Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363123

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

F tit huma dawk konxji li hemm dak li jissejjaħ it-Tielet Settur. Hemm is-Settur Pubbliku, hemm is-Settur Privat, u hemm is-Settur Volontarju, li hu wkoll jimpjega ammont konsiderevoli ta' Maltin u barranin f 'pajjiż- na. Biss, dan is-settur jidde- pendi wkoll mill-ġenerożità u mid-dedikazzjoni ta' bosta vo- lontiera, individwi li lesti jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom fis-ski- et, mingħajr l-ebda kumpens finanzjarju jew materjali. Mhuwiex sigriet li iżjed ma jgħaddi ż-żmien, iżjed qiegħed isir diffiċli għal dawn l-għaqdiet volontarji sabiex isibu biżżejjed individwi li lesti jikkommettu ruħhom u jagħtu sehemhom fil-ħidma tagħhom. Huwa għalhekk li l-avviżi legali 371 tal-2020, REGOLAMENTI DWAR ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI (ĠBIR PUBBLIKU) u 390 tal-2020, REGOLAMENTI DWAR ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI (ĦWIENET TAL-KARITÀ), tqiesu minn bosta għaqdiet volontarji, inklużi l-każini tal-banda, bħala daqqa oħra ta' ħarta għall-ħidma tagħhom. Tajjeb ngħid li l-għan ta' dawn l-avviżi legali – jiġifieri li jkun hemm trasparenza u kontabbiltà fil-ħidma tal- għaqdiet volontarji –kien validu u meħtieġ, iżda l-mod li bih ġew miktuba u r-restrizzjonijiet li dawn kienu jimplikaw għall- ħidma tal-għaqdiet volontarji, huma ta' nuqqas kbir. L-għaqdiet volontarji li tkellimt magħhom għamluhieli ċara li dawn l-avviżi legali, minkejja li kienu se jaffettwaw ħafna mill-operat tagħhom, ma kinux miktuba b'konsultazzjoni magħhom, xi ħaġa li dan il-gvern jidher li dwarha ilu jonqos bil-kbir. Id-djalogu man-nies hemm barra, man-nies li jiġu affettwati mid-deċiżjonijiet li jittieħdu u mil-liġijiet li joħorġu – huwa kruċjali. Il-weġgħa ta' dawn l-għaqdiet iżda hija amplifikata mill-fatt li ninsabu f 'pandemija, żmien li b'mod speċjali qiegħed jagħmilhielhom diffiċli sabiex dawk l-individwi li kienu diġà jagħtu daqqa t'id, illum jista' jkun li qed ikollhom joqogħdu lura. Għaldaqstant ara kemm hija iżjed diffiċli għal dawn l-għaqdiet illum sabiex jirnexxilhom isibu volontiera ġodda! Proprju għalhekk ir- riġidità ta' dawn l-avviżi legali, waqt pandemija, żgur li mhix se tinkoraġġixxi lil ħafna li ma humiex midħla tal-għaqdiet volontarji sabiex jibdew jagħtu sehemhom. Nieħdu pereżempju • Il-ħtieġa li l-kolletturi "jkollhom kontenitur issiġillat għal ġabriet provdut mill- Kummissarju" • Il-fatt li "l-Kummissarju jista' jirriżerva d-dritt li jibgħat rappreżentant jew uffiċjal pubbliku li jaġixxu f 'ismu waqt il-ftuħ ta' tali kontenituri" • Il-Formola ta' dikjarazzjoni li "għandha timtela u tiġi ffirmata miż- żewġ amministraturi tal- organizzazzjoni volontarja u l-persuna professjonista bil-warrant li jkunu fetħu l-kontenituri u l-flus miġbura ġew magħduda minnhom." • Il-bżonn li "d-donazzjonijiet li jinstabu fl-imsemmi kontenitur għandhom jiġu magħduda fl- Uffiċċju tal-Kummissarju minn