Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546
12 intervista IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'Se nirreżisti ... l-awtoritajiet ma għal kull attività' YENDRICK CIOFFI Iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA), Jason Micallef insista mal-gazzetta ILLUM li ma jistax ikun li għal kull attività li tiġi proposta, kemm għall-Belt Valletta u lilhinn, ir-risposta tal-awtoritajiet qed tkun immedjatament "le." Saħaq ukoll li jeħtieġ jinħoloq bilanċ għax inkella, fi kliemu, se jispiċċaw jagħlqu n-negozji u jintilfu mijiet ta' impjiegi. Il-gazzetta ILLUM intervistat lil Micallef wara li l-edizzjoni ta' din is-sena ta' Notte Bianca, anke jekk kienet se ssir b'mod ridott, bir-restrizzjonijiet u mqasma fuq numru ta' ġimgħat, kellha titħassar għax l-awtoritajiet ma tawx il-permessi meħtieġa. Jason Micallef beda jisħaq li hu jitkellem fuq il-bżonnijiet tan-negozji Beltin għax bħala Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, ir-responsabbilità tiegħu hija mqassma fuq tliet binarji, jiġifieri r-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tal-Kapitali. "Għalhekk nagħmel dikjarazzjonijiet fil- pubbliku għax jiena nkun tkellimt u ltqajt ma' diversi persuni li jkunu wrew miegħi t-tħassib u l-ilmenti tagħhom," insista Micallef. "Ma nagħmilx dan kollu biex nibqa' qisni xi statwa tat-tafal u ma nagħmel xejn għax iċ- ċirkostanzi huma dawk li huma." 'Se nagħlqu sena ta' diffikultajiet għan- negozji fil-Belt' Micallef fakkar li f 'sena, minn Ottubru 2019, il-Belt Valletta għaddiet minn żewġ ċirkostanzi straordinarji. "Bdejna bil-ġimgħat ta' protesti li kienu qed jaffettwaw bla dubju u mhux it, lin-negozju kollu fil-Belt Valletta. Iżda wara dħalna wkoll f 'lockdown parzjali. Kienu mumenti li inti trid tissapporti u tiem," insista Micallef. Iżda ġara, kompla jisħaq Micallef, li meta r-rota bdiet terġa' ddur u n-negozji fetħu b'ċertu restrizzjonijiet, l-imxija reġgħet għolliet rasha u l-pressjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa, tal-midja u ċertu persuni fuq il- midja soċjali waslet biex il-Gvern kellu jerġa' jsaħħaħ il-miżuri għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha bħalissa. "Imma din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa' sejra hekk. Jien tkellimt u se nibqa' nitkellem. Intenni dak li ktibt. Il-bilanċ bejn l-aspett tas- saħħa, li huwa importanti ħafna u l-aspetti ekonomiċi, kulturali u soċjali mhux qed jinżamm, la fil-Belt u mkien ieħor," insista Micallef. Mistoqsi x'qiegħed jipproponi, Micallef saħaq li l-pajjiż ilu sena jaħseb fuq pjan wieħed biss, jiġifieri x'miżuri u restrizzjonijiet se jdaħħal u kif se jwissi u jeduka lin-nies. "Dan biex ma nsemmix minn għandu motivi ulterjuri biex ibeżża' u joħloq paniku fost in-nies u qed jagħmel ħsara kbira," insista Micallef. 'Qżież għax ngħid ejja ħa nsibu bilanċ u nkunu realistiċi?' Kien hawn li saħaq li issa għaddew ħafna xhur minn meta faqqgħet il-pandemija u fl- aħħar mill-aħħar ħadd ma għandu ħjiel meta dan kollu se jgħaddi. "Allura x'se nagħmlu? Bir-restrizzjonijiet ta' bħalissa, fejn ma għandekx attivitaijet tal-massa, clubs u parties, in-numri żdiedu. Mhux stabbli, mhux naqsu, imma żdiedu," insista Micallef. "Issa huwa ż-żmien opportun biex l-awtoritajiet ikkonċernati, il-Gvern u d-dipartiment tas-saħħa, jaraw kif nistgħu nimmitagaw fuq il-Pjan B." Iżda x'għandu f 'moħħu Micallef meta jsemmi dan il-Pjan B? Insista li s-saħħa tan- nies tibqa' prijorità iżda saħaq illi tħassib għas-saħħa tan-nies ma għandux jieqaf mal- virus biss. "Is-saħħa tan-nies hija li tqum filgħodu u ma tafx hux se titlef l-impjieg tiegħek. Li tqum filgħodu u ma tafx jekk in-negozju tiegħek hux se jfalli. Qed nitkellem fuq eluf kbar ta' nies. Jekk niddejqu niddiskutu din, x'se niddiskutu? Dan allura qżież għax nitkellem hekk? Jiena qed ngħid ejja ħa nsibu l-bilanċ u nkunu realistiċi," insista Micallef. 