Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1369930
15 kultura illum • IL-ĦADD 9 TA' MEJJU 2021 imma l-ħobż u l-festi Il-Qriema Is-Sindku ta' Ħal Qormi – Josef Masini Vento Ftit passi 'l bogħod mill- Knisja ta' San Ġorġ, bit-tfal fl-iskola jċapċpu u l-għasafar ipespsu jiksru s-skiet, Josef Masini Vento tkellem fuq il- proġetti l-ġodda li se jkunu qegħdin isiru fil-lokalità bħar-restawr tan-niċeċ u l-ikbar sfidi li qed jaffaċjaw il-Qriema. Skont Masini Vento, l-akbar sfidi li qed jaffaċjaw huma relatati l-iktar mal- ambjent. Dan l-aħħar il-Kunsill Lokali diġà oġġezzjona publikkament għal bosta proġetti ta' żvilupp, bl- aktar wieħed kontroversjali jibqa' l-flyover tal-Imrieħel u l-iżvilupp fiż-żona tal- Ħandaq. Is-sindku enfasizza li diversi proġetti se jkunu qed jaffetwaw l-kwalità tal- ħajja u l-arja. In-nutar Josef Masini Vento ilu inqas minn sena sindku tal-Belt Pinto u minn meta laħaq għadu ma sabx mument kwiet, bix-xogħol dejjem jiżdied. Mistoqsi xi jdejqu l-aktar f 'xogħlu, b'daħka wieġeb li jkun frustrat meta l-affarijiet ma jsirux bl-għaġġla li jkun ħasibhom hu iżda imbgħad l-ikbar sodisafazzjon jieħdu meta l-proġetti jitlestew. Is-Sindku jiddeskrivi lill- Qriema bħala nies b'qalbhom kbira u tajba u fakkarhom li hu aċċesibbli aktar milli jaħsbu u lest biex jgħinhom dejjem. Minority Leader – Jerome Caruana Cilia Il-gazzetta qabdet triqitha għall-Vitorja (żona bejn il- Paroċċa ta' san Ġorġ u ta' San Sebastjan). iżda mhux qabel ma għaddiet minn Ta' Farsina fejn hemm tkelmet mal- Kunsillier u Minority Leader tal-PN Jerome Caruana Cilia. Caruana Cilia hu persuna li jħobb isir jaf nies ġodda, ikellimhom u jagħmel ħbieb. Apparti minn hekk hu jemmen li Ħal Qormi għandu potenzjal kbir li jkun post turistiku. Għal din ir- raġuni hu ġie mistoqsi fejn jieħu turist kieku jiġi f 'Ħal Qormi. Hu wieġeb billi qal li ma jiħdux f 'attrazzjoni waħda anzi joffrilu mawra mal-belt. "Nibda min-naħa magħrufa bħala tal-Bonċ," beda' jispjega. F'din iż-żona hemm 'picnic area' żgħira li mhux ħafna jafu biha. Hu kompla jgħid "wara nibqa sejjer sal-Knisja ta' San Ġorġ u minn hemm nieħdu għal pjazza ta' San Franġisk, nibqa tiela għaż-żona tal- Vitorja u imbgħad ninżel għal Knisja ta' San Sebastjan u finalment nispiċċa fejn it- tribuna ta' Pinto."