uffiċjal pubbliku fl-Uffiċċju tal-Kummissarju u għandu jiġi ffirmat dokument, mill- amministratur kif ukoll mill- uffiċjal pubbliku, li jindika l-ammont ta' donazzjonijiet miġbura u l-perjodu li fih tkun saret il-ġabra" Tajjeb nifhmu li hawnhekk b'kummissarju qed nirreferu għall-Kummissarju għall- għaqdiet volontarji. Dawn il-ħtiġijiet u oħrajn, għalkemm l-għan tagħhom jidher li huwa wieħed tajjeb, jiġifieri li ma jippermettux lil xi individwi sabiex jużaw l-għaqdiet volontarji għall- finijiet ta' kriminalità, iqisu lill-għaqdiet volontarji bħala dawk li mhux ta' min jafdahom. Irridu niftakru li l-għaqdiet volontarji rreġistrati mal- Uffiċċju tal-Kummissarju għall-għaqdiet volontarji diġà jissottomettu dikjarazzjonijiet finanzjarji relatati mal-operat tagħhom. Naqblu li l-volontiera li jirrappreżentaw lill- organizzazzjonijiet volontarji "għandhom jaġixxu b'integrità u ma għandhomx jagħtu stampa qarrieqa tal-organizzazzjoni volontarja", iżda żgur li għandna nagħmlu minn kollox sabiex ninkoraġġixxu u mhux niskoraġġixxu lill-għaqdiet volontarji. L-avviżi legali – meta analizzati fid-dettall – kienu qegħdin jitolbu proċessi itwal, proċessi inqas prattiċi u fuq kollox proċessi li jimplikaw spejjeż akbar għall-għaqdiet volontarji sabiex isegwu regoli li fil-verità kienu se jispiċċaw jaqtgħu qalb ħafna volontiera potenzjali li sinċerament jixtiequ jagħtu sehemhom. Irridu niftakru li s-settur volontarju jiddependi fuq il- qalb tajba anki ta' anzjani, jew ġenituri li saħansitra għandhom uliedhom vulnerabbli, jew b'diżabbiltà. Biżżejjed ir-realtajiet tal-pandemija qegħdin jiskoraġġixxu lil dawn l-individwi milli jagħtu sehemhom kif jixtiequ, għalhekk ma għandhomx ikunu l-awtoritajiet li bil-kapriċċi tagħhom ikomplu joħolqu ostakli għal dawn l-individwi u għall-għaqdiet volontarji. Jekk xejn, dan is-settur għandu bżonn kbir ta' iżjed volontiera! L-għaqdiet volontarji kollha qed jagħmlu ġid kbir lis-soċjetà tagħna. Restrizzjonijiet u liġijiet addizzjonali ma' dawk li diġà qegħdin isegwu, jekk mhux maħsuba tajjeb, jistgħu jfissru l-qerda tagħhom, liema qerda tista' twassal sabiex il-kompassjoni, l-imħabba u l-ġenwinità li jaf joffri x-xogħol volontarju, ikomplu jgħebu fix- xejn. Niftakru li għandna familji sħaħ, ġeneralment imsallbin diġà, li jiddependu mill- ħidma ta' kuljum tal-għaqdiet volontarji. Ejjew ma nkomplux insallbuhom! Nappella lill-awtoritajiet sabiex huma u jirrevedu dawn l-istess regolamenti (wara r-reżistenza li rriżultat kawża tal-istess regolamenti) jieħdu inkunsiderazzjoni l-prattiċità li tippermetti lill-għaqdiet volontarji jaħdmu mingħajr xkiel. Dawn l-għaqdiet volontarji għandhom l-għanijiet rispettivi tagħhom u lkoll jagħmlu ġid kbir lis-soċjetà Maltija. 22 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum L-għaqdiet volontarji mhumiex kriminali Clifford Zahra Fenech Clifford Zahra Fenech huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq is-seba' distrett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021