Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, Valletta Remedies Pharmacy, Hamrun Drugshop Dispensary, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara St. Matthew's Pharmacy, Gzira Krypton Pharmacy, Swieqi Edward's Pharmacy, Sliema Medica Pharmacy, Balzan Naxxar Pharmacy, Naxxar Brown's Pharmacy, Mellieha Fleming Pharmacy, Paola Brown's Pharmacy, Kalkara St. Peter Pharmacy, Zabbar St. Catherine Pharmacy, Zejtun Prestige Pharmacy, Kirkop Sant Marija Pharmacy, Zebbug Ideal Pharmacy, Rabat Fontana Pharmacy, Fontana, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad u bil- buffuri kultant Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Nofsinhar ix-Xlokk forza 4 lokalment forza 5 L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ilbieraħ komplew deħlin reazzjonijiet diversi dwar il-ehim tal-Gvern mal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) għall-għoti tal-art tal-Miżieb u l-Aħrax tal-Mellieħa għal tliet snin, għall-prezz ta' €400 fis- sena. Fil-kuntratt jirriżulta, fost oħrajn, illi dan il-post jibqa' miuħ għall-pubbliku imma mhux fil-ħinijiet li ssir il-kaċċa. Huwa f 'idejn l-FKNK ukoll li tiddeċiedi liema partijiet minn dan il-masġar jistgħu jintużaw għall-picnics u għall-kampeġġ. Dan il-ehim ġab miegħu kritika qawwija lejn il-Gvern fuq il-midja soċjali b'60 għaqda non governattiva tgħid li l-Gvern huwa "bulldozer li għadda minn fuq l-opinjoni pubblika" fuq din il-kwistjoni. Wieħed mill-punti li l-aktar illi qajjem kritika kien il-fatt li minkejja li dan il-ehim kellu jsir illum, sar nhar il-Ġimgħa mingħajr ma kienet infurmata bih l-midja, bil-konsegwenza li ma setgħux isiru mistoqsijiet. Din il-koalizzjoni ta' għaqdiet qalet illi l-mod "mhux etiku u diżrispettuż ta' kif ġie ffirmat dan il-ehim mal-FKNK wara dahar kulħadd mill-Ministri Ian Borg, Aaron Farrugia, Clint Camilleri u Chris Agius juri biss li kienu fil-ħażin." L-għaqdiet mhux governattivi qalu illi ħafna nies qed jibgħatulhom messaġġi jistaqsu kif jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom. Huma qed iħeġġu lin-nies biex illum imorru jimxu l-Miżieb u ħabbru li fiż-żmien li ġej se tkun organizzata attività minn dawk kollha li huma parti mill-koalizzjoni u dawk ukoll li se jissieħbu fiż-żmien li ġej. Il-Gvern jiċċara: Il-Miżieb se jibqa' miftuħ għall-pubbliku matul is-sena kollha Wara nofsinhar iżda l-Gvern għamel kjarifika illi fiha sostna illi l-Miżieb se jibqa' aċċessibbli għall-pubbliku matul is-sena kollha "kif ilu għal 34 sena minn meta dan ġie mgħoddi lill-FKNK." Il-Gvern aċċerta wkoll li mhu se jinbidel xejn mis- sitwazzjoni preżenti ta' dan il- masġar. "Ir-riservi tal-Miżieb u tal- Aħrax ilhom jiġu amministrati mill-FKNK sa mill-1986, jiġifieri għal dawn l-aħħar 34 sena taħt gvernijiet differenti. Il-Federazzjoni, permezz tal- membri u numru ta' voluntiera dejjem ħadu ħsieb din iż-żona, ikkultivaw is-siġar u għamlu l-manutenzjoni ta' kilometri ta' ħitan tas-sejjieħ, ir-riżultat ta' dan kollu jista' jiġi apprezzat illum il-ġurnata għaliex f 'dawn iż-żoni nsibu ammont kbir ta' siġar endemiċi, flora u fawna naturali li jistgħu jitgawdew minn kull min imur f 'dawn is-siti jew jgħaddi minn dawn iż-żoni," qal il-Gvern. Il-Gvern iċċara li l-ehim iffirmat ilbieraħ kien ippubblikat fl-intier tiegħu u għaldaqstant "diskors li dan il-ehim huwa wieħed sigriet hija xi ħaġa li mhux minnha". Fi stqarrija sostna wkoll li l-ehim jiżgura wkoll li "l-passaġġi u t-toroq pubbliċi kollha jibqgħu miuħa għall-pubbliku l-ħin kollu, il- picnic u l-camping sites se jkunu miuħa bħal qabel filwaqt li se jinfetħu camping sites ġodda (qegħdin jiġu ppubblikati site plans), dan kollu filwaqt li se jkun hemm aktar obbligi ġodda fuq l-FKNK u se jkun hemm il- ħarsien tal-ambjent. Il-Gvern iċċara wkoll li l-unika differenza bejn dan il-ehim u oħrajn ma NGOs oħra huwa li filwaqt li Birdlife Malta qegħdin jingħataw ukoll għajnuna finanzjarja kull sena għall- amministarzzjoni u r-rapportaġġ taż-żona tas-Salini, kif ukoll numru ta' impjegati tal-gvern sabiex jgħinu fl-immanġġjar ta' dan is-sit, l-Aħrax u l-Miżieb ser ikunu amministrati mill-FKNK bl-ispejjeż kollha li dan jirrikjedi għal din il-ħidma – inklużi ż-żamma tal-abitat naturali, il- kura tas-siġar, il-manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ eċċ. "Il-Gvern mhu ser ikun qiegħed joħroġ l-ebda spiża," temmet tgħid l-istqarrija. Il-Kunsill Lokali mhux ikkonsultat! Gabriel Micallef u Ivan Castillo - żewġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa - saħqu kif irċevew stedina biex jattendu għall-iffirmar ta' ehim fuq il- Masġar tal-Miżieb. Madanakollu, saħqu wkoll li dan il-ehim qatt ma kien ippreżentat lill-Kunsill Lokali jew inkella mpoġġi għad- diskussjoni. Quddiem kritika qawwija dwar ftehim mal-FKNK il-Gvern jiċċara li l-Miżieb se jibqa' miftuħ għall- pubbliku

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020