Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 Environment & Resources Authority Hexagon House, Spencer Hill, Marsa. KONSULTAZZJONI PUBBLIKA dwar ir-Regolamen tal-2020 li jemendaw ir-Regolamen dwar il-Valutazzjoni tal-Impa Ambjentali Semma' leħnek fuq l-emendi tar-Regolamen dwar il-Valutazzjoni tal-Impa Ambjentali (EIA). L-emendi propos għandhom l-għan li jikkonsolidaw it-traspożizzjoni tad-Dire va tal-EIA fil-proċess tal-EIA. Dawn jindirizzaw: • It- xrid u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni relatata ma' EIAs; • Il-kunsiderazzjoni tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura f'diversi stadji tal-proċess, inkluża l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp; u • Il-proċeduri ta' wara d-deċiżjoni u l-monitoraġġ. Il-kummen se jiġu kkunsidra fil-finalizzazzjoni tar-Regolamen u se jibqgħu jintlaqgħu sa mhux aktar tard mis-16 ta' O ubru 2020 fuq era.policy@era.org.mt Tista' ssib aktar informazzjoni fuq h ps://era.org.mt/environmental-impact- assessment-amending-regula ons-2020/ jew billi tuża l-kodiċi QR indikat hawn taħt. Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabilità: Ir-rappreżentazzjonijiet se jiġu rreġistra u jsiru pubbliċi fuq il-websajt tal-ERA, flimkien mad-de alji tal-persuna li tagħmel is-so omissjoni sakemm ma ntalabx l-anonimità bil-miktub mill-persuna li sso ome r-rappreżentanza tagħha, f'liema każ il-kontenut tar-rappreżentazzjoni se tkun disponibbli fil-pubbliku. Iċċelebrat il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali; L-Isqfijiet Maltin jappellaw għal aktar investiment fil-qasam Biex ifakkru il-Jum Dinji tas- Saħħa Mentali, iċċelebrat ilbieraħ l-10 ta' Ottubru, l-Isqfijiet Maltin - l-Arċisqof Charles J Scicluna, l-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi - ħeġġew lill-awtoritajiet biex jinvestu aktar fis-saħħa mentali, "partikolarment matul din l-emerġenza tas- saħħa globali u anke wara li tgħaddi, biex ħadd ma jibqa' l-art." L-Isqfijiet irrikonoxxew illi persuni li jaffaċċjaw sfidi ta' saħħa mentali, u qrabathom, jistgħu jsibuha diffiċli ħafna. "Dawn l-isfidi għadhom iġorru stigma kbira. Nies bi problemi ta' saħħa mentali jistgħu jitqiesu bħala ta' rieda dgħajfa, u jistgħu jaslu biex jemmnu dan huma stess. Xi wħud jistgħu jħossuhom iżolati mill-komunità tagħhom, u forsi anke minn Alla," insistew l-isqfijiet. Fakkru illi r-realtà hi li l-problemi ta' saħħa mentali jistgħu jaffettwaw lil kulħadd, irrispettivament mill-età, razza, ġeneru, sfond soċjali, dħul eċċ. "Matul perjodi ta' ansjetà u iżolament soċjali, bħalma ġara fil-pandemija preżenti tal- COVID-19, dawn il-problemi żgur li żdiedu," komplew jisħqu. L-Isqfijiet temmew jappellaw għat-talb kif ukoll biex kull min għandu problemi ta' saħħa mentali jintlaqa' dejjem, anke fil-Knisja. 62 persuni bi problemi ta' Saħħa Mentali se jibbenefikaw minn ftehim tal-Gvern mal- Fondazzjoni Richmond Intant, dan il-jum tfakkar ukoll mill-Ministeru għall- Familja id- Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali permezz taż-żjara li kellu l-Ministru Michael Falzon lill-Fondazzjoni Richmond li taħdem ma' nies bi sfidi ta' saħħa mentali. Attendiet ukoll Lydia Abela, mart il-Prim Ministru Robert Abela, li faħħret is-sehem strumentali tal-Fondazzjoni Richmond kif ukoll il-mod li bih il-Ministeru għall-Familja, jissiġilla ftehimiet soċjali ma' fondazzjonijiet bħal Richmond sabiex ikun jista' jingħata l-aqwa servizz possibbli. Il-Ministru Michael Falzon qal li l-għan ewlieni tal-gvern huwa li jagħti sapport lil kull min hu għaddej minn xi forma ta' sfida soċjali, inkluża dik tas- saħħa mentali. Irrefera għall-ftehim mal- Fondazzjoni Richmond, iffirmat din is-sena li huwa ftehim soċjali li jlaħħaq iż-żewġ miljun ewro fuq perjodu ta' tliet snin. Il-Ministru fakkar li li teżisti korrellazzjoni bejn is-saħħa mentali u dik soċjali hekk kif dawn iż-żewġ fatturi aktarx li jkunu qed jaffettwaw lil xulxin. "Għalhekk hemm bżonn ta' assistenza soċjali fit-tul ma' dawn il-persuni vulnerabbli," saħaq il- Ministru Michael Falzon. Il-Kap Eżekuttiv tal- Fondazzjoni Richmond Stephanie Dimech Sant qalet li permezz ta' dan il-ftehim, il-Fondazzjoni Richmond se tkun tista' tagħmel użu minn 28 appartament li fih joqogħdu 62 persuna. Hawnhekk il-Fondazzjoni tgħin f 'aspetti fiżiċi, soċjali u psikoloġiċi. Dan jissejjaħ 'Supported Housing Scheme' u jitqies bħala t-triq 'il quddiem biex dawn il-persuni fil-bżonn jingħataw l-attenzjoni u l-kura skont l-esiġenzi tagħhom. Min-naħa tiegħu, il- Kummissarju għas-Saħħa Mentali John Cachia insista li hu essenzjali li nkomplu ninvestu fis-saħħa mentali, għax indirettament jibbenefikaw aktar il-familji, fuq il-postijiet tax-xogħol u għas-sigurtà soċjali fost l-oħrajn.