Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546
04 analiżi IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Ir-rebħa ta' Grech u t-telfa ta' Delia - Nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru - filgħaxija - rriżulta li Bernard Grech rebaħ l-elezzjoni għall-Kap tal-PN bil-kbir. Kiseb 12,663 vot jew 69.3% filwaqt li Delia kiseb 5,622 jew 30% tat-tesserati nazzjonalisti ... imma x'wassal għal dan ir-riżultat? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din kienet l-ewwel ġimgħa ta' Bernard Grech bħala d-disa' Kap Nazzjonalista wara rebħa mhux biss konvinċenti - imma sorprendenti (għal dawk li ma kellhomx aċċess għan-numri u s-surveys interni) u inekwivoka. Dan ifisser illi t-tesserati mhux biss taw rebħa lil Grech imma tawh rebħa li ma tħalli ebda dubji dwar il-leġittimità tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll li tnaqqas iċ-ċans illi l-partit jinqasam fi tnejn. F'din l-aħħar analiżi tal-gazzetta ILLUM li titratta l-elezzjoni fil-Partit Nazzjonal- ista se nagħtu ħarsa lejn għalfe- jn Delia tilef l-elezzjoni inter- na daqstant bil-kbir, filwaqt li nanalizzaw għaliex Grech rebaħ daqstant bil-kbir ukoll, jiġifieri b'aktar minn tliet terzi tal-voti. Bernard Grech: In-nies kienu ilhom deċiżi Jidher ċar mis-sondaġġi u n-numri li kienu qed jaslu għand din il-gazzetta li n-numri qatt ma nbidlu wisq, fis-sens illi dejjem kienu qed jindikaw riżul- tat pożittiv ħafna (li forsi qabel is-Sibt kien jidher wisq ottimist) ta' madwar 70%/30% għal Grech. Minn madwar ħames sondaġġi xjen- tifiċi kien ċar illi ċ-ċaqlieq ma kienx wieħed kbir u maġġoranza qawwija ta' tesserati kienu deċiżi dwar il-vot mill-mument illi dan isejjaħ. Grech kellu biss jaċċerta illi jżomm il-livelli ta' appoġġ li kellu jew inkella jekk jitlef minn dak l-appoġġ, ma jkunx ħafna. Issa naturalment il-logħba għalih hija kompletament differenti, b'avversarju li huwa preparat, għandu l-flus u skont l-aħħar sondaġġi jinsab madwar 50,000 vot minn fuq. L-għaqda - l-aqwa kelma, l-akbar sfida! Kieku kellna nitfgħu kelma fuq nett fil-lista ta' raġunijiet li għalihom Grech kien elett naslu għal kelma 'għaqda'. Hija din li probabbilment tat lil Grech ir-re- bħa li tagħtu, bil-kobor li rriżultat f 'dis- takk hekk kbir (7,011-il vot). Ħafna tesserati probabbilment raw illi permezz ta' Grech il-PN jista' jkollu ċans illi jibda jingħaqad. Minkejja tliet riżenji ta' tliet Kunsilli- era li kienu parti mit-tim tal-kampanja ta' Adrian Delia u xi persuni li waqqfu t-tesseri - li hija notevoli, imma lanqas tista' ssejħilha eżodu - wieħed irid jagħ- ti ftit żmien - imqar l-ewwel 100 jum ta' Grech biex jevalwa u janalizza aħ- jar l-istil ta' tmexxija tiegħu, kif se joħroġ idejh u jibni pontijiet ma' Adrian Delia u dawk li appoġġ- jawh. It-test veru tal-għaqda għad irid isir però sa issa t-tesserati Nazzjonalisti - fil-maġġoranza l-kbira tagħhom - urew illi l-wiegħda tal-għaqda hija dik li l-ak- tar se jżommu lil Grech kontabbli fuqha, bil-progress elettorali jiġi xi mkien wara. Dan ifisser illi l-akbar vantaġġ ta' Grech sa qabel is-Sibt li għadda - u allura l-perċezzjoni illi jista' jkun parti m i s - s o l u z z j o n i għall-PN - issa se jsir l-akbar sfida. Kif intqal f ' w a ħ d a m i l l - a n a - l i ż i j i e t ta' qabel l-elezzjoni tas-Sibt din i l - g a z z e t - ta kienet aċċennat g ħ a l l - fatt li qed ikun is- sottovalutat kemm ħafna votanti nazz- jonalisti jħos- su li l-partit tant ġie umiljat u tilef fl-aħħar 10 snin li kienet meħtieġa l-bidla. Dan fisser illi kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni u l-abort, minkejja li seta' kellhom toqol fuq l-impressjoni ta' votanti nazzjonal- isti, laburisti u floaters fuq il-kandidati ma jidhirx li kien hemm xi effett par- tikolari fuq il-vot tas-Sibt li għadda. Kieku kellna nxebbħu l-vot naslu ngħidu li kien riskju kkalkulat bit-tama li l-affarijiet fil- PN jiċċaqalċu xi ftit u jonqos id-distakk. Għal darb'oħra jekk dan hux se jiġri jew le għad iridu naraw. Kampan- ja aktar pożittiva u organizzata K i e n j i n ħ a s s li l-kam- panja ta' B e r n a r d G r e c h kienet ik- tar qed tif- foka fuq mes- saġġi pożittivi bħall-għaqda u t-tisħiħ, filwaqt li minkejja illi Grech kien f l - g ħ a j n tal-kritika diversi drabi u fiċ-ċentru ta' dik illi nħasset li hija kampanja mill-Par- tit Laburista kontrih - filwaqt li kellu fuq għonqu stejjer dwar ħlas ta' taxxa - jid- her illi l-kampanja ftit li xejn qatt marret fuq id-difensiv sal-punt ukoll li inħass li Grech ma riedx iwieġeb dwar il-kwistjo- ni tat-taxxa. Il-fatt illi Grech kien kontinwament mistoqsi 'kieku kont PM int x'kont tagħmel?' jew 'x'tipproponi li jsir jekk inti tkun Kap tal-Oppożizzjoni?' isso- lidifikat il-perċezzjoni li huwa l-per- suna li se tieħu lill-PN għall-futur im- medjat. Dan ifisser li minkejja li kellu in- qas akkużi fil-konfront tiegħu Grech kien inqas ħerqan li jqatta' ħafna mill- ħin tal-kampanja tiegħu jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Il-kampanja ta' Grech kienet iktar or- ganizzata wkoll b'ħafna nies li - tajjeb jew ħażin, ħobbhom jew għobodhom għandhom esperjenza vasta fl-organiz- zazzjoni ta' attivitajiet u kampanji f 'ter- mini loġistiċi u ta' messaġġ. Meta rebaħ, fil-kamra fejn kien Grech kien hemm ukoll Chris Said - eks Segre- tarju Ġenerali tal-PN u Michael Fenech Adami li kien l-organizzatur ta' attivi- tajiet u loġistika ta' kampanji u anke protesti. Ma' dawn Grech qal li kien hemm 600 voluntier li naturalment if- isser illi kien hemm xibka organizzata ta' nies li kienu qed iċemplu u jorgan- izzaw laqgħat bejn Grech u tesserati - inkluż ma' tesserati li forsi biddlu l-vot tagħhom u ma baqgħux jappoġġjaw lil Adrian Delia.