Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283582

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 iżda l-inċertezza qed iżżid l-ansjetà' l-interazzjoni ta' bejn l-għalliema u l-istudenti ... li jsir kollox onlajn ma naraha xejn bħala ideali," insistiet għalliema tas-sekondarja. Tal-istess opinjoni kien għalliem tal-primarja li insista li jekk l-iskejjel jibqgħu magħluqa, jew jiħu u jerġgħu jagħlqu, se tinħoloq sfida enormi u għalhekk saħaq li importanti li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex "kulħadd jibda jidhra dak li jkun 'normal ġdid' f 'dawn iż-żminijiet li qed ngħixu fihom." Għalliema oħra rreferiet għal sfida oħra li tista' tinħoloq jekk l-iskejjel jibqgħu magħluqa. "Ninkwieta dwar il-fatt li f 'Marzu, meta komplejna l-lezzjonijet onlajn, kont naf sew lill-istudenti tiegħi. Jekk l-iskejjel ma jiħux f 'Settembru lanqas se nkun iltqajt imqar darba magħhom," saħqet din l-għalliema li tgħallem l-ewwel sena tal-primarja. Kompliet tispjega li kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, jekk l-iskejjel joqogħdu jiħu u jagħlqu, dan se jkollu impatt dirett fuq is-saħħa mentali tal- għalliema, l-istudenti u qraba tagħhom. L-għalliema mhux babysitters... Fost l-għalliema li tkellmu mal- ILLUM kien hemm min appella biex l-għalliema ma jkunux meqjusa sempliċiment bħala babysitters li jżommu lit-tfal għax il-ġenituri ma jistgħux jibqgħu ma jmorrux għax- xogħol. "Irid jinħoloq bilanċ jekk is- sitwazzjoni tkun vera waħda kritika u l-iskejjel ikollhom jibqgħu bil-bibien magħluqa jew jiħu u jerġgħu jagħlqu ... ma ninsewx li ħafna mill-għalliema huma ġenituri wkoll u jekk l-iskejjel jibqgħu magħluqa se jkollhom ukoll lit-tfal tagħhom magħhom id-dar," saħqet. 'Bosta ġenituri huma mħassba ... hemm min ma setax jgħin lit-tfal' Jekk kien hemm xi ħaġa pożittiva li ħarġet fl-aħħar xhur minn din is- sitwazzjoni kienet li l-għalliema żiedu l-kuntatt tagħhom mal- ġenituri. L-ILLUM staqsiethom x'qed jgħidulhom il-ġenituri "Ħafna huma mħassba dwar ir- riskji li jista' jkun hemm meta t-tfal jirritornaw l-iskola, iżda fl-istess ħin ma jistgħux jagħmlu mod ieħor peress li huma jridu jmorru għax-xogħol. Għalhekk tajjeb li l-protokolli jkunu ċari," insista għalliem tas-sekondarja. Għalliema oħra tkellmet dwar kemm ġenituri sabu ruħhom "f 'sitwazzjoni sressanti" meta kellhom mhux biss ilaħħqu max- xogħol tagħhom imma anke jiggwidaw lill-uliedhom. "Hemm min dan iċ-ċans ma kellux, jew inkella ma jafx kif jista' jgħinhom u għalhekk inħoss li l-istudenti għandhom bżonn jirritornaw lura fil-klassi imqar għal it jiem mill-ġimgħa," kompliet għalliema. 'Ma ninsewx it-tfal vulnerabbli...' L-għalliema fakkru wkoll li hemm tfal li huma vulnerabbli. "Għandi ġenituri li huma mħassba ħafna għax uliedhom huma vulnerabbli. Oħrajn huma inkwetati mmens għax uliedhom, minħabba l-kundizzjoni tagħhom, ma jistgħux jużaw is- servizzi li għandhom bżonn jekk l-iskejjel jibqgħu magħluqa," insistiet waħda mill-għalliema. Tal-istess fehma kien għalliem tas-sekondarja li tenna li aktar ma jkunu magħrufa kmieni l-protokolli u aktar ma jkunu ċari, l-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom jistgħu jħejju aħjar għal din is-sitwazzjoni bla preċendent. F ' k u m m e n t i m a l - g a z z e t t a ILLUM, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici insista li post it-tfal u l-istudenti huwa fl- iskola u li jkun ta' ħsara għalihom kieku kellhom jagħmlu sena jew sentejn msakkra u 'l bogħod mill-bankijiet tal-iskola. "Jekk jiġri hekk uliedna se jbatu. L-edukazzjoni tagħhom se tbati u l-avvanz edukattiv tagħhom imur lura," insista Bonnici. Għalhekk, il-Ministru insista mal-ILLUM li fit-28 ta' Settembru l-iskejjel tal-Istat se jiħu l-bibien tagħhom għall-edukaturi u jumejn wara għall-istudenit. "Se j k u n f t u ħ differenti m i s - s o l t u għax se jkun suġġett għal miżuri ta' prekawzjoni u salvagwardji li l-Gvern se jimplimenta għall-ħarsien tal-edukaturi u l-istudenti," insista Bonnici. 