'Eluf ta' nies, sidien u artisti, ntlaqtu ħażin immens' Kien hawn li tkellimna aktar fid-dettall dwar l-attivitajiet li jixtieq jara fil-Belt Valletta, b'Micallef ifakkar kif tul dawn l-aħħar seba' snin, il-Belt Valletta ġiet irriġenerata kompletament. "Biex għamilna dan kellna bżonn is- settur privat, kellna bżonn il-fondi pubbliċi u l-komunità tal-Belt. Għamilna proġetti ġodda, infrastruttura ġdida, attivitajiet ġodda u ħloqna għatx kbir biex in-nies jiġu l-Belt, jinvestu, jixtru u jiddevertu. Dan ħoloq mijiet ta' impjiegi u għexieren ta' mijiet ta' opportunitajiet għall-artisti lokali," kompla Micallef. Saħaq li meta qed jirreferi għall- artisti mhux qed jitkellem biss għal dawk li joħolqu arti perfomattiva, imma lil kulħadd, minn dak li jdawwal sala jew pjazza għal dak li jiddisinja u joħloq l-isbaħ palk. Dawn kollha, insista Micallef, jammontaw għal eluf ta' nies li nlaqtu ħażin immens u wħud minnhom ma rċevew l-ebda għajnuna. Għall-artisti, b'mod partikolari, id-daqqa kienet doppja, kompla jisħaq, għax mingħajr attivitajiet, waqfilhom id-dħul kollu. Kien hawn li Jason Micallef insista li ma jistax ikun li meta l-awtoritajiet jisimgħu bil- kelma "attività," mill-ewwel u mingħajr ħsieb ta' xejn, ir-risposta tagħhom qed tkun "le" ċara u tonda. "Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk. Mela attività tfisser bilfors attività tal-massa? Bir-rispett kollu! Xi ħadd irid jismagħha din. Bħalissa meta tipproponi programm ta' attivitajiet, mill-ewwel jgħidulek: le u ma għandekx ċans. Dan irid jieqaf," insista Micallef. X'differenza hemm bejn 10 persuni ma' mejda f'ristorant u 10 persuni f'teatru? Iżda l-gazzetta ILLUM staqsietu kif jista' jkun li jikkontrolla attività fil-Belt Valletta? Kif se jwaqqaf in-nies? "Faċli," ħatafna fil- kelma. "X'inhi d-differenza bejn għaxar persuni bilqiegħda f 'ristorant imissu l-affarijiet u għaxra bilqiegħda ħdejn xulxin, bid-distanza soċjali, jaraw produzzjoni fit-Teatru Manoel jew fi Pjazza Teatru Rjal? Imuna! Se nħallu t-teatru nazzjonali magħluq u jikkrolla?" staqsa Micallef. Kompla jisħaq li faċli wkoll tikkontrolla attivitaijet fuq barra, bħal pereżempju fi Pjazza San Ġorġ. Insista li mhux jitkellem fuq attivitajiet tal-massa, imma attivitajiet li għalihom jidħlu nies skont il-kobor tal-post li fih tkun se ssir. "Iż-żona tkun magħluqa u kull attività li jorganizzaw l-attivitajiet kulturali tal-Gvern, inkluż il-VCA inkunu bil-biljetti u meta qed ngħid bil-biljetti mhux neċessarjament qed ngħid bil-flus," kompla jisħaq Micallef. "Iva hemm mezzi kif aħna nżommu l-bilanċ f 'rispett sħiħ lejn dak li qed jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa. Il-kelma le saret popolari ħafna." 'Pressjoni kbira mill-awtoritajiet tas- saħħa ... min jiddeċiedi baxxa rasu' L-ILLUM staqsietu jekk dan kienx se jkun qiegħed jiġi implimentat fl-edizzjoni ta' Notte Bianca li kellha tkun mifruxa matul dan ix- xahar u għaliex filli kienet se ssir u filli le. "Faċli nwieġbek. Kien hemm pressjoni kbira mill-awtoritajiet tas-saħħa u min jiddeċiedi baxxa rasu," insista Micallef. "Kienet se taqa' d-dinja għax indaħħlu 60 ruħ jaraw produzzjoni fit-Teatru Manoel?" It-tir kien li l-attivitajiet isiru kollha kemm huma fuq ġewwa, fit-teatri u fil-mużewijiet mifruxa madwar il-Belt Valletta, fejn kull attività ssir kull siegħa, ma tkunx itwal minn 30 minuta u b'sistema ta' biljetti. "Jekk il-Muża jiflaħ idaħħal 80 ruħ, idaħħal 80 ruħ fis-siegħa. Iżda meta tgħaqqadhom f 'salt, anke jekk mifruxa, dawk jiġu mijiet. X'kienet il-problema?" saħaq Micallef. "Jekk tiġi l-Belt Valletta l-Ġimgħa u s-Sibt se tara eluf ta' persuni iduru fit-toroq tal-Belt u bla kontrolli ta' xejn." Minn meta faqqgħet il-pandemija f'Malta, in-negozji, partikolarment dawk tal- Belt Valletta ħadu daqqa kbira. Anke jekk illum hemm inqas restrizzjonijiet, in-negozji fil-Kapitali qed isibuha diffiċli biex iqumu fuq saqajhom. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Jason Micallef, iċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall- Belt Valletta li qed jappella biex jinħoloq bilanċ u biex l-awtoritajiet ma jibqgħux jirrifjutaw kull attività proposta biex tressaq mill-ġdid in-nies lejn il-Belt Valletta...