Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281581

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 tal-poplu tagħna ġrajjietna għal dokumenti storiċi maħżuna fil-Librerija Nazzjonali tal-Belt Valletta u fl-Arkivji Nazzjonali tal-Imdina u tar-Rabat Għawdex. Ta' ġieħ ukoll l-użu l-ġmiel tiegħu tal-ilsien Malti u n-narrattiva fl-ewwel persuna li saħansitra t-tnejn jagħtu xeħta letterarja valida lil xogħol essenzjalment storjografiku. Mhux ta' b'xejn li l-ewwel volum ta' din is-sensiela rebaħ il-Premju Nazzjonali tal- Ktieb fil-kategorija tar-Riċerka Ġenerali. Biss, kif spiss sar jiġrili dan l-aħħar meta naqra kotba Maltin, il-mistoqsijiet li qajmu fija dawn iż-żewġ volumi tawni ferm iżjed fuq xiex naħseb mill- kontenut tar-riċerki nfushom. Jiena u naqra dwar l-aħħar tmunier ta' dgħajsa tal-latini, ta' Wied il-Għajnija għomorha u żmienha tagħmel il-gambli, ta' bugħaddas Ġirbi li kien jogħdos bil-libsa tar-ras, tad-daqqaq Naxxari taż-żaqq, ta' baħri u ħabbież minn Ħal-Qormi, ta' familja li għexet fil-batterija ta' Kemmuna u ta' dik l-anzjana li oħroġ il-għaġeb għexet fil- 'Palazz' ta' din il-gżejra, il-ġrajjiet tal-familja Maltija Tripolitana involuta mal-ajruplani tal- baħar f 'Marsaxlokk, ta' Żebbuġi mgħallem fis-snajja' tal-bini u tar-raba' li jitħaddet b'dak il-kliem Malti li tant inħobb nisma', taż-Żejtuni li kien jimla' mellej tal-irfus fl-istivi, u mhux l-inqas dwar l-intriċċi bejn il- Faxxisti Taljani u l-imperjalisti Britanniċi tas-snin tletin, jien u naqra u nistħajjel dan kollu ma stajtx ma nistaqsix x'konnessjoni tassew fadalli – bħala Malti – ma' dawn il-persunaġġi, ma' dika l-klassi bniet tal-iskola primarja tal-gvern tal-Marsa li tidher fuq il-faċċata tal-ewwel volum, ma' dawk il-ħaddiema fuq il-lant tax- xogħol li jidhru fuq dik tat-tieni. Fernand Braudel kien wissiena wkoll illi "dejjem ser ikun hemm inħawi fejn l-istorja tad-dinja ma tasalx, inħawi ta' skiet u injoranza mhux mimsusa". Dan jista' jingħad ukoll għall-istorja ta' kull poplu. Allura nistaqsi wkoll kif din il-ġenerazzjoni Maltija li tiela', l-hekk imjseħa tal-millenju – din il-ġenerazzjoni li forsi donnu qajla mqar fehmet biżżejjed l-implikazzjonijiet soċjoloġiċi u kulturali ta' ġrajjiet soċjopolitiċi li ġraw biss mal-għoxrin sena ilu – tista' qatt issib jew għall- inqas tara kemxejn lilha nfisha fil-memorja kollettiva ta' dawn l-erwieħ hekk itturufnati. Proprju jien u nikteb dan qiegħed nistaqsi wkoll jekk it- tagħrif illi nkun nista' nagħti lil xi storiku dwar ġensi ħamsin sena oħra hux ser ikun siewi daqs dan illi ġabar Borg f 'dawn il- volumi. Frankament, niddubita. La nerġa' niltaqa' ma' Dr. Steve Borg nistaqsih ukoll bosta u bosta ħwejjeġ oħra. Nistgħu ninterpretaw is- sensiela Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom bħala attentat f 'waqtu kontra n-nisi. Ħabat li llum hawnhekk insejt ngħid ħafna xorti. Nittama li dakinhar ma ninsa xejn... Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam magħna l-ħsus u l-ħsibijiet tiegħu dwar iż-żewġ volumi etnografiċi Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom tal-kittieb u r-riċerkatur Dr. Steve Borg. Filwaqt li jagħmel dan fid-dawl tat-teoriji storjografiċi tal-istoriku Franċiż Fernand Braudel, jistaqsi jekk huwa bħala ċittadin Malti kif ukoll il-ġenerazzjonijiet Maltin tal-millenju tabilħaqq jistgħux jidentifikaw ruħhom mal- konċittadini li twieldu fl-ewwel nofs tas-seklu li għadda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020