Illum previous editions

ILLUM 9 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369930

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 • illum Jaħdmu sa' nofsinhar imma għal qalbhom dejjem … Il-Qriema Toroq dojoq kemm tgħaddi ruħ, riħa ta' ħobż frisk minn sbieħ filgħodu, San Ġorġ u San Sebastjan … l-ILLUM iżur dan u aktar f' Città Pinto MARIANNA CALLEJA X'hemm aħjar minn kisra ħobż tal-Malti bil-kunserva, melħ, bżar u naqra żejt? U minn fejn se ġġib l-aqwa ħobża tal-Malti? Ħeqq mhux ovvja Casal Fornaro, dar il-furnari. Ħal Qurmi jew aħjar Ħal Qormi hu belt fin-nofsinhar ta' Malta, b'popolazzjoni ta' it inqas minn 17,000 persuna li jagħmlu l-ħames l-akbar belt f 'Malta. Din il-belt hi magħrufa bħala Città Pinto wara li ingħatat it-titlu mill-Gran Mastru Manuel Pinto De Fonseca fl-25 ta' Mejju, 1743. Intant il-Qriema, l-aktar ix-xjuħ, jitkellmu d-djalett tal-post li jagħmel enfasi kbira fuq il-vokali. Il-Qriema huma magħrufa li jekk se jagħmlu xi ħaġa mhux talli jipprovaw jagħmluha l-aħjar iżda wkoll l-ikbar. Dan joħroġ ukoll permezz tar-reliġjon. Ħal Qormi, propjament il-parroċċa ta' San Ġorġ, tospità waħda mill-iktar vari uniċi f 'Malta; dik tal-aħħar ċena. B'żewġ parroċċi, waħda ddedikata lil San Ġorġ u oħra lil San Sebastjan diġà tista tgħid li hu raħal reliġjuż. Ħal Qormi magħruf ukoll li minnu ħarġu numru ta' personalitajiet famużi fosthom, mhux President Emeritus wieħed iżda tnejn; George Abela u Marie Louise Coleiro Preca. Ħarġu wkoll politiċi prominenti fosthom eks-Ministru tal-Finanzi Laburista Lino Spiteri u l-eks- ministru Nazzjonalista George Hyzler, missier il-Kummisarju tal-Istandards preżenti. Ġurnalista tal-ILLUM sabet ruħa bl-aptit għal biċċa ħobż u niżlet fit-toroq dojoq ta' Ħal Qormi tfittex furnar. Furnar instab mal-ewwel imma kif jafu ħafna ma tistax tmur Ħal Qormi u ma taqbadx konversazzjoni ma' xi ħadd. Minn persuna spiċċaw tnejn u l-ILLUM bdiet titkellem ma' ħafna fosthom il-mexxejja kemm politiċi u dawk reliġjużi ta' dan ir-raħal. L-Arċipriet Mario Mangion - Knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi u Arċipretali ta' San Ġorġ Martri Dar Alla iżda wkoll dar l-aħħar arti tal-artist Mattia Preti, l-ILLUM żaret il- kolleġġjata ta' San Ġorġ. Tajjeb li niftakru li Ħal Qormi kien wieħed mill-għaxar parroċċi li diġà kienu jeżistu sal-1436 iżda l-knisja preżenti nbniet fl-1584. Iktar tard fis-6 ta' Mejju 1731, l-istess knisja ġiet ikkonsagrata u fit-30 ta' Ġunju, 2019 ġiet elevata għal kolleġġjata. L-Arċipriet Mario Mangion laqa' l-gazzetta u wieġeb bosta mistoqsijiet fosthom x'inhi l-itqal parti minn xogħlu u x'jippreferi, jekk hux jara film jew jaqra ktieb. Mistoqsi għaliex daħal għal saċerdot, l-Arċipriet qal li minn dejjem kellu xewqa li jaħdem għal ġid ta' ħaddieħor. Vera li seta' għamel xogħlijiet oħra biex jagħmel dan iżda dan l-iktar 'xogħol' li ġibdu. Hu qal li "tgħin in-nies mingħajr daqq ta' trombi" hi fattur importanti ta' xogħlu. L-Arċipriet stqarr ukoll li din is-sena il-festa mhux se tkun l-istess iżda qal li "dak kollu li nistgħu nagħmlu, se nagħmluh." L-Arċipriet Dun Ewkarist Zammit - Knisja Arċipretali ta' San Sebastjan Martri Biex inżommu l-paċi dejjem, il-gazzetta ILLUM żaret ukoll il- paroċċa ta' San Sebastjan. Filwaqt li l-arloġġ tax-xemx li jinsab mal- ġenb ta' din il-knisja daħak għar- raġġi jaħarqu, l-Arċipriet fetaħ il-bieb u bit-tbissima ġenwina wieġeb hu wkoll xi mistoqsijiet. Għal kuntrarju tas-soltu, il-Knisja Arċipretali ta' San Sebastjan Martri kienet mudlama u vojta tant li leħen Dun Ewkarist Zammit irbombja. Dan il-fatt qajjem il- mistoqsija, "fil-ġurnata dedikata għal San Sebastjan Martri din is- sena, se jkun hawn l-istess hemda, dlam u kwiet?" Għal din hu wieġeb li għalissa "għadna qed nistennew kif se nipproċedu iżda jidher li fejn jikkonċernaw festi ta' ġewwa, ix- xewqa u l-ħsieb jibqa' li għandhom isiru." L-istorja wara t-twaqqif ta' din il-paroċċa taf tinstema' familjari maż-żminijiet kurrenti. Dan għaliex l-ewwel knisja f 'Ħal Qormi ddedikata lil San Sebastjan kienet nbniet propju biex dan il- qaddis jipproteġi lill-Qriema mill- pesta. Din il-knisja għadha teżisti iżda maż-żmien ma setgħatx takkomoda n-numru ta' familji li żdiedu fil-paroċċa u allura inbniet il-Knisja l-kbira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 May 2021