Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283582

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Importanti li nirritornaw fil-klassijiet iżda YENDRICK CIOFFI Diversi għalliema li l-gazzetta ILLUM tkellmet magħhom fl- aħħar jiem kollha kemm huma tkellmu dwar l-importanza li l-istudenti jerġgħu jirritornaw fil-klassijiet iżda fl-istess ħin insistew li ma jistgħux jimu kif xahar qabel jiħu l-iskejjel, huma għadhom fl-għama dwar kif se jkunu qed joperaw. "Inħossuna it mitlufa. Ma tantx qed inkunu ggwidati biżżejjed. L-uniku ħaġa li smajna hi li jista' jkun li l-istudeni jirritornaw fil- klassi imma b'numri inqas, fejn ikun hemm nofs il-klassi preżenti l-iskola u n-nofs l-ieħor isegwi mid-dar u jalternaw," saħqet waħda mill-għalliema. Għalliema oħra tal-primarja saħqet li n-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-operat tal-iskejjel "qed iżid l-ansjetà," kemm fost l-edukaturi iżda anke fost il-ġenituri. Fil-fatt, kienet din l-istess għalliema li insistiet li għalissa, sakemm jerġgħu jinżlu n-numru, ikun aktar għaqli jekk l-iskejjel jibqgħu magħluqa. Saħansitra saħqet li l-ġenituri għandhom ikollhom l-għażla li ma jibagħtux lill-uliedhom l-iskola jekk ma jħossuhomx siguri. Madanakollu, filwaqt li l-bqija tal-għalliema insistew mal-ILLUM li s-sitwazzjoni mhijiex l-aktar waħda ideali u jimu li forsi għadu mhux daqshekk sigur li l-iskejjel jiħu, insistew li t-tagħlim fil-klassi ma jistax jingħata l-ġenb. "Għalkemm nammetti li jista' jkun mhux daqshekk sigur li nirritornaw lura fl-iskejjel, nemmen li huwa bżonn li t-tfal imorru lura fil-kassi, b'xi forma jew oħra. Inħoss li diġà batew ħafna u se jkomplu jitilfu sew jekk jibqgħu biss id-dar," saħqet għalliema tas- sekondarja. Dwar il-protokolli, l-għalliema insistew li għandu jkun hemm "miżuri stretti" u li dawn jikkunsidraw l-aspetti kollha. "Wieħed għandu jżomm f 'moħħu li mat-tfal, speċjalment dawk ta' età żgħira, diffiċli li tadotta ċertu miżuri. Dawn huma kollha aspetti li għandhom ikunu kkunsidrati qabel ma jinħarġu l-istruzzjonijiet," kompla għalliem tal-ħames sena tal-primarja. "Ċert li l-għalliema kollha huma ħerqana li jidħlu lura fil-klassijiet, dejjem jekk jittieħdu miżuri li jħarsu s-saħħa ta' kulħadd, li jagħmlu sens u li huma prattiċi." L-istess għalliema, saħqu li jekk l-iskejjel jiħu, apparti li għandu jkun hemm protokolli ċari, jeħtieġ li jkun hemm spezzjonijiet regolari. "Fl-Italja, f 'kull skola, se jkun hemm persuna responsabbli li tassigura li kulħadd qed jobdi l-protokolli," insistiet għalliema. 'Mhux ċajta li l-istudenti jkunu tilfu daqshekk materjal' Anke jekk l-iskejjel jiħu, is- sitwazzjoni bħalissa it li xejn hija stabbli u jibqa' ċ-ċans li dawk ikollhom jerġgħu jagħlqu jekk il-każi jiżdiedu f 'salt. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-għalliema dwar dan ukoll u kollha saħqu li din se tkun sfida kbira. "Mhux ċajta li l-istudenti jkunu tilfu daqshekk materjal minn kull suġġett. Għalkemm xi forma ta' tagħlim sar u se jibqa' jsir, anke jekk onlajn, kulħadd jaqbel li mhux l-istess bħal fil-klassi. It-tagħlim fil-klassi huwa ħafna aktar ta' gwida għall-istudenti; mhux biss hemm il-kontenut imma anke Mistoqsijiet oħra li għamlu l-għalliema... Nafu kemm għandna studenti u għalliema vulnerabbli? Tfal żgħar ħafna kif se jżommu d-distanza soċjali? Fis-sekondarja l-istudenti jimxu minn klassi għal klassi skont is-suġġetti. Kif jista' jkun li jżommu biss kuntatt mal-istess studenti? Min se jkun qed jieħu t-temperatura u jassigura li t-tfal iżommu d-distanza fuq it-trasport? Jekk ikun hemm każ pożittiv fil-klassi jew xi ġenitur ta' student. U jekk klassi kollha tispiċċa kwarantina? L-għalliema se jkunu jistgħu jieħdu materjal mingħand l-istudenti u viċi-versa, bħal kotba, pitazzi, homework etċ? Tfal se jkunu jistgħu jisselfu kotba mil-librerija? Kif se jintużaw riżorsi tal-iskola li normalment jintużaw minn diversi studenti, bħall- kompjuters? Fil-break it-tfal se jibqgħu fil-klassi? Xahar qabel jiftħu l-iskejjel, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' diversi għalliema. X'jaħsbu? Għandhom jiftħu l-iskejjel? Jafu kif se joperaw? Fadal żmien biżżejjed biex jaddattaw?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020