ieħor. Mr. Rozsa ħass li e Lost Weekend kellu aktar mużika ta' saħħa. Dawn iż-żewġ kompożizzjonijiet irrikjedew l-orkestri kbar tal-istudjo u użaw strument ġdid jismu eremin, strument elettroniku tal-bidu li jnewwaħ bejn contralto nevrotiku u viola li tnissel biża'. Fl-1947, hu rebaħ it-tieni Oscar tiegħu għal A Double Life. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej Rozsa rebaħ l-ewwel Oscar bil-film Spellbound... It-tieni Oscar ħadu għall-mużika li kkompona fil-film tal-1947 - A Double Life

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020