Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 ma jistgħux jibqgħu jgħidu 'le' 'Irridu bilanċ. Se ninsisti fuq dan il-bilanċ u se nirreżisti' Kien hawn li insista li l-awtoritajiet kellhom jimu li ħadd ma ried li ssir Notte Bianca tas- soltu imma xi ħaġa addattata għaċ-ċirkostanzi ta' bħalissa. "Irridu bilanċ. Se ninsisti fuq dan il- bilanċ u se nirreżisti. Il-le għall-attivitajiet ikkontrollati ma tistax tibqa' tiġi. Jeżistu kullimkien," insista Micallef waqt li fakkar li anke l-knejjes kienu kapaċi jagħmlu dan u jikkontrollaw. "L-attivitajiet għall-ammont ta' żmien li hemm bżonn għandhom ikunu ridotti u bil-biljetti." Iddeskriva l-Valletta Pageant of the Seas, li saret xorta waħda, bħala prova ċara ta' kemm jistgħu isiru attivitajiet li jkunu kkontrollati u li xorta waħda jkunu suċċess. 'Jiena deċiż! L-attivitajiet tal-Milied fil- Belt Valletta jridu jsiru' Semmejna żmien il-Milied li issa jinsab wara l-Bieb. Normalment għal Milied u Lejlet l-Ewwel tas-Sena, il-Belt Valletta tkun miżgħuda bin-nies u bl-attivitajiet. Jason Micallef insista li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għandna programm lest u addattat għal dawn iċ-ċirkostanzi. "Għandna programm lest! Se nressaqhom quddiem l-awtoritajiet. Jiena deċiż! L-attivitajiet tal-Milied fil-Belt Valletta jridu jsiru. Isiru b'mod differenti. Isiru b'kontroll. Imma jridu jsiru," insista. "Ma nistgħux nibqgħu sejrin le, le u le. Bir-rispett kollu! Bil-le u mingħajr attivitajiet, mingħajr clubs u mingħajr parties, il-każi għadhom telgħin." 'Jekk fil-Milied se jieqaf ix-xogħol, f'Jannar u Frar se jfallu n-negozji' Kien hawn li ċ-Chairperson tal-VCA saħaq li huwa inkwetat ħafna dwar is-sitwazzjoni tan-negozji fil-Belt Valletta. "Inkwetat immens. Jekk in-negozju fil-Belt jieqaf għas-sitt ġimgħat tal-Milied, f 'Jannar u Frar se jfallu n-negozji. Qed inkun ċar! Se jkollna katastrofi!" insista Jason Micallef. "Dan paroli fil-vojt u qżież għax nitkellem hekk? Ejja nieqfu ngħidu le. Jiena naf kif nagħmel attivitajiet tal-massa imma naf ukoll nikkontrolla u nirregola ruħi," kompla jtenni. Fil-fatt, Micallef qal mal-ILLUM li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta saħansitra għandha f 'idha pjanijiet għal attività kkontrollata għal-Lejlet l-Ewwel tas- Sena. "Ma nistgħux naqbżuh il-perjodu tal- Milied. Qed inkun ċar u tond," insista Micallef. Kompla jisħaq li l-Gvern mhux bir bla qiegħ u hemm limitu kemm jiflaħ jagħti sussidji u supplimenti. Insista li wara n-negozju hemm nies li qed iħaddmu n-nies, li qed jaqilgħu l-flus u minn dak li jaqilgħu qed iħallsu f 'taxxi lill-Gvern. "Anke l-Gvern qed jitlef miljuni kbar ta' ewro. Se nibqgħu sejrin hekk? Dan huwa ċirku vizzjuż. Meta jibda jgħolli rasu l-qagħad ma żżommux," insista Micallef. 'Min jhedded bl-istrajks fil-polikliniċi u l-isptariijet huwa rresponsabli' Micallef insista aktar minn darba li l-Gvern qed ibaxxi wisq rasu għall-pressjoni mill- awtoritajiet tas-saħħa u dan meta bosta huma dawk li għall-kuntrarju qed jisħqu li l-Gvern qed jiġi jaqa' u jqum minnhom u qed ibaxxi rasu għan-negozjanti u s-sidien tal-ħwienet, ir-ristoranti u l-lukandi. Madanakollu, anke meta l-ILLUM għamlet dan l-argument miegħu, Micallef insista li hu qed jitkellem mill-esperjenza u mhux fuq dak li jgħidu n-nies fuq il-midja soċjali. "Il-Gvern sensittiv ħafna għal dak li jgħidulu l-awtoritajiet tas-saħħa. Jekk nieħdu deċiżjoni fl-interess nazzjonali biex inżommu l-bilanċ, irridu nżommu magħha. Ikun hemm minn jhedded bl-istrajks fil-polikliniċi u fl-isptarijiet. Għalija dan huwa theddid irresponsabbli. Ktibtha u nerġa' ngħidha," insista. 