Illum previous editions

ILLUM 18 April 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1363123

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-President tal-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Ivjaġġar (FATTA) Iain Tonna sostna illi l-aġenti u l-operaturi huma mħassba bl- iskema mħabbra mill-Gvern li permezz tagħha turisti jkunu jistgħu jgawdu minn skontijiet meta jibbukkjaw direttament ma' lukandi lokali, għax dan ikun ifisser li l-aġenziji se jkunu qed jinqabżu. "Aħna l-pożizzjoni tagħna hija ta' tħassib għax din tilgħab mas-suq," qal Tonna li fakkar illi dan ikun ifisser li turist jippreferi jibbukkja direttament mal-lukanda u allura tinqabeż l-aġenzija. "Tinsiex li ħafna mill-operaturi tagħna huma aġenti ta' turisti li ġejjin lejn Malta, mhux biss ta' Maltin li jixtiequ jsiefru. Biex ma ngħidlekx li l-maġġoranza tagħna huma aġenti ta' turisti ġejjin lejn Malta." Tonna qal li l-Gvern huwa konxju tat-tħassib tagħhom u li l-FATTA qed tistenna li l-Ministru jħabbar l-iskemi li għad irid iħabbar, u f 'dak il-punt l-assoċjazzjoni tagħti r-reazzjoni tagħha b'mod uffiċjali. Qal iżda li diversi operaturi qed jaraw din il-miżura bħala pass li permezz tiegħu jkun hemm min jaqta' l-aġenziji 'l barra. Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru għat- Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar skema li permezz tagħha kull turist li jibbukkja vaganza direttament ma' lukandi Maltin jingħataw għotja li tkun tista' tissarraf f 'attivitajiet u stabbilimenti fil-lukanda stess. Din l-għotja se titla' sa €200 fil-każ ta' turisti li joqgħodu f 'lukandi ta' ħames stilel u mistennijin igawdu minnha madwar 35,000 turist li se jiġu Malta dan is-sajf. 'Il-lista ta' linji tal-ajru hija bidu tajjeb' Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM żvelat il-lista sħiħa tal- linji tal-ajru maġġuri li se jkunu qed joperaw mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta - bl-Air France tkun qed ittir minn Malta għall-ewwel darba, flimkien ma' Fly Dubai - minflok l-Emirates li waqfet topera minn Malta, bħal Qatar Airways. Tonna jaħseb li l-lista hija b'saħħitha u estensiva biżżejjed? "Iem, estensiva biżżejjed qatt mhi se tkun, pero' naħseb li sabiex naraw l-ewwel sinjali ta' rkupru, kemm il-lista kif ukoll - u aktar importanti - ir-rotot, huma bidu tajjeb," sostna l-President tal- FATTA. Huwa qal li apparti l-linja tal- ajru nnifisha, hemm ukoll diversi ehim ta' codeshare - per eżempju għalkemm l-Air France se tkun qed tagħmel it-titjiriet tagħha minn Malta, l-Air Malta se tibqa' ttir lejn l-Ajruport f 'Pariġi Charles De Gaulle, permezz tal-codeshare. 'Interess hemm ... bookings le' Intant l-aġenziji x'rispons qed jistennew għaż-żmien li ġej, speċjalment għas-sajf? Hemm interess imma għas-safar? Huwa qal illi bħalissa meta l-aġenziji joħorġu b'xi skema "interess ikun hemm, bookings le." Huwa qal li naturalment in- numri tal-każi ta' dawn l-aħħar ġimagħtejn kienu inkoraġġanti minħabba li kienu baxxi, "fl-istess ħin il-programm ta' vaċċinazzjoni miexi b'pass mgħaġġel ħafna u ninsabu fuq quddiem nett. Għalhekk naħsbu li ladarba naslu f 'livell ta' kunfidenza fost il- konsumatur hawn Malta u barra - nibdew ħerġin mill-pandemija," sostna Tonna. Huwa qal li inizzjattivi bħal dawk tad-Digital Green Pass huma tajbin għax jiffaċilitaw aktar is- safar. Finalment Iain Tonna jgħid lil din il-gazzetta illi l-indikazzjonijiet huma pożittivi fir-rigward ta' Malta fis-sens li mistennija tkun destinazzjoni sigura. "Imma rridu noqgħodu attenti. Ma nistgħux nerħu u rridu nimxu pass, pass. Fejn ħadna paċenzja nieħdu it ieħor," appella mal-ILLUM Tonna. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' APRIL 2021 • illum Il-FATTA mħassba li l-aġenziji tal-ivjaġġar qed 'jinqabżu' fl-iskema biex jiġu attirati turisti lejn il-lukandi Il-President tal-FATTA jesprimi tħassib dwar skema mħabbra l-ġimgħa l-oħra imma jesprimi wkoll tama hekk kif jgħid li l-indikazzjonijiet għat-turiżmu huma pożittivi ... Il-President tal-FATTA Ian Tonna X'qal il-Kummissarju Ewropew Didier Reynders dwar id-Digital Green Pass? Meta kien qed jitkellem waqt il-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili Ġustizzja u Intern tal-Parlament Ewopew il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders sostna illi l-Kummissjoni Ewropea mhux se tkun qed tirregola l-użu tad- Digital Green Certificate fuq bażi nazzjonali u lilhinn mill-iskop li għalih qed jitwettaq - jiġifieri li jkun iffaċilitat il-moviment tan- nies minn pajjiż għall-ieħor fl-UE. Dan qalu fid-dawl tal-fatt li għaddejja diskussjoni f 'diversi pajjiżi bħalissa li tittratta l-użu ta' dan iċ-ċertifikat ta' vaċċinazzjoni biex persuna tkun tista' tattendi attivitajiet jew tidħol għal festivals illi għalihom ikunu qed jattendu l-mases. Lokalment Howard Keith il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u d-Divertiment diġà propona mal-ILLUM illi jkun hawn 'pass' simili li jara illi persuni jkunu jistgħu jidħlu fi clubs jew jattendu attivitajiet - li xorta jsiru jew jiħu b'numru ta' restrizzjonijiet relatati mal-Covid-19. Reynders iżda sostna illi użati lokalment xorta għandhom josservaw il-liġi tal- GDPR u li jkunu jirrispettaw in- neċessità u l-proporzjonalità, kif ukoll li jkollhom bażi legali. Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Kumitat il-Kummissarju Reynders qal illi qed jara illi dan iċ-ċertifikat ikun qed jibda jintuża fl-aħħar ta' Ġunju. Intant lokalment il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo sostna illi jekk id-dibattitu dwar dan iċ-ċertifikat jibqa' jkarkar il- Gvern Malti lest jagħmel ehim bilaterali ma' pajjiżi diversi għat- turiżmu. Fil-fatt Malta diġà għaddejja b'diskussjonijiet għal ehim bilaterali mar-Renju Unit - l-akbar suq turistiku għal Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 April 2021