Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363123

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Riħa ta' ħut B ħala mexxej ta' partit politiku jiena meqjus persuna espos- ta politikament (politically exposed person - PEP) skont kif tipprovdi ir-Raba' Direttiva tal-Unjoni Ewropeja kontra l-ħasil tal-flus, hekk kif din ġiet trasposta fil-liġi Maltija. Anke membri tal-familja mmedjata tiegħi huma kkunsidrati bl-istess mod. Politiċi oħra flimkien mal-familja tagħhom huma fl-istess qagħda. Hu meqjus li l-persuni esposti politikament (PEPs), minħabba l-pożizzjoni li jokkupaw huma f 'riskju ikbar ta' involviment fil-ħasil tal-flus. Ma hemm l-ebda distinzjoni bejn dawk li għandhom u jeżerċitaw il-poter eżekuttiv u dawk li ma għandhom xejn minn dan. Jiena wieħed minn tal-aħħar! It-talbiet għall-informazzjoni, xi minn daqqiet repetittivi u bla ħtieġa, li jiena u diversi membri tal-familja nirċievu idejquk, avolja niem il-ħtieġa tagħhom kieku kellhom isiru bil-galbu. L-uffiċjali tal-bank bosta drabi juru entużjażmu esaġerat mal-ħuta ż-żgħira biex imbagħad ma jagħtu każ ta' xejn, jew kważi, meta titfaċċa l-ħuta l-kbira. Mhuwiex aċċettabbli li waqt li jissorveljaw b'żelu u entużjażmu esaġerat lil dawk li huma ta' riskju żgħir, imbagħad, lil dawk li mhux biss huma ta' riskju imma li fil-fatt jabbużaw kontinwament dawn jibqgħu għaddejjin qiesu qatt ma kien xejn. Dawn jirnexxielhom jiżgiċċaw għax ikollhom min jgħinhom eżatt fil-waqt u l-post meħtieġ. Verament każ tal-ħabib fis-suq li hu ferm aħjar mill-flus fis- senduq! L-aħħar każ ippreżentat il-Qorti dwar il-ħasil tal-flus jeħodna minn restorant tal-ħut sal-bank u lura. Il-mixja ta' tiix tal-allegat ħasil tal-flus wasslet lill- pulizija investigattiva sa restorant tal-ħut f 'Marsaxlokk u ieħor ġol-Belt Valletta. Din l-investigazzjoni tidher li hi konnessa ma każ ieħor ewlieni dwar allegat ħasil tal-flus: dak konness mal-kuntrabandu tad-diesel mil-Libja. Wieħed mill-persuni li presentment għaddej proċeduri kriminali fil-passat kien uffiċjal ta' bank. Illum hu irtirat kif fakkarna l-bank stess wara li dan ttella' l-Qorti. Il-punt importanti hu dwar il- konnessjoni li qed jingħad li kien hemm bejn ir-ristoranti tal-ħut u l-bank. Fil- fatt, il-medja hi u tirrapporta x-xhieda li nstemgħet waqt l-ewwel seduta tal-proċeduri kriminali, irrappurtat li l-uffiċjal prosekutur, huwa u jispjega kif żvolġiet l-investigazzjoni qal li dan l-ex-impjegat tal-bank, meta kien għadu fl-impjieg bħala uffiċjal tat-taqsima tal-bank li tieħu ħsieb il-ħidma tal- kumpaniji allegatament kien kien ta' għajnuna fil-ħidma tal-ħasil ta' flus taħt investigazzjoni. Qed ikun suġġerit li din l-għajnuna serviet biex tinsatar il-ħidma ta' dawk li allegatament kienu qed jaħslu l-flus. Dan l-uffiċjal tal-bank illum m'għadux impjegat mal-bank. Sadanittant ħa promozzjoni u issa qed jieħu ħsieb il-kumpaniji fejn allegatament jinħaslu l-flus. Xi rwol għandha l-MFSA (L-Awtorità Maltija dwar is-Servizzi Finanzjarji) f 'dan kollu? Waqt li kienet għaddejja din il-biċċa xogħol l-uffiċjal ewlieni (CEO) tal-MFSA kien għaddej minn perjodu ta' kollaborazzjoni ma' Yorgen Fenech, li presentment għaddej proċeduri kriminali fil-Qrati Maltin bl-akkuża li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u huwa meħtieġ ukoll li jidher fi Sqallija dwar skandlu ieħor, din id-darba dwar logħob tal-azzard illegali kif ukoll dwar tbagħbis ta' logħob. X'monitoraġġ jagħmlu l-MFSA u l-FIAU (Financial Intelligence Analysis Unit) biex jassiguraw li l-banek iwettqu sewwa l-obbligi tagħhom konnessi mal- ħasil tal-flus? L-akkużi li ippreżentaw il-pulizija din il-ġimgħa jindikaw li dan il-moniteraġġ, jekk jeżisti, huwa dgħajjef u ineffettiv ħafna. L-uffiċjal tal-bank issa bidel l-impieg. Minn ħidma regolatorja fil-bank issa għadda biex allegatament jieħu ħsieb il-ħasil tal-flus ġejjin mill-kuntrabandu tad-diesel Libjan. Din hi l-konklużjoni loġika li toħroġ mill-akkużi tal-Puliizja din il-ġimgħa dwar l-użu tar-ristoranti tal-ħut fil-Belt Valletta u Marsaxlokk bħala allegati għodda tal-ħasil tal-flus. Kieku l-MFSA ul-FIAU ħadmu sewwa dan kollu ma kienx ikun possibli li jseħħ. Hu każ ċar fejn l-industrija tal-ħasil tal- flus qed timpjega lin-nies li ġejjin mill- awtoritajiet regolatorji. Affarijiet li qed iseħħu fid-dawl tax-xemx mingħajr ħadd ma jinduna jew jagħti każ. L-istituzzjonijiet qed jaħdmu għax jidher li t-taħwid qed jikber bil-minuti? Wieħed jittama li l-MFSA u l-FIAU jieħdu azzjoni deċiżiva, u din id-darba b'urġenza. 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Wieħed mir-ristoranti fil-Belt Valletta li ssemma din il-ġimgħa fil-Qorti f 'każ ta' kuntrabandu taż-żejt u ħasil ta' flus li fihom hemm involuti bint is-sieħba ta' Darren Debono u eks uffiċjal ta' bank L-uffiċjali tal-bank bosta drabi juru entużjażmu esaġerat mal-ħuta ż-żgħira biex imbagħad ma jagħtu każ ta' xejn, jew kważi, meta titfaċċa l-ħuta l-kbira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021