'Allaħares ma kinux l-inċentivi li ħadna għax-xhur tas-sajf' Iżda l-ILLUM staqsiet lil Micallef jekk jaħsibx li l-attivitajiet li tippjana hi jew li toħroġ bihom hux se jsolvu l-problema għan-negozji Beltin. Pereżempju mbilli tarma t-toroq bil- pavaljuni u ġġib banda, kif għamlet fis-sajf, se tagħmel xi differenza? Micallef beda jfakkar li ħafna mill- attivitajiet, inkluż dawk tal-baned, twaqqfu għax l-awtoritajiet, għal darb'oħra neħħew il- permessi. Iżda ċ-Chairperson fakkar li kien hemm ħafna inċentivi oħra li daħlet fis-seħħ il-VCA u li fi kliemu "allaħares ma kinux huma" għan-negozji fil-Belt. "Eluf kbar ta' nies qasmu mingħajr ħlas mill-Kottonera għall-Belt," insista Micallef. Fakkar ukoll kif il-li tal-Barrakka kien mingħajr ħlas u ddeskriva bħala suċċess l-inizjattiva li neħħiet il-ħlas biex wieħed jidħol u jipparkja l-Belt (CVA), għat-tliet xhur tas-sajf. Insista li kellu pressjoni kbira biex din tibqa' fis-seħħ anke wara Settembru iżda spjega kif inizjattiva bħal din tiswa ħafna. Qal biss li jiddispjaċih li ma tantx irnexxiet l-inizjattiva li fetħet il-mużewijiet u binjiet oħra fil-Belt mingħajr ħlas. "Ma kienx hemm ir-ritorn ta' nies li xtaqna. Iddispjaċini. Imma tista' tistaqsi lin-nies tan- negozji kemm għenu dawn l-affarijiet. Anke l-fatt li ħloqna ambjent ta' festa u xegħlna dwal. Qed toħloq atmosfera u tagħti l-ħajja. Nassigurak li kollox jgħin," insista. 'Jista' jkun hemm min abbuża imma ċ-ċirkostanza hija straordinarja u rridu nkunu ftit flessibbli' Il-ħwienet tal-Belt huma dawk li huma. Anke r-ristoranti u l-barijiet huma żgħar u għalhekk, aktar minn qatt qabel, issa qed jiddependu ħafna fuq l-imwejjed u s-siġġijiet fuq barra. Fil-fatt kienet ittieħdet inizjattiva biex għalissa l-awtoritajiet jagħlqu għajnejhom jekk dawn iżidu xi mwejjed u siġġijiet, anke jekk ħafna kkritikaw il-fatt li qed jieħdu toroq sħaħ. L-ILLUM staqsiet lil Micallef x'jista' jsir issa, anke għax fix-xitwa, jekk tagħmel ix-xita, addijo l-imwejjed u s-siġġijiet fuq barra. Fuq ġewwa, minħabba d-distanza soċjali, ir-ristoranti u l-barijiet Beltin it li xejn jistgħu jdaħħlu mwejjed. Jason Micallef insista li għal kollox hemm soluzzjoni. "Hemm proposta u jiena naqbel magħha mija fil-mija, biex minflok distanza soċjali, fuq ġewwa, ir-ristoranti jkunu jistgħu jinstallaw perspex bejn mejda u oħra," spjega. "Teżisti barra minn Malta u teżisti anke fl-uffiċini f 'Malta. Għaliex fir- ristoranti le? Anke din il-proposta għandna nilqgħu." Dwar il-kritika minn bosta minħabba ż-żieda fl-imwejjed u s-siġġijiet fuq barra, Micallef insista li kulħadd huwa inkwetat u wieħed jeħtieġ jiem lill-ieħor f 'dawn iċ- ċirkostanzi. "Jista' jkun li jkun hemm abbuż f 'dak is-sens. Iċ-ċirkostanza hija straordinarja u rridu nkunu it flessibbli. Il-famuż bilanċ," temm jisħaq Jason Micallef.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020