Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 Josianne Cutajar Il-politika tal-UE u l-Gżejjer Mediterranji I l-gżejjer reġjuni fl-Ewropa jgħaqqdu bejniethom 15-il mil- jun persuna (ekwivalenti għal 3% tal-popolazzjoni totali tal-UE). Gżejjer li kollha kemm huma għand- hom l-identità tagħhom, jaffaċċjaw kważi l-istess diffikultajiet, imma wkoll għandhom komuni ħafna mill-għanijiet li għandhom rieda biex jaslu għali- hom. Fost diffikultajiet komuni hemm restrizzjonijiet naturali, daqs limitat tas-suq, aċċessibilità u konnettività mnaqqsa, spejjeż ogħla għaċ-ċittadini u n-negozji u vulnerabbiltà ambjentali għolja. Eventwalment dan iwassal għal żvantaġġi kompetittivi li jeħtieġ li jiġu bbilanċjati b'miżuri regolatorji speċifiċi. Kien ta' sodisfazzjon għalija li ddiskutejt b'mod attiv l-isfidi li għandhom il-gżejjer reġjuni fosthom Għawdex, waqt webinar organizzat nhar it-Tnejn li għadda li permezz ta' konferenza ta' livell għoli, ħares lejn "Il- politiki tal-Unjoni Ewropea fil-gżejjer Mediterranji: sfidi u soluzzjonijiet". Webinar li kien parti minn sensiela ta' attivitajiet fil-ġimgħa Ewropea għar- reġjuni u l-ibliet. Tajjeb ngħid li dan il-webinar kien indirizzat ukoll mill- Ministru għal Għawdex Clint Camilleri. Dan huwa suġġett ukoll għal qalbi ħafna, ovvjament fl-isfond li jien Għawdxija – gżira li minnha nfisha wkoll għandha l-isfidi tagħha. Naħdem f 'din l-isfera bħala membru tal-kumitat REGI li fih nittrattaw il-politika reġjonali u wkoll bħala membru tal- Intergrupp SEARICA fi hdan il- Parlament Ewropew. Għalfejn id-diskussjoni? Ħa nagħti kemxejn ta' sfond. Dawk li jissejħu gżejjer territorji fl-Ewropa huma kkaratterizzati minn restrizzjonijiet naturali u permanenti li jirriżultaw f 'ċertu żvantaġġi strutturali, ewlenin fosthom daqs tas-suq limitat, aċċessibilità u konnettività mnaqqsa, spejjeż ogħla għaċ-ċittadini u n-negozji, nuqqas ta' infrastruttura u servizzi, 'brain drain', qgħad fost iż-żgħażagħ u vulnerabbiltà ambjentali għolja. B'hekk dik li hija magħrufa bħala diskontinwità territorjali (minħabba li huma gżejjer) twassal għal żvantaġġi kompetittivi li għandhom jiġu kkumpensati b'miżuri regolatorji kumpensatorji u derogatorji speċifiċi. F'din il-konferenza iffukajna aktar billi ddiskutejna u ressaqna 'l quddiem l-isfidi u d-diffikultajiet affaċċjati fil- gżejjer Mediterranji. Waqt l-intervent tiegħi sħaqt li sfortunatament il-vuċi ta' dawn il-gżejjer għadha mhux daqshekk b'saħħita kif suppost. Semmejt kif il-pandemija wriet biċ-ċar ukoll il-problema tal-insularità, partikolarment fejn jidħol l-aċċess għall- kura u l-mediċina u anke b'rabta mas- settur turistiku. Għidt li nifhem sew is-sitwazzjoni tal-gżejjer, jien li ġejja minn Għawdex li dejjem sab l-ostaklu tal-insularità doppja – ħaġa li dejjem illimitat l-aċċesibilità u l-konnettività għar-residenti Għawdxin. Imma waqt din il-konferenza ppreżentajt ukoll tliet kunċetti li nisħaq li nimxu fuqhom għaż-żmien ta' rkupru mill- pandemija. Dwar in-Negozji jew Intrapriżi Żgħar u Medji tkellimt kif dan is-settur kien wieħed mill-aktar oqsma li ġie milqut b'mod negattiv mill-pandemija, partikolarment dawk in-negozji tal- ospitalità u li kienu jiddependu minn fuq it-turiżmu. In-negozji huma sors kbir għall-ekonomija tagħna u għalhekk l-importanza li ngħinuhom u nkunu ta' spalla għalihom f 'dawn iż-żminijiet ta' rkupru – xi ħaġa li qed nimbotta bis-sħiħ ukoll fil-ħidma li jien inkarigata minnha fl-Istrateġija għall-SMEs. Enfasizzajt ukoll il-ħsieb tiegħi dwar it-titjib ambjentali u tennejt li naqbel ferm mal-idea li l-gżejjer jistgħu jkunu "laboratorju għas- sostenibbilità." Innutajt ukoll bi pjaċir il-ħidma tal-Parlament Ewropew li qed joffri soluzzjonijiet biex isaħħaħ is- sostenibbilità f 'dawn il-gżejjer. Fil-konferenza ħareġ il-punt ta' turiżmu sostennibli, ħaġa li tista' tikkontrolla mill-ħsara li dan is-settur jista' jġib ukoll miegħu fuq l-ambjent ta' madwarna. Għamilt referenza wkoll għal dak li nħoss li huwa aspett kruċjali – dak tal- konnetività. Sħaqt li huwa importanti li nagħtu każ dawk il-pajjiżi li jiddependu ħafna minn mezzi ta' trasport għal diversi raġunijiet. Komplejt billi sħaqt ukoll li jekk ikollna infrasturttura effiċjenti, il-konnetività diġitali tkun tista' timla u tieħu post dawn l-ostakli. Nemmen bil-qawwa li tisħiħ fl- infrastruttra u l-kapaċità diġitali jista' jwassal għal żieda fl-ekonomija u potenzjalment ma jiddependux aktar fuq diversi setturi bħat-turiżmu. Nemmen fil-valur qawwi li jista' jkollha politika għall-gżejjer Ewropej li tindirizza l-isfidi komuni li jiffaċċjaw, għax nifhem tajjeb ir-realtà differenti ta' gżira żgħira fiżikament distakkata, bħal Għawdex. Dawk il-gżejjer li r-realtà tagħhom tagħmilhom ekonomikament dipendenti fuq it-turiżmu, iċ-ċirkostanzi li għaddejna u għadna għaddejjin minnhom, ħallew impatt kbir fuqhom. Proprju għax jirrikjedu politika speċifikament għalihom, u miżuri intiżi biex jistimolaw l-ekosistema ta' negozji żgħar li jikkostitwixxu s-sinsla tal-attività fil-gżira, li tlabt lill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-bqija tal-intergrupp SEARICA, biex il-flessibiltà fil-qafas tal-għajnuna mill- iStat tibqa' fis-seħħ anke wara li tgħaddi l-pandemija, tal-inqas fil-konfront tal- gżejjer. Dan huwa, fil-fehma tiegħi, l-aħjar mezz biex gvern ta' pajjiż membru jkun jista' jibni sett ta' miżuri li jġibu lura dak li ntilef f 'termini ekonomiċi f 'dawn il- gżejjer, u jagħti fiduċja fil-ġejjien. Josianne Cutajar hija MEP f'isem il-Partit Laburista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020