Illum previous editions

ILLUM 13 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1382681

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 analiżi illum • IL-ĦADD 13 TA' ĠUNJU 2021 jistax jieħu r-ruħ il-PN! avversarju. Kien u għadu żball strateġiku kbir li Bernard Grech, malli kien elett, ma fformax it-tim tiegħu, 'Tim Bernard Grech'. Minflok ħalla żewġ Viċi Kapijiet li meta tqabbilhom mal-avversarju ma jibdewx! Robert Arrigo - li kkampanja bil-qawwi kontra Grech u favur Delia - u li ftit li xejn qed iħalli impatt u jagħmel ħoss, kontra Daniel Josè Micallef. Żagħżugħ, liberali, voċiferu fuq kwistjonijiet soċjali u b'immaġini moderata. Fuq in-naħa l-oħra David Agius - politiku affabbli li żgur li mhux jintuża l-potenzjal tiegħu - kontra l-Ministru li jirrapreżenta l-akbar suċċess fil-qasam tas-saħħa fi snin twal minħabba l-pandemija, jiġifieri Chris Fearne! Li inċidentalment huwa l-aktar Ministru popolari fost votanti tal-PN (sondaġġi Mediatoday). Bħala Segretarju Ġenerali baqa' Francis Zammit Dimech - li ilu jokkupa karigi fil-partit mis-snin 80, u li tpoġġa bħala caretaker fi żmien it-tmexxija ta' Delia wkoll. Bħal Arrigo u Agius huwa xi ftit jew wisq nieqes mix- xena u qed iħalli ftit impatt. Minkejja l-attentati ċari u xi minn daqqiet ta' suċess biex il- PN iressaq kandidati ġodda, huwa ċar li t-tmexxija tal-partit u allura tal-pajjiż jekk il-PN ikun elett fl-elezzjoni li jmiss mhijiex qed tkun waħda li teċita lill-votant biex jivvota lill-PN. Din hija problema, li Grech jew huwa komdu biha jew inkella jħoss li ma jistax jiffaċċja għax il-bilanċ fil-PN tant hu sensittiv, li malli tneħħi xi ħadd jintilef ħafna demm. Kieku meta kien elett iddeċieda fuq tim u t-tim tiegħu, probabbilment illum lanqas biss hija kwistjoni aktar u minflok l-istess uċuħ għandu madwaru nies ġodda, mimlija enerġija u li jħabbtuha sew mal- avversarji diretti tagħhom fil- PL. L-indeċiżjoni, minnha innifisha, hija deċiżjoni. Konklużjoni: U għalhekk il- konklużjoni hija li hemm ħafna raġunijiet għaliex il-PN ma jistax jaqbad art. Li hu ċar iżda huwa, wara li tanalizza sew ix-xenarju politiku fl-aħħar 12-il sena, li jekk id-distakk fl-elezzjoni li jmiss jiżboq it-30,000 vot kontra l-PN, dan ma jkunx suċċess kbir għall- Partit Laburista, daqs kemm ikun kundanna kważi fatali għall-PN kif nafuh illum. Kien u għadu żball strateġiku kbir li Bernard Grech, malli kien elett, ma fformax it-tim tiegħu, 'Tim Bernard Grech'. Minflok ħalla żewġ Viċi Kapijiet li meta tqabbilhom mal- avversarju ma jibdewx! Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal- Partit Nazzjonalista Bernard Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 June 2021