'Telf ta' lezzjonijiet se jagħmel aktar ħsara mil-COVID' L-ILLUM staqsiet lill-Ministru l-mistoqsijiet li għamlu magħna diversi għalliema u ġenituri mħassba dwar il-uħ tal-iskejjel. Il-Ministru insista li diversi pajjiżi tal- Unjoni Ewropea diġà bdew jiħu l-bibien tagħhom u dan fuq parir ta' entitajiet internazzjonali bħalma huma l-Ġnus Magħqud, il-UNICEF u anke l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa. "Tobba awtorevoli fuq livell internazzjonali wissew li t-telf tal-lezzjonijiet jikkawża dannu ikbar lill-uliedna mill-COVID-19," kompla Bonnici. 'Ġew studjati x-xenarji kollha ta' bħalissa u li jistgħu jinqalgħu' Insista kif fl-aħħar xhur il-ħidma tal-Gvern kienet ibbażata fuq żewġ livelli, jiġifieri dak mediku fejn l-awtoritajiet tas-saħħa taw il-pariri tagħhom fuq il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu u anke fuq livell edukattiv fejn ġew studjati metodi ġodda kif se jkun qed jitwassal it-tagħlim fiċ-ċirkostanzi l-ġodda u anke fix-xenarji li jistgħu jinqalgħu fix-xhur li ġejjin. Mistoqsi x'se jiġri jekk ikun hemm għalliema li jirreżistu l-uħ tal-iskejjel jew jissejħu azzjonijiet industrijali, il-Ministru insista li l-Gvern żamm u se jkompli jżomm konsultazzjoni ma' kulħadd. 'Irridu nkunu sensittivi mal-ġenituri li qed jibżgħu jibagħtu lill-uliedhom l-iskola' Hemm ukoll ġenituri li huma mħassba immens dwar is-sitwazzjoni u li mal-ILLUM insistew li mhux se jibagħtu lill-uliedhom l-iskola. "Huwa d-dover tagħna li aħna nkunu qrib tal-ġenituri anke dawk li huma mħassba biex jibagħtu lil uliedhom l-iskola u allura ma jaqblux mal-pariri tagħna. Ma' dawn il- genituri li qed jibżgħu jibagħtu lil uliedhom l-iskola rridu niddjalogaw u nkunu sensittivi," insista l-Ministru. 'Min ma jixtieqx jixtri l-uniformijiet il-ġodda, għal din is-sena ma hemmx diffikultà' Huwa fatt magħruf li din is-sena hemm min mar ħażin u naqaslu d-dħul tiegħu. Madanakollu, il-uħ tal-iskejjel iġib miegħu diversi spejjeż għall-ġenituri. Ġenituri li tkellmu mal-ILLUM staqsew x'se jiġri jekk imorru jixtru l-uniformijiet jew joħorġu d-donazzjoni lill-iskola u it ġimgħat wara jerġgħu jisplodu l-każi u l-iskejjel ikollhom jagħlqu. L-ILLUM poġġiet dan it-tħassib quddiem il-Ministru. Il-Ministru beda jitkellem dwar l-uniformijiet u fakkar, l-ewwel u qabel kollox, li l-uniformijiet il-ġodda se japplikaw biss għal erba' klassijiet (l-entry years għal kull saffa tat-tagħlim, Kinder 1, Year 1 etċ). "Biss għamilnieha ċara mal-iskejjel li dawk il-ġenituri li għal raġunijiet ġenwini u importanti ma jixtiqux li jixtru l-uniformijiet il-ġodda din is-sena, huma jistgħu jagħmlu użu mill-uniformijiet antiki. Ma hemm ebda diffikultà dwar dan," kompla l-Ministru. Dwar id-donazzjonijiet, partikolarment dawk mitluba mill-iskejjel mhux tal-istat, il- Ministru qal li jinsab konvint li l-iskejjel se jkunu qed jitkellmu u jiddjalogaw ma' dawk il-ġenituri li jkollhom diffikultajiet. 'It-tfal u l-istudenti posthom fl-iskola u fil-klassi